20.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/55
tad-19 ta' Jannar 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan. |
(4) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta' qiegħ il-paġna kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4 f'dik il-lista. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), lestiet il-valutazzjoni ta' ħames (5) sustanzi li bħalissa huma elenkati bħala sustanzi aromatizzanti li qed jiġu evalwati. Dawk is-sustanzi aromatizzanti ġew ivvalutati mill-EFSA fl-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta' aromatizzanti li ġejjin: evalwazzjoni FGE.12rev5 (4) (is-sustanzi FL-nri 07.041 u 07.224), FGE. 63rev2 (5) (is-sustanzi FL-nri 07.099 u 07.101), u evalwazzjoni FGE. 312 (6) (sustanza FL-nru 16.126). L-EFSA ikkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati tal-konsum dijetetiku. |
(6) |
Bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha, l-EFSA għamlet kummenti dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi. Il-kummenti huma marbutin mal-ismijiet, il-purità jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi FL-nri: 07.041, 07.224 u 07.099. Dawk il-kummenti għandhom jitniżżlu fil-lista. |
(7) |
Il-lista tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija maħsuba biss biex tirregola l-użu tas-sustanzi aromatizzanti li jiġu miżjuda mal-ikel sabiex jagħtu jew jimmodifikaw ir-riħa u/jew it-togħma. Is-sustanza FL-nru 16.126 tista' tiġi miżjuda wkoll mal-ikel għal skopijiet oħra minbarra l-aromatizzar u użi bħal dawn jibqgħu soġġetti għal regoli oħra. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet ta' użu li jirrigwardaw biss l-użu tagħha bħala sustanza aromatizzanti. |
(8) |
Is-sustanzi aromatizzanti evalwati f'dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati billi jitħassru n-noti ta' qiegħ il-paġna 1 u 2 fl-entrati rilevanti tal-lista tal-Unjoni. |
(9) |
Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2014; 11(12):3911.
(5) EFSA Journal 2014; 11(4):3188.
(6) EFSA Journal 2013; 11(10):3404.
ANNESS
Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-entrata dwar FL-nru 07.041 tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata dwar FL-nru 07.099 tinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
L-entrata dwar FL-nru 07.101 tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
L-entrata dwar FL-nru 07.224 tinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
L-entrata dwar FL-nru 16.126 tinbidel b'dan li ġej:
|