7.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/13

tas-6 ta' Jannar 2016

li jemenda għall-240 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jemenda 12-il annotazzjoni u jħassar annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma emendati kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni “Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (magħruf ukoll bħala (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċjal għoli tal-Al-Qaida, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti tal-Amerka, sa minn Lulju tal-2007.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (alias (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd Al-Hadi Al-Iraqi, (c) Omar Uthman Mohammed, (d) Abdul Hadi Arif Ali, (e) Abu Abdallah, (f) Abdul Hadi al-Taweel, (g) Abd al-Hadi al-Ansari, (h) Abd al-Muhayman, (i) Abu Ayub). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: Nru tal-Karta tar-Ration 0094195. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier: Abd al-Razzaq Abd al-Baqi, (b) Isem l-omm: Nadira Ayoub Asaad. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”

(b)

L-annotazzjoni “Mohammad Tahir Hammid (magħruf ukoll bħala Abdelhamid Al Kurdi). Titolu: Imam. Data tat-twelid: 1.11.1975. Post tat-twelid: Poshok, Iraq. Tagħrif ieħor: (a) L-awtoritajiet Taljani ħarġu ordni ta' deportazzjoni fit-18.10.2004; (b) Meqjus maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani sa minn Settembru 2007. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Mohammad Tahir Hammid Hussein (alias Abdelhamid Al Kurdi). Titlu: Imam. Data tat-twelid: 1.11.1975. Post tat-twelid: Poshok, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: Sulaymaniya, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Attia Mohiuddin Taha. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”

(c)

L-annotazzjoni “Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaymaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: Il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaymaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: il-Ġermanja. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: karta tar-Ration 6110922. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Khadija Majid Mohammed. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”

(d)

L-annotazzjoni “Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed, (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk). Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 0139243 (irrevokat f'Settembru 2012). Indirizz: Iraq. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed, (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk) (c) Kawa Omar Ahmed. Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Numru tal-Passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 0139243 (irrevokat f'Settembru 2012). Indirizz: Arbil — Qushtuba — house no. SH 11, alley 5380, Iraq. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Farida Hussein Khadir. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005 ”

(e)

L-annotazzjoni “Ibrahim Mohamed Khalil (alias (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Dayr Az-Zawr, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjana. Numru tal-passaport: T04338017 (Awtorizzazzjoni provviżorja għal applikanti għal ażil maħruġa mill-Uffiċċju tal-Barranin tal-belt ta' Mainz, skadiet fit-8.5.2013). Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ibrahim Mohamed Khalil (alias (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil, (e) Khalil Ibrahim al-Zahiri). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Day Az-Zawr, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjan. Numru tal-Passaport: T04338017. Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Ir-ritratt u l-marki tas-swaba' huma disponibbli biex jiddaħħlu fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”

(f)

L-annotazzjoni “Najmuddin Faraj Ahmad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin).Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, Al-Sulaymaniyah Governorate, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Najmuddin Faraj Ahmad (alias (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin). Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, Al-Sulaymaniyah Governorate, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin.”

(g)

L-annotazzjoni “Akram Turki Hishan Al-Mazidih (alias (a) Akram Turki Al-Hishan, (b) Abu Jarrah, (c) Abu Akram). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975 (c) 1979. Indirizz: Zabadani, Repubblika Għarbija Sirjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.3.2010.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Akram Turki Hishan Al-Mazidih (alias (a) Akram Turki Al-Hishan, (b) Abu Jarrah, (c) Abu Akram). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975, (c) 1979. Indirizz: (a) Deir ez-Zor Governorate, ir-Repubblika Għarbija Sirjana; (b) l-Iraq, (c) il-Ġordan. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: nru tal-karta tar-Ration 0075258. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Masouma Abd al-Rahman. Ir-ritratt huwa disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 11.3.2010.”

(h)

L-annotazzjoni “Ghazy Fezza Hishan Al-Mazidih (alias (a) Ghazy Fezzaa Hishan, (b) Mushari Abd Aziz Saleh Shlash, (c) Abu Faysal, (d) Abu Ghazzy). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975. Indirizz: Zabadani, Repubblika Għarbija Sirjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.3.2010.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ghazy Fezza Hishan Al-Mazidih (alias (a) Ghazy Fezzaa Hishan, (b) Mushari Abd Aziz Saleh Shlash, (c) Abu Faysal, (d) Abu Ghazzy). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975. Indirizz: (a) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana, (b) l-Iraq. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 11.3.2010.”

(i)

L-annotazzjoni “Muthanna Harith Al-Dari (alias (a) Dr. Muthanna Al Dari, (b) Muthana Harith Al Dari, (c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari, (d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari, (e) Muthanna Hareth Al-Dhari, (f) Muthana Haris Al-Dhari, (g) Doctor Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba', (h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari Al-Zobai, (i) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari al-Zawbai, (j) Muthanna Hareth al-Dari, (k) Muthana Haris al-Dari, (l) Doctor Muthanna al-Dari, (m) Dr. Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai). Titlu: Doctor. Indirizz: (a) Amman, Ġordan, (b) Khan Dari, Iraq (indirizz preċedenti), (c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), (d) l-Eġittu (indirizz preċedenti). Data tat-twelid: 16.6.1969. Post tat-twelid: Iraq. Ċittadinanza: Iraqi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.3.2010.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Muthanna Harith Al-Dari (alias (a) Dr. Muthanna Al Dari, (b) Muthana Harith Al Dari, (c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari, (d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari, (e) Muthanna Hareth Al-Dhari, (f) Muthana Haris Al-Dhari, (g) Doctor Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba', (h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari Al-Zobai, (i) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari al-Zawba'i, (j) Muthanna Hareth al-Dari, (k) Muthana Haris al-Dari, (l) Doctor Muthanna al-Dari, (m) Dr. Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai). Titlu: Dott. Indirizz: (a) Amman, il-Ġordan, (b) Khan Dari, l-Iraq (indirizz preċedenti), (c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), (d) l-Eġittu (indirizz preċedenti). Data tat-twelid: 16.6.1969. Post tat-twelid: Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: numru tal-karta tar-Ration 1729765. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Heba Khamis Dari. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.3.2010.”

(j)

L-annotazzjoni “Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim'Ali al-Badri al-Samarrai’, (b) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Samarra'i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra'i, (e) Abu Du'a, (f) Abu Duaa', (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titlu: Dr. Indirizz: Iraq. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: (a) Samarra, l-Iraq, (b) l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej tal-Al-Qaida fl-Iraq; (b) Bħalissa bbażat fl-Iraq; (d) Huwa magħruf sew bin-nom de guerre (Abu Du'a, Abu Duaa). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 5.10.2011.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (alias (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim’ Ali al-Badri al-Samarrai', (b) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Samarra'i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra'i, (e) Abu Du'a, (f) Abu Duaa', (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titlu: Dott. Indirizz: (a) l-Iraq; (b) is-Sirja. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: (a) Samarra, l-Iraq, (b) l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Nru tal-identifikazzjoni: numru tal-karta tar-Ration 0134852. Informazzjoni oħra: (a) Bħalissa bbażat fl-Iraq u fis-Sirja; (b) Huwa magħruf l-aktar bin-nom de guerre (Abu Du'a, Abu Duaa'); (c) Isem martu: Saja Hamid al-Dulaimi; (d) Isem martu: Asma Fawzi Mohammed al-Kubaissi. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 5.10.2011.”

(k)

L-annotazzjoni “Abu Mohammed Al-Jawlani (psewdonimu (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih). Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjana. Indirizz: Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Informazzjoni oħra: Minn Jannar 2012, il-kap ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Abu Mohammed Al-Jawlani (alias (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih, (i) Al Fatih, (j) Amjad Muzaffar Hussein Ali al-Naimi, (k) Abu Ashraf). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1975 u l-1979; (b) 1980. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjan. Indirizz: (a) Mosul, Souq al-Nabi Yunis; (b) Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Fatma Ali Majour. Deskrizzjoni: Karnaġġjon skur. Tul: 1.70m. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.7.2013.”

(l)

L-annotazzjoni “Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan); Data tat-twelid: 11.11.1965. Post tat-twelid: Il-Villaġġ Bugaroy, id-Distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika ta' Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Nazzjonalità: (Mhux reġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa); Numru tal-passaport: 620169661 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan), Data tat-twelid: 11.11.1965, Post tat-twelid: Il-Villaġġ Bugaroy, id-Distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa, Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (illokalizzat f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015), Nazzjonalità: (Mhux reġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa), Informazzjoni oħra: Ir-ritratt huwa disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

“Rafik Mohamad Yousef (alias Mohamad Raific Kairadin). Data tat-twelid: 27.8.1974. Post tat-twelid: Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 0092301. Indirizz: il-Ġermanja. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Ansar Al-Islam; (b) Fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.”