(2)
|
Fil-Kapitolu II-2:
(a)
|
Jiżdiedu r-Regolamenti II-2/A/2.28 u II-2/A/2.29 li ġejjin:
“.28
|
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/B/9a, barriera tan-nirien tfisser apparat installat f'tubu tal-ventilazzjoni li f'kundizzjonijiet normali tibqa' miftuħa u tippermetti kurrent fit-tubu u li tingħalaq meta jkun hemm xi nirien biex tirrestrinġi l-fluss fit-tubu u b'hekk in-nirien ma jkomplux jinfirxu. Meta tintuża d-definizzjoni ta' hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:
.1
|
barriera tan-nirien awtomatika tfisser barriera tan-nirien li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għall-prodotti tan-nar;
|
.2
|
barriera tan-nirien manwali tfisser barriera tan-nirien li hija maħsuba biex tinfetaħ jew tingħalaq mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u
|
.3
|
barriera tan-nirien li titħaddem remotament tfisser barriera tan-nirien li l-ekwipaġġ jagħlqu permezz ta' apparat ta' kontroll li jinsab 'il bogħod mill-barriera ikkontrollata.
|
|
.29
|
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/B/9a, barriera tad-duħħan tfisser apparat installat f'tubu tal-ventilazzjoni li f'kundizzjonijiet normali tibqa' miftuħa u tippermetti kurrent fit-tubu u li tingħalaq meta jkun hemm xi nirien biex tirrestrinġi l-fluss fit-tubu u b'hekk id-duħħan u l-gassijiet sħan ma jkomplux jinfirxu. barriera tad-duħħan mhux mistenni li tikkontribwixxi għall-integrità ta' diviżjoni kklassifikata tan-nar ippenetrata minn tubu tal-ventilazzjoni. Meta tintuża d-definizzjoni ta' hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:
.1
|
barriera tad-duħħan awtomatika tfisser barriera tad-duħħan li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għad-duħħan jew għall-gassijiet sħan;
|
.2
|
barriera tad-duħħan manwali tfisser barriera tad-duħħan li hija maħsuba biex tinfetaħ jew jingħalaq mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u
|
.3
|
barriera tad-duħħan titħaddem remotament tfisser barriera tad-duħħan li l-ekwipaġġ jagħlqu permezz ta' apparat ta' kontroll li jinsab 'il bogħod mill-barriera ikkontrollata.”;
|
|
|
(b)
|
Ir-Regolament II-2/A/6.8.2.1 jinbidel b'dan li ġej:
“.1
|
il-partijiet tal-periklu tan-nirien tal-makkinarju tal-kombustjoni interna użat għall-propulsjoni prinċipali tal-bastiment u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u, għall-bastimenti li jinbnew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara, il-partijiet tal-periklu tan-nirien tal-makkinarju kollu tal-kombustjoni interna,”;
|
|
(c)
|
Il-kliem tal-bidu tar-Regolament II-2/A/11.1 jinbidel b'dan li ġej:
“.1
|
Għall-bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2019, l-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jikkonsisti f':”;
|
|
(d)
|
jiżdiedu r-Regolamenti II-2/A/11.1.1.3 u II-2/A/11.1a li ġejjin:
“.1.3
|
Sal-1 ta' Lulju 2019, l-apparat awtonomu tat-teħid tan-nifs bl-arja kkumpressata li jifforma parti mill-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jkun konformi mal-paragrafu 2.1.2.2 tal-Kapitolu 3 tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nar.
|
.1a
|
Għall-bastimenti mibnija fl-1 ta' Lulju 2019 jew wara, l-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jkun konformi mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nar;”;
|
|
(e)
|
jiddaħħal ir-Regolament II-2/A/11.4a li ġej:
“.4a
|
Komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar:
Fil-każ ta' bastimenti li abbord huma meħtieġa jġorru mill-inqas tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u li jinbnew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara, għandhom jinġarru abbord tal-inqas żewġ radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għal kull parti tat-tifi tan-nar għall-komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar. Fil-każ tal-bastimenti li jaħdmu bl-LNG jew tal-bastimenti Ro-Ro tal-passiġġieri li jkollhom spazji Ro-Ro magħluqin jew spazji tal-kategorija speċjali, dawk ir-radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għandhom ikunu tat-tip li jiflaħ għall-isplużjonijiet jew ikunu intrinsikament sikuri. Il-bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament sa mhux iktar tard minn meta jsir l-ewwel stħarriġ wara l-1 ta' Lulju 2019.”;
|
|
(f)
|
jiżdied ir-Regolament II-2/A/15.2.6 li ġej:
“.6
|
F'bastimenti li huma suġġetti għar-Regolament II-2/A/11, iċ-ċilindri tal-apparat tat-teħid tan-nifs użati waqt l-eżerċizzji ta' prova għandhom jimtlew mill-ġdid jew jinbidlu qabel it-tluq.”;
|
|
(g)
|
ir-Regolament II-2/B/5.1 jinbidel b'dan li ġej:
“.1
|
Barra milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità min-nirien tal-paratiji u tal-gverti msemmija f'postijiet oħra f'din il-parti, l-integrità minima min-nirien tal-paratiji u tal-gverti għandha tkun kif preskritta fit-tabelli 5.1 jew 5.1(a), u 5.2 jew 5.2(a), kif xieraq.
Meta jkunu qed jiġu approvati l-prekawzjonijiet strutturali għall-protezzjoni min-nirien fil-bastimenti l-ġodda, għandu jitqies ir-riskju tat-trasferiment tas-sħana bejn il-pontijiet tas-sħana fil-punti ta' intersezzjoni u fit-truf tal-apparat li jimblokka s-sħana.”;
|
|
(h)
|
tiddaħħal it-tabella 5.1(a) li ġejja wara t-Tabella 5.1 fir-Regolament II-2/B/5.4:
“It-tabella li ġejja għandha tapplika għall-BASTIMENTI KOLLHA TAL-KLASSI B, Ċ u D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA:
Tabella 5.1(a)
Integrità min-nirien tal-paratiji li jisseparaw l-ispazji ta' ħdejhom
Spazji
|
|
(1)
|
(2)
|
(3)
|
(4)
|
(5)
|
(6)
|
(7)
|
(8)
|
(9)
|
(10)
|
(11)
|
Stazzjonijiet tal-kontroll
|
(1)
|
A-0e
|
A-0
|
60
|
A-0
|
A-15
|
A-60
|
A-15
|
A-60
|
A-60
|
*
|
A-60
|
Kurituri
|
(2)
|
|
Ce
|
B-0e
|
A-0e
B-0e
|
B-0e
|
A-60
|
A-15
|
A-60
|
A-15
A-0d
|
*
|
A-30
|
Spazji tal-akkomodazzjoni
|
(3)
|
|
|
Ce
|
A-0e
B-0e
|
B-0e
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-15
A-0d
|
*
|
A-30
A-0d
|
Turġien
|
(4)
|
|
|
|
A-0e
B-0e
|
A-0e
B-0e
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-15
A-0d
|
*
|
A-30
|
Spazji tas-servizzi (riskju baxx)
|
(5)
|
|
|
|
|
Ce
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A
|
(6)
|
|
|
|
|
|
*
|
A-0
|
A-0
|
A-60
|
*
|
A-60
|
Spazji tal-makkinarju oħrajn
|
(7)
|
|
|
|
|
|
|
A-0b
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
Spazji tal-merkanzija
|
(8)
|
|
|
|
|
|
|
|
*
|
A-0
|
*
|
A-0
|
Spazji tas-servizzi (riskju għoli)
|
(9)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
A-0b
|
*
|
A-30
|
Gverti miftuħa
|
(10)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
A-0
|
Spazji tal-kategorija speċjali u spazji Ro-Ro
|
(11)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
A-30”
|
|
(i)
|
tiddaħħal it-tabella 5.2(a) li ġejja wara t-Tabella 5.2 fir-Regolament II-2/B/5.4:
“It-tabella li ġejja għandha tapplika għall-BASTIMENTI KOLLHA TAL-KLASSI B, Ċ u D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA:
Tabella 5.2(a)
Integrità min-nirien tal-gverti li jisseparaw l-ispazji ta' ħdejhom
Spazji Taħt ↓
|
Spazji → Fuq
|
(1)
|
(2)
|
(3)
|
(4)
|
(5)
|
(6)
|
(7)
|
(8)
|
(9)
|
(10)
|
(11)
|
Stazzjonijiet tal-kontroll
|
(1)
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-60
|
Kurituri
|
(2)
|
A-0
|
*
|
*
|
A-0
|
*
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-30
|
Spazji tal-akkomodazzjoni
|
(3)
|
A-60
|
A-0
|
*
|
A-0
|
*
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-30
A-0d
|
Turġien
|
(4)
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-30
|
Spazji tas-servizzi (riskju baxx)
|
(5)
|
A-15
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A
|
(6)
|
A-60
|
A-60
|
A-60
|
A-60
|
A-60
|
*
|
A-60f
|
A-30
|
A-60
|
*
|
A-60
|
Spazji tal-makkinarju oħrajn
|
(7)
|
A-15
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
Spazji tal-merkanzija
|
(8)
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-0
|
*
|
A-0
|
Spazji tas-servizzi (riskju għoli)
|
(9)
|
A-60
|
A-30
A-0d
|
A-30
A-0d
|
A-30
A-0d
|
A-0
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-0
|
*
|
A-30
|
Gverti miftuħa
|
(10)
|
*
|
*
|
*
|
*
|
*
|
*
|
*
|
*
|
*
|
—
|
A-0
|
Spazji tal-kategorija speċjali u spazji Ro-Ro
|
(11)
|
A-60
|
A-30
|
A-30
A-0d
|
A-30
|
A-0
|
A-60
|
A-0
|
A-0
|
A-30
|
A-0
|
A-30
|
Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 5.1, 5.1(a), 5.2 u 5.2(a), kif xieraq
(a)
|
Għal kjarifika dwar liema minnhom tapplika, ara r-Regolamenti II-2/B/3 u 8.
|
(b)
|
Fejn l-ispazji huma tal-istess kategorija numerika u tidher superskritta b, paratija jew gverta tal-klassifikazzjoni murija fit-tabelli hija meħtieġa biss meta l-ispazji ta' ħdejhom huma għal skop differenti, eż. fil-kategorija (9). Kċina ħdejn kċina ma teħtieġx paratija iżda kċina ħdejn kamra taż-żebgħa teħtieġ paratija “A-0”.
|
(c)
|
Paratiji li jisseparaw il-kamra tat-tmunier u l-kamra tal-mapep nawtiċi minn xulxin jista' jkollhom klassifikazzjoni “B-0”.
|
(d)
|
Ara l-paragrafu.2.3 u.2.4 ta' dan ir-Regolament.
|
(e)
|
Għall-applikazzjoni tar-Regolament 2.1.2, kull fejn kienu jidhru “B-0” u “C”, fit-tabelli 5.1 u 5.1a, għandhom jinqraw bħala “A-0”.
|
(f)
|
M'hemmx bżonn li jkun hemm iżolament min-nirien jekk l-ispazju tal-makkinarju fil-kategorija (7) ftit li xejn għandu riskju min-nirien.
|
(*)
|
Fejn tidher asterisk fit-tabelli, id-diviżjoni hija meħtieġa li tkun tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti, iżda mhix meħtieġa li tkun tal-istandard tal-klassi “A”. F'bastimenti li huma mibnija fl-1 ta' Jannar 2003 jew wara, madanakollu, fejn gverta, ħlief fi spazju tal-kategorija (10), hija ppenetrata biex jgħaddu l-kejbils elettriċi, il-pajpijiet u t-tubi tal-ventilazzjoni, tali penetrazzjoni għandha tkun bl-eżatt biex tevita li jgħaddu l-fjammi u d-duħħan. Id-diviżjonijiet bejn l-istazzjonijiet tal-kontroll (ġeneraturi tal-emerġenza) u l-gverti miftuħa jista' jkollhom aperturi tat-teħid tal-arja mingħajr mezz għall-għeluq, sakemm ma titwaħħalx sistema fissa tal-gass tat-tifi tan-nar. Għall-applikazzjoni tar-Regolament II-2/B/2.1.2 asterisk, li jidher fit-tabella 5.2 u 5.29a), ħlief għall-kategoriji (8) u (10), għandu jinqara bħala “A-0”.”;
|
|
(j)
|
jiżdied ir-Regolament II-2/B/6.3.4 li ġej:
“BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA
|
.3.4
|
Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta' ħrib mil-post tax-xogħol ewlieni fi spazju tal-makkinarju. Mill-inqas waħda minn dawn ir-rotot tal-ħrib għandha tipprovdi kenn kontinwu min-nirien għall-pożizzjoni sikura barra l-ispazju tal-makkinarju.”;
|
|
(k)
|
it-titolu tar-Regolament II-2/B/9 jinbidel b'dan li ġej:
“9 Sistemi ta' ventilazzjoni għal bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 (R 32)”;
|
(l)
|
jiddaħħal ir-Regolament II-2/B/9a li ġej:
“9a Sistemi ta' ventilazzjoni fil-bastimenti
BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA
.1 Ġenerali
|
.1
|
It-tubi ta' ventilazzjoni, inklużi tubi tal-ħajt singoli u doppji, għandhom ikunu tal-azzar jew materjal ekwivalenti, ħlief għal minfaħ flessibbli ta' tul qasir ta' mhux iktar minn 600 mm użat għall-konnessjoni ta' fannijiet mat-tubi fil-kmamar tal-ikkundizzjar tal-arja. Sakemm ma jkunx espressament ipprovdut mod ieħor fil-paragrafu.1.6, kwalunkwe materjal ieħor użat fil-kostruzzjoni tat-tubi, inkluż l-iżolament, għandhom ikunu wkoll ta' materjal mhux kombustibbli. Madankollu, tubi qosra, mhux iktar minn 2 m f'tul u b'erja ta' taqsima trażversali libera (It-terminu erja ta' taqsima trażversali libera ifisser, anki fil-każ ta' tubu iżolat minn qabel, l-erja kkalkulata abbażi tad-dimensjonijiet ta' ġewwa tat-tubu innifsu u mhux l-iżolament) ta' mhux iktar minn 0,02 m2, ma hemmx bżonn li jkunu tal-azzar jew ta' materjal ekwivalenti, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
.1
|
it-tubi għandhom ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli li l-wiċċ intern u l-wiċċ estern tagħhom ikollu membrani li għandhom karatteristiċi ta' firxa tal-fjammi baxxa u, fi kwalunkwe każ, valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja tal-wiċċ tagħhom għall-ħxuna użata. Il-valur kalorifiku għandu jiġi kkalkulat f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b'mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 1716:2002, “Reaction to the fire tests for building products — Determination of the heat of combustion”.;
|
.2
|
it-tubi jintużaw biss fit-tarf tal-apparat tal-ventilazzjoni; u
|
.3
|
it-tubi ma għandhomx ikunu f'anqas minn 600 mm, imkejla matul it-tubu, minn fetħa f'diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”, inkluż saqaf kontinwu tal-klassi “B”.
|
|
|
.2
|
L-arranġamenti li ġejjin għandhom jiġu ttestjati f'konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien:
.1
|
barrieri tan-nirien inklużi l-mezzi rilevanti tal-operat tagħhom, għalkemm mhux meħtieġ l-ittestjar għal barrieri li jinsabu fil-parti l-baxxa tat-tubu f'tubi tal-egżost għall-fuklari tal-kċina, li għandhom ikunu tal-azzar u kapaċi jwaqqfu l-kurrent fit-tubu; u
|
.2
|
penetrazzjonijiet tat-tubu li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, għalkemm l-ittestjar mhux meħtieġ fejn il-kmiem tal-azzar huma magħquda direttament mat-tubi tal-ventilazzjoni permezz ta' konnessjonijiet irbattuti jew invitati jew bl-iwweldjar.
|
|
|
.3
|
Il-barrieri tan-nirien għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Fejn huma mpoġġija wara s-soqfa jew it-truf, dawk is-soqfa jew it-truf għandhom jiġu pprovduti b'fetħa ta' spezzjoni li fuqha huwa mmarkat in-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien. In-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien għandu jitpoġġa ukoll fuq kwalunkwe kontroll remot ipprovdut.
|
|
.4
|
It-tubi tal-ventilazzjoni għandhom jiġu pprovduti b'fetħa għall-ispezzjoni u għat-tindif. Dawn il-fetħiet għandhom ikunu viċin tal-barrieri tan-nirien.
|
|
.5
|
Il-bokok u l-iżbokok prinċipali tas-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkun qegħdin jiġu vventilati. Il-mezz tal-għeluq għandu jkun aċċessibbli faċilment kif ukoll immarkat b'mod prominenti u permanenti u għandu jindika l-pożizzjoni operattiva tal-apparat tal-għeluq.
|
|
.6
|
Gaskets kombustibbli f'konnessjonijiet flanġati tat-tubu tal-ventilazzjoni mhumiex permessi f'inqas minn 600 mm ta' fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi' “A” jew “B” f'tubi meħtieġa li jkunu tal-klassi ta' kostruzzjoni “A”.
|
|
.7
|
Il-fetħiet tal-ventilazzjoni jew it-tubi tal-ibbilanċjar tal-arja bejn żewġ spazji magħluqa, ma għandhomx ikunu pprovduti ħlief kif jippermetti r-Regolament II-2/B/7.7.
|
.2 Arranġament tat-tubi
|
.1
|
Is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, l-ispazji tal-vetturi, l-ispazji Ro-Ro, il-kċejjen, l-ispazji tal-kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu separati minn xulxin u mis-sistemi tal-ventilazzjoni li jservu spazji oħra. Madankollu, is-sistemi tal-ventilazzjoni tal-kċina fuq il-bastimenti tal-passiġġieri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier ma hemmx bżonn li jkunu separati totalment minn sistemi tal-ventilazzjoni oħrajn, iżda jistgħu jiġu servuti permezz ta' tubi separati minn unità tal-ventilazzjoni li sservi spazji oħra. F'tali każ għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika fit-tubu tal-ventilazzjoni tal-kċina ħdejn l-unità tal-ventilazzjoni.
|
|
.2
|
Tubi pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, kċejjen, spazji tal-vetturi, spazji Ro-Ro jew spazji tal-kategorija speċjali ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji ta' akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz, jew l-istazzjonijiet tal-kontroll sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu.2.4.
|
|
.3
|
Tubi pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, il-kċejjen, l-ispazji tal-vetturi, l-ispazji Ro-Ro jew l-ispazji ta' kategorija speċjali sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu.2.4.
|
|
.4
|
Kif permess permezz tal-paragrafi.2.2 u.2.3 it-tubi għandhom ikunu jew:
.1.1
|
mibnija minn azzar ta' ħxuna ta' mill-inqas 3 mm għal tubi b'erja ta' taqsima trażversali libera ta' anqas minn 0,075 m2, mill-inqas 4 mm għal tubi b'erja trażversali libera ta' bejn 0,075 m2 u 0,45 m2, u mill-inqas 5 mm għal tubi b'erja trażversali libera ta' iktar minn 0,45 m2;
|
.1.2
|
appoġġati u mwebbsa b'mod adattat;
|
.1.3
|
attrezzati b'barrieri tan-nirien awtomatiċi qrib it-truf ippenetrati; u
|
.1.4
|
iżolati sa standard tal-klassi “A-60” mit-truf tal-ispazji li qegħdin iservu sa punt ta' mill-inqas 5 m lil hinn minn kull barriera tan-nirien;
|
jew
.2.1
|
inbnew mill-azzar f'konformità mal-paragrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2; u
|
.2.2
|
iżolati sa standard tal-klassi “A-60” matul l-ispazji li jgħaddu minnhom, ħlief għal tubi li jgħaddu minn spazji tal-kategorija (9) jew (10) kif definit fir-Regolament II-2/B/4.2.2.
|
|
|
.5
|
Għall-finijiet tal-paragrafi.2.4.1.4 u. 2.4.2.2, it-tubi għandhom ikunu iżolati tul il-wiċċ estern trażversali intier tagħhom. Tubi li huma barra iżda ħdejn l-ispazju speċifikat, u jikkondividu miegħu wiċċ wieħed jew iktar, għandhom jiġu meqjusa li jgħaddu mill-ispazju speċifikat u għandhom jiġu iżolati fuq il-wiċċ li jikkondividu mal-ispazju għal distanza ta' 450 mm lil hinn milt-tubu (Id-disinji ta' tali arranġamenti jinsabu fil-Kapitolu II-2 tal-Unified Interpretations of SOLAS (MSC.1/Circ.1276)).
|
|
.6
|
Meta huwa meħtieġ li tubu tal-ventilazzjoni jgħaddi minn diviżjoni ta' żona vertikali, għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika ħdejn id-diviżjoni. Il-barriera għandha tkun tista' tingħalaq ukoll manwalment minn kull naħa tad-diviżjoni. Il-post tal-kontroll għandu jkun aċċessibbli faċilment u għandu jkun immarkat b'mod ċar u prominenti. It-tubu bejn id-diviżjoni u l-barriera għandu jkun tal-azzar f'konformità mal-paragrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2 u iżolat sa mill-inqas l-istess integrità minn nirien bħad-diviżjoni ppenetrata. Il-barriera għandha titwaħħal fuq ta' lanqas naħa waħda tad-diviżjoni b'indikatur viżibbli li turi l-pożizzjoni operattiva tal-barriera.
|
.3 Dettalji ta' barrieri tan-nirien u penetrazzjonijiet tat-tubi
|
.1
|
It-tubi li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
.1
|
fejn tubu ta' kisja rqiqa b'erja ta' taqsima trażversali libera daqs, jew anqas minn, 0,02 m2 jgħaddi minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħa għandu jkollha komma b'folja tal-azzar ta' ħxuna ta' mill-inqas 3 mm u tul ta' mill-inqas 200 mm, diviża preferibbilment f'100 mm fuq kull naħa tal-paratija jew, fil-każ tal-gverta, impoġġija totalment fuq in-naħa l-baxxa tal-gverti ppenetrati;
|
.2
|
fejn tubi tal-ventilazzjoni b'erja ta' taqsima trażversali libera ta' iktar minn 0,02 m2, iżda mhux iktar minn 0,075 m2, jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħiet għandhom ikunu miksija bi kmiem b'folja tal-azzar. It-tubi u l-kmiem għandhom ikollhom ħxuna ta' mill-inqas 3 mm u tul ta' mill-inqas 900 mm. Meta jgħaddu mill-paratiji, dan it-tul għandu jiġi diviż preferibbilment f'450 mm fuq kull naħa tal-paratija. Dawn it-tubi, jew kmiem li jiksu tali tubi, għandhom jiġu pprovduti b'iżolament min-nirien. L-iżolament għandu jkollu mill-inqas l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjoni li minnha jgħaddi t-tubu; u
|
.3
|
għandhom jitwaħħlu barrieri tan-nirien awtomatiċi fit-tubi kollha b'erja ta' taqsima trażversali libera ikbar minn 0,075 m2 li jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”. Kull barriera għandha titwaħħal qrib tad-diviżjoni ppenetrata u t-tubu bejn il-barriera u d-diviżjoni ppenetrata għandu jkun tal-azzar f'konformità mal-paragrafi.2.4.2.1 u.2.4.2.2. Il-barriera tan-nirien għandha topera awtomatikament, iżda għandha tkun tista' tingħalaq ukoll manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. Il-barriera għandha titwaħħal b'indikatur viżibbli li juri l-pożizzjoni tal-operat tal-barriera. Madanakollu, mhumiex meħtieġa barrieri tan-nirien fejn it-tubi jgħaddu mill-ispazji imdawra b'diviżjonijiet tal-klassi “A”, mingħajr ma jservu dawk l-ispazji, sakemm dawk it-tubi ikollhom l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjonijiet li jippenetraw. Tubu ta' taqsima trażversali ta' iktar minn 0,075 m2 ma għandux jinqasam f'diversi tubi sa penetrazzjoni ta' diviżjoni tal-klassi “A” u mbagħad rikombinat fit-tubu oriġinali darba permezz ta' diviżjoni li jevita li jiġu installati l-barrieri meħtieġa permezz ta' din id-dispożizzjoni.
|
|
|
.2
|
Tubi tal-ventilazzjoni b'erja ta' taqsima trażversali libera ikbar minn 0,02 m2 li jgħaddu minn paratiji tal-klassi “B” għandhom ikunu miksija bi kmiem b'folja tal-azzar twal 900 mm, diviżi preferibbilment f'450 mm fuq kull naħa tal-paratiji sakemm it-tubu ma jkunx tal-azzar għal dan it-tul.
|
|
.3
|
Il-barrieri tan-nirien kollha għandhom ikunu jistgħu joperaw manwalment. Il-barrieri għandu jkollhom mezzi mekkaniċi ta' rilaxx dirett jew, alternattivament, jingħalqu permezz ta' mezzi elettriċi, idrawliċi jew b'operazzjoni pnewmatika. Il-barrieri kollha għandhom ikunu jistgħu joperaw manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. barrieri tan-nirien awtomatiċi, inkluż dawk li jistgħu joperaw remotament, għandu jkollhom mekkaniżmu sikur li se jagħlaq il-barriera tan-nirien anki jekk tintefa l-enerġija elettrika jew ikun hemm telf tal-pressjoni idrawlika jew pnewmatika. barrieri tan-nirien li joperaw remotament għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jinfetaħ mill-ġdid manwalment mill-barriera infisha.
|
.4 Sistemi ta' ventilazzjoni għal bastimenti tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier
|
.1
|
Minbarra r-rekwiżiti fit-taqsimiet.1,.2 u.3, is-sistema ta' ventilazzjoni ta' bastiment tal-passiġġieri li jġorr iktar minn 36 passiġġier għandha tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:
.1
|
B'mod ġenerali, l-fannijiet ta' ventilazzjoni għandhom ikunu mpoġġija f'tali mod li t-tubi li jilħqu l-ispazji varji jibqgħu fiz-żona prinċipali vertikali.
|
.2
|
L-ispazji magħluqa ta' taraġ għandhom jiġu moqdija minn fann ta' ventilazzjoni u sistema ta' tubi indipendenti (tal-egżost u l-provvista) li ma għandhomx iservu spazji oħra tas-sistemi ta' ventilazzjoni.
|
.3
|
Tubu, irrispettivament mit-taqsima trażversali tiegħu, li jservi iktar minn spazju tal-akkomodazzjoni, spazju tas-servizz jew stazzjon ta' kontroll wieħed tal-gverta ta' taħt, għandu jkun mgħammar, ħdejn il-penetrazzjoni ta' kull gverta ta' tali spazji, b'sistema awtomatika ta' barriera tad-duħħan li għandha tkun tista' tingħalaq ukoll manwalment mill-gverta protetta ta' fuq il-barriera. Fejn fann iservi iktar minn spazju wieħed tal-gverta ta' taħt permezz ta' tubi separati fi ħdan żona prinċipali vertikali, fejn kull wieħed minnhom huwa ddedikat għal spazju uniku tal-gverta ta' taħt, kull tubu għandu jiġi pprovdut b'barriera tad-duħħan li topera manwalment imwaħħla qrib tal-fann.
|
.4
|
It-tubi vertikali għandhom, jekk meħtieġ, jiġu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli 4.1 u 4.2. It-tubi għandhom ikunu iżolati kif meħtieġ għall-gverti bejn l-ispazju li jservu u l-ispazju li jkun qed jiġi kkunsidrat, kif applikabbli.
|
|
.5 Tubi tal-egżost mill-fuklari tal-kċina
.1 Rekwiżit għal bastimenti tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier
|
.1
|
B'żieda mar-rekwiżiti fit-Taqsimiet.1,.2 u.3, it-tubi tal-egżost mill-fuklari tal-kċina għandhom jinbnew f'konformità mal-paragrafi.2.4.2.1 u.2.4.2.2 u iżolati fl-istandard tal-klassi “A-60” tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll li jgħaddu minnhom. Dawn għandhom ikunu mgħammra wkoll b':
.1
|
serpentina tal-grass li tkun tista' titneħħa faċilment għat-tindif kemm-il darba s-sistema alternattiva approvata għat-tneħħija tal-grass ma tkunx imwaħħla;
|
.2
|
barriera tan-nirien lokalizzata fit-tarf t'isfel tat-tubu fil-ġunzjoni bejn it-tubu u l-kappa tal-fuklar tal-kċina li tkun topera awtomatikament u remotament, u b'żieda, barriera tan-nirien operata remotament li tinsab fit-tarf ta' fuq tat-tubu viċin tal-iżbokk tat-tubu;
|
.3
|
mezz fiss għat-tifi ta' nar fit-tubu. Is-sistemi tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b'mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 15371:2009 “Ships and marine technology — Fire-extinguishing systems for protection of galley cooking equipment”;
|
.4
|
arranġamenti ta' kontroll remot għall-għeluq tal-fannijiet tal-egżost u l-fannijiet ta' provvista, għall-operat tal-barrieri tan-nirien imsemmija fil-paragrafu.5.1.1.2 u għall-operat tas-sistema tat-tifi tan-nar, għandhom jitpoġġew f'pożizzjoni qrib tad-daħla tal-kċina. Fejn hija installata sistema b'ħafna fergħat, għandu jiġi pprovdut mezz remot lokalizzat bil-kontrolli ta' hawn fuq biex jagħlaq l-fergħat kollha li jitfgħu l-egżost mill-istess tubu prinċipali qabel ma jiġi rrilaxxat mezz ta' tifi fis-sistema; u
|
.5
|
aperturi li jinsabu f'postijiet adegwati għall-ispezzjoni u għat-tindif, inkluż wieħed ipprovdut qrib ta' fann tal-egżost u wieħed mgħammar fit-tarf t'isfel fejn jakkumula l-grass.
|
|
|
.2
|
It-tubi tal-egżost minn fuklari għat-tagħmir tat-tisjir installati fuq gverti miftuħa għandhom jikkonformaw mal-paragrafu.5.1.1, kif applikabbli, meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni u spazji li fihom materjali kombustibbli.
|
.2 Rekwiżiti għal bastimenti tal-passiġġieri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier
Meta jgħaddu minn spazji tal-akkommodazzjoni jew spazji li jkun fihom materjali kombustibbli, it-tubi tal-egżost mill-fuklari tal-kċina għandhom ikunu mibnija f'konformità mal-paragrafi .2.4.1.1 u .2.4.1.2. Kull tubu tal-egżost għandu jkun mgħammar b':
.1
|
serpentina tal-grass li tinqala' faċilment għat-tindif;
|
.2
|
barriera tan-nirien operata awtomatikament u remotament lokalizzata fit-tarf t'isfel tat-tubu fil-ġunzjoni bejn it-tubu u tal-kappa tal-fuklar tal-kċina u, barra minn hekk, barriera tan-nirien operata remotament fit-tarf ta' fuq tat-tubu qrib l-iżbokk tat-tubu;
|
.3
|
arranġamenti, li joperaw minn ġewwa l-kċina, għall-għeluq tal-fannijiet tal-egżost u tal-provvista; u
|
.4
|
mezz fiss għat-tifi tan-nar fit-tubu.
|
.6 Kmamar tal-ventilazzjoni li jservu l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A li fihom makkinarju tal-kombustjoni interna
|
.1
|
Fejn kamra tal-ventilazzjoni sservi biss tali żona maġenb spazju tal-makkinarju u ma hemm l-ebda diviżjoni tan-nar bejn il-kamra tal-ventilazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju, il-mezzi għall-għeluq tat-tubu jew tat-tubi tal-ventilazzjoni li jservu l-ispazju tal-makkinarju għandhom ikunu jinsabu barra l-kamra tal-ventilazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju.
|
|
.2
|
Fejn kamra tal-ventilazzjoni sservi tali spazju tal-makkinarju kif ukoll spazji oħra u hija separata mill-ispazju tal-makkinarju permezz ta' diviżjoni tal-klassi “A-0”, inkluż penetrazzjonijiet, il-mezzi għall-għeluq tat-tubu jew tat-tubi tal-ventilazzjoni tal-ispazju tal-makkinarju jistgħu jkunu fil-kamra tal-ventilazzjoni.
|
.7 Sistemi tal-ventilazzjoni għall-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ fil-bastimenti tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier
It-tubi tal-egżost mill-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ u mill-kmamar tat-tnixxif tal-ispazji tal-kategorija (13) kif definiti fir-Regolament II-2/B//.2.2 għandhom ikunu mgħammra bi:
.1
|
filtri li jitneħħew faċilment għal raġunijiet ta' tindif;
|
.2
|
barriera tan-nirien imqiegħda fit-tarf ta' isfel tat-tubu li hija operata awtomatikament u remotament;
|
.3
|
arranġamenti ta' kontroll remot għall-għeluq tal-fannijiet tal-egżost u tal-fannijiet ta' provvista minn ġewwa l-ispazju u għall-operat tal-barriera tan-nirien imsemmija fil-paragrafu.7.2; u
|
.4
|
aperturi mpoġġija f'postijiet adattati skont kif meħtieġ għall-ispezzjoni u t-tindif.”;
|
|
(m)
|
jiżdiedu r-Regolamenti II-2/A/13.4, II-2/B/13.5 u II-2/B/13.6 li ġejjin:
“BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D MIBNIJA FL-1 TA' JANNAR 2018 JEW WARA
|
.4
|
Sistema fissa tad-detezzjoni tan-nirien u tal-allarm kontra n-nirien ta' tip approvat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9, għandha tiġi installata fi spazji tal-makkinarju fejn:
.4.1
|
l-istallazzjoni ta' sistemi u tagħmir ta' kontroll awtomatiku u remot ġiet approvata bħala kumpens għall-preżenza kontinwa tal-ekwipaġġ fl-ispazju; u
|
.4.2
|
il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inklużi sorsi ta' sors prinċipali tal-enerġija elettrika huma pprovduti bi gradi varji ta' kontroll awtomatiku jew remot u huma taħt superviżjoni tal-ekwipaġġ kontinwa minn kamra tal-kontroll.
|
|
|
.5
|
Sistema fissa tad-detezzjoni tan-nirien u tal-allarm kontra n-nirien ta' tip approvat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9, għandha tiġi installata fi spazji magħluqa li fihom l-inċineraturi:
|
|
.6
|
Fir-rigward tas-sistema fissa tadd-detezzjoni tan-nirien u tal-allarm kontra n-nirien meħtieġa permezz tar-Regolamenti II-2/B/13.4 u 13.5, għandu japplika dan li ġej:
|
Is-sistema ta' detezzjoni tan-nirien għandha tkun iddisinjata b'tali mod u d-detetturi mpoġġija f'tali pożizzjoni sabiex jintraċċaw malajr il-bidu tan-nirien fi kwalunkwe parti ta' dawk l-ispazji u fi kwalunkwe kundizzjoni tal-operat normali tal-makkinarju u tal-varjazzjonjiet tal-ventilazzjoni kif meħtieġ mill-firxa possibbli tat-temperaturi ambjentali. Ħlief fi spazji ta' għoli ristrett u fejn l-użu tagħhom huwa speċjalment adattat, mhumiex permessi sistemi ta' detetturi li jużaw biss detetturi normali. Is-sistema ta' detettezzjoni għandha tiskatta allarmi li jinstemgħu u li jidhru li huma differenti fiż-żewġ każijiet mill-allarmi ta' kwalunkwe sistema oħra li ma tkunx qed tindika n-nirien, f'biżżejjed postijiet biex tiżgura li l-allarmi jinstemgħu u huma osservati fuq il-pont tan-navigazzjoni u minn uffiċjal inġinier responsabbli.
|
|
Meta l-pont tan-navigazzjoni ma jkollux ekwipaġġ, l-allarm għandu jinstema' f'post fejn ikun hemm membru tal-ekwipaġġ responsabbli fuq xogħol.
|
|
Wara l-installazzjoni, is-sistema għandha tiġi ttestjata taħt kundizzjonijiet operattivi varji tal-magna u tal-ventilazzjoni.”;
|
|
|
(n)
|
ir-Regolament II-2/B/14.1.1.2 jinbidel b'dan li ġej:
“.2
|
Ir-rekwiżiti tar-Regolamenti II-2/A/12, II-2/B/7 u II-2/B/9 u II-2/B/9a għaż-żamma tal-integrità taż-żoni vertikali għandhom jiġu applikati ugwalment għall-gverti u għall-paratiji li jiffurmaw it-truf li jisseparaw iż-żoni orizzontali minn xulxin u mill-kumplament tal-bastiment.”;
|
|
(o)
|
ir-Regolament II-2/B/14.1.2.2 jinbidel b'dan li ġej:
“.2
|
F'bastimenti ġodda mibnija qabel l-1 ta' Jannar 2018 li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier u f'bastimenti eżistenti tal-klassi B li jġorru iktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tat-tarf tal-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ mill-ispazji tal-kategorija (11) fit-tabella 5.1 tar-Regolament II-2/B/5 u t-truf orizzontali kif meħtieġ għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2 tar-Regolament II-2/B/5. F'bastimenti mibnija fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tat-tarf tal-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ mill-ispazji tal-kategorija (11) fit-tabella 5.1a tar-Regolament II-2/B/5 u t-truf orizzontali kif meħtieġ għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2a tar-Regolament II-2/B/5.”;
|
|
|