3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/101


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2123

tat-30 ta' Novembru 2016

dwar l-armonizzazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-kundizzjonijiet ta' liċenzji ġenerali ta' trasferiment għall-forzi armati u għall-awtoritajiet kuntrattwali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 7711)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Istati Membri huma obbligati li jippubblikaw minn tal-inqas erba' liċenzji ġenerali ta' trasferiment.

(2)

Il-liċenzji ġenerali ta' trasferiment huma element ewlieni tas-sistema ta' liċenzjar issimplifikata li ddaħħlet bid-Direttiva 2009/43/KE.

(3)

Id-differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' liċenzji ġenerali ta' trasferiment ippubblikati minn Stati Membri f'termini ta' prodotti relatati mad-difiża koperti u l-kundizzjonijiet diverġenti applikati għat-trasferimenti ta' dawn il-prodotti jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE u l-kisba tal-mira tagħha ta' simplifikazzjoni. L-armonizzazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-kundizzjonijiet għat-trasferimenti skont il-liċenzji ġenerali ta' trasferiment ippubblikati minn Stati Membri hija importanti biex tiżgura l-attraenza u l-użu ta' dawk il-liċenzji

(4)

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/43/KE issuġġerew li l-armonizzazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-kundizzjonijiet għal trasferimenti b'liċenzji ġenerali ta' trasferiment ippubblikati mill-Istati Membri tista' tinkiseb bl-adozzjoni ta' Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Il-linji gwida ppreżentati f'din ir-Rakkomandazzjoni huma r-riżultat ta' negozjati mal-Istati Membri dwar l-armonizzazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti taħt liċenzja ġenerali tal-forzi armati u l-awtoritajiet kuntrattwali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE (“GTL-AF”)

(6)

Din ir-rakkomandazzjoni hija meqjusa bħala bażi għal GTL-AF tal-Istati Membri. Il-prodotti relatati mad-difiża elenkati taħt il-punt 1.1 ta' din ir-Rakkomandazzjoni huma lista minima u mhux eżawrjenti ta' prodotti li għalihom l-Istati Membri jippermettu t-trasferiment taħt il-GTL-AF tagħhom. Dan ifisser li l-GTL-AF ippubblikata minn Stat Membru tista' tippermetti wkoll it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża inklużi fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE li mhumiex elenkati f'din ir-Rakkomandazzjoni.

(7)

L-Istati Membri jfakkru li huma marbuta b'impenji taħt id-dritt Ewropew, bħalma hija l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (2), kif ukoll l-impenji internazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni.

(8)

Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea kif imniżżel fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE. Din ir-Rakkomandazzjoni ser tiġi aġġornata meta jkun meħtieġ sabiex tirrifletti aġġornamenti futuri tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   LIĊENZJI ĠENERALI TA' TRASFERIMENT GĦALL-FORZI ARMATI U GĦALL-AWTORITAJIET KUNTRATTWALI KIF IMSEMMI FIL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 5(2) TAD-DIRETTIVA 2009/43/KE

1.1.   Prodotti relatati mad-difiża eliġibbli għal trasferiment taħt liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-forzi armati u għall-awtoritajiet kuntrattwali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE

Dawn il-kategoriji LM b'subpunti li ġejjin huma subsett tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża mniżżlin fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE. Il-liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-forzi armati u għall-awtoritajiet kuntrattwali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva (“GTL-AF”) għandha, bħala minimu, tippermetti t-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża speċifikati permezz tal-kategoriji LM hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinkludu aktar kategoriji LM ta' prodotti relatati mad-difiża li jikkorrispondu fil-GTL-AF tagħhom.

Il-lista tal-kategoriji LM li għandhom jiġu koperti bħala minimu:

LM 4. Subpunti (a) u (b). Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:

Minjieri

Munizzjon tat-tip cluster, bombi u splussivi u submunizzjonijiet u l-komponenti tagħhom imfassla apposta

Granati li jintefgħu bl-idejn u granati sparati bl-azzarini

Torpidows, torpidows mingħajr applikazzjoni ta' testata u korpi ta' torpidows

Bombi

Iggwidati, mhux iggwidati u projettili oħra (jiġifieri, rokits, missili, MANPADS, …)

Apparat esplożiv tal-infanterija, kargi li jeħlu u vojta.

Huma esklużi wkoll għal dawn l-armi:

Testati tal-gwerra u kargi ta' splussivi

Kargi ta' tqabbid

Irjus ta' detezzjoni tal-mira, sistemi ta' gwida, apparat li jwassal lura għall-bażi

Stadji individwali ta' rokit

Vetturi tad-dħul mill-ġdid

Magni

Sistemi ta' kontroll tal-vettur tal-ispinta

Tagħmir għall-illanċjar u lanċaturi

Sistemi ta' tqegħid, ingann, imblukkar jew tfixkil

Komponenti ddisinjati apposta għal MANPADS.

LM 5. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:

Prodotti ta' kontramiżura

Tagħmir u komponenti esklużi minn kategoriji oħra fl-istess liċenzja ġenerali ta' trasferiment.

LM 6. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:

Vetturi kompluti

Xażi u turretti

Tagħmir u komponenti esklużi minn kategoriji oħra fl-istess liċenzja ġenerali ta' trasferiment.

LM 7. Subpunt (g).

LM 9. Il-prodotti kollha, ħlief:

Bastimenti u sottomarini kompluti

Apparat ta' kxif ta' taħt l-ilma u l-komponenti tagħhom imfassla apposta

Sistemi ta' Propulsjoni Indipendenti mill-Arja ddisinjati apposta għal sottomarini u l-komponenti tagħhom imfassla apposta

Bwieq sħaħ

Kontromiżuri

Tagħmir u komponenti esklużi minn kategoriji oħra fl-istess liċenzja ġenerali ta' trasferiment.

LM 10. Il-prodotti kollha, ħlief:

Inġenju tal-ajru komplut

UAVs kompluti u komponenti ddisinjati apposta jew modifikati għall-UAVs

Qafas tal-inġenji tal-ajru tal-ġlied u tal-ħelikopters tal-ġlied

Magni tal-inġenji tal-ajru tal-ġlied

Tagħmir u komponenti esklużi minn kategoriji oħra fl-istess liċenzja ġenerali ta' trasferiment.

LM 11. Subpunt (a). Dawn il-merkanziji biss:

Tagħmir ta' gwida u ta' navigazzjoni, ħlief is-sistemi ta' MANPADS jew kif iddefinit mill-MTCR I

Sistemi awtomatizzati ta' kmand u kontroll.

LM 13. Subpunti (c) u (d).

LM 14. Il-prodotti kollha, ħlief tagħmir għat-taħriġ tal-MANDPADS.

LM 15. Subpunti (b), (c), (d) u (e).

LM 16. Il-prodotti kollha, ħlief:

Oġġetti relatati mal-MANPADS

Kwalunkwe punt relatat ma' oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom mhijiex permessa taħt l-istess liċenzja ġenerali ta' trasferiment.

LM 17. Subpunti (a), (b), (d), (e), (j), (k), (l), (m), (n), (o) u (p). Il-prodotti kollha, ħlief:

Subpunt (n): Mudelli ta' ttestjar huma esklużi jekk ikunu ddisinjati speċifikament għall-iżvilupp ta' oġġetti speċifikati minn LM4, 6, 9 jew 10 kif ukoll komponenti ddisinjati apposta għal dawn il-mudelli tat-test.

LM 21. subpunt (a) u (b). Il-prodotti li ġejjin biss u jekk ikunu awtorizzati minn kategoriji oħra f'din il-liċenzja ġenerali ta' trasferiment biss

(a)

“Software” ddisinjat apposta jew modifikat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

It-tħaddim jew il-manutenzjoni ta' tagħmir stabbilit fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE;

(b)

“Software” speċifiku, minbarra s-software speċifikat minn ML21.a., kif ġej:

1.

“Software” ddisinjat apposta għal użu militari u maħsub apposta għall-immudellar, l-istimulazzjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi tal-armi militari;

4.

“Software” iddisinjat apposta għall-użu militari u ddisinjat apposta għal Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Intelligence (C3I) jew applikazzjonijiet ta' Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Intelligence (C4I);

LM 22. Subpunt (a). It-teknoloġiji kollha ħlief dawk meħtieġa għall-iżvilupp u l-produzzjoni u biss jekk ikunu awtorizzati minn kategoriji oħra fl-istess liċenzja ġenerali ta' trasferiment.

1.2.   Kundizzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fil-Liċenzja Ġenerali ta' Trasferiment għall-Forzi Armati

Din il-lista ta' kundizzjonijiet li ġejja mhijiex eżawrjenti. Madankollu, kundizzjonijiet oħra miżjuda minn Stat Membru f'GTL-AR m'għandhomx jikkontradixxu jew jimminaw il-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt.

Validità ġeografika: Iż-Żona Ekonomika Ewropea (UE 28 u l-Iżlanda u n-Norveġja (3)).

Trasferimenti mill-ġdid fi ħdan iż-ŻEE huma permessi mingħajr kontrolli ex ante; jista' jkun meħtieġ biss rappurtar ex post.

Il-GTL-AF hija maħsuba għall-użu aħħari ta' benefiċjarji eliġibbli kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE. Il-bejgħ sussegwenti, li ma jkunx magħruf fil-mument tat-trasferiment, jitqies bħala esportazzjoni ġdida. Għall-esportazzjonijiet ġodda, hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru riċevitur biex tikkontrolla l-esportazzjonijiet jew it-trasferimenti mibdija minn bejgħ sussegwenti mhux magħruf fiż-żmien tat-trasferiment.

Għall-fini ta' verifika ex-post taħt il-GTL-AF, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jirrappurtaw dwar l-użu tal-GTL-AF skont ir-rekwiżiti minimi ta' rappurtar kif speċifikat fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2009/43/KE.

2.   SEGWITU

L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2017.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura meħuda biex tagħti effett lil din ir-Rakkomandazzjoni.

3.   DESTINATARJI

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 318, 28.11.2013, p. 12), li nkorporat id-Direttiva 2009/43/KE fi Ftehim taż-ŻEE inkludiet test ta' adattazzjoni expliċitu: “ Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein ”.