|
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/20 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/336
tat-8 ta' Marzu 2016
dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali fir-rigward ta' miżuri biex jitnaqqas il-bżonn ta' qtugħ tad-denb
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE (1) teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-qtugħ tad-denb ma jitwettaqx regolarment iżda biss fejn hemm evidenza li seħħew feriti fi rjus il-bżieżel tal-ħnieżer nisa jew fil-widnejn jew fid-denb ta' majjali oħra. |
|
(2) |
Il-prattika tal-qtugħ tad-denb tal-ħnieżer titwettaq sabiex jiġi evitat il-gdim tad-denb, li huwa mġiba anormali li toriġina minn ħafna fatturi. Din il-prattika probabbli tikkawża uġigħ għall-majjali u għalhekk hija ta' ħsara għall-benessri tagħhom. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2008/120/KE tistipula li qabel ma jsir il-qtugħ tad-denb, għandhom jittieħdu miżuri oħra sabiex jiġi evitat il-gdim tad-denb u vizzji oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-ambjent tal-bhejjem u d-densitajiet tal-popolazzjoni tagħhom. Għal dik ir-raġuni, jeħtieġ li jitbiddlu l-kondizzjonijiet ambjentali jew is-sistemi ta' ġestjoni mhux adegwati. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2008/120/KE teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħnieżer ikollhom aċċess permanenti għal kwantità suffiċjenti ta' materjal li jippermettilhom attivitajiet adattati ta' esplorazzjoni u manipulazzjoni, bħalma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom (“materjal ta' arrikkiment”), li ma jikkompromettux is-saħħa ta' dawk l-annimali. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tat opinjonijiet xjentifiċi dwar ir-riskji assoċjati mal-gdim tad-denb fil-ħnieżer u l-mezzi possibbli biex jitnaqqas il-bżonn ta' qtugħ tad-denb (2) u wkoll opinjoni xjentifika dwar l-approċċ multifattorjali rigward l-użu ta' miżuri marbuta mal-annimali nfushom kif ukoll miżuri li mhumiex biex jiġi vvalutat il-benessri tal-majjali (3). Is-sejbiet ta' dawn l-opinjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu kkunsidrati fl-aħjar prattiki msemmija f'din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(6) |
Sistemi ta' trobbija differenti madwar l-Istati Membri. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu rrakkomandati fil-livell tal-Unjoni l-aħjar prattiki mmirati lejn it-tnaqqis tal-bżonn ta' qtugħ tad-denb u titjib tas-soluzzjonijiet biex jiġi pprovdut materjali ta' arrikkiment. |
|
(7) |
Din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi applikata skont id-Direttiva 2008/120/KE u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni applikabbli għall-benessri tal-majjali, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
Meta jiġu applikati r-rekwiżiti ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-gdim tad-denb u b'hekk tnaqqis regolari tal-qtugħ tad-denb kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2008/120/KE, l-Istati Membri għandhom iqisu l-linji gwida tal-aħjar prattiki bbażati fuq għarfien xjentifiku kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom:
|
|
3. |
Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati meta tkun qed titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju:
Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, għandhom jitqiesu bidliet xierqa fil-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, bħall-forniment ta' materjali xierqa ta' arrikkiment, kondizzjonijiet ambjentali komdi, l-iżgurar ta' status tajjeb ta' saħħa u/jew il-forniment ta' dieta bilanċjata għall-majjali. |
|
4. |
Il-materjali ta' arrikkiment għandhom jippermettu lill-majjali biex jissodisfaw il-bżonnijet essenzjali tagħhom mingħajr ma jikkompromettu saħħithom.
Għal dan l-għan, il-materjali ta' arrikkiment ma għandhomx ikunu ta' periklu u għandu jkollhom il-karatteristiki li ġejjin: (a) tajbin għall-ikel— sabiex il-majjali ikunu jistgħu jikluhom jew ixommuhom, preferibbilment b'xi benefiċċji nutrittivi; (b) jistgħu jitmegħdu— sabiex il-majjali jkunju jistgħu jigdmuhom; (c) Esplorabbli— sabiex il-majjali jkunu jistgħu jesplorawhom; (d) jistgħu jkunu mmanipulati— sabiex il-majjali jkunu jistgħu jbiddlu l-post, id-dehra u l-istruttura tagħhom. |
|
5. |
Minbarra l-karatteristiki elenkati fil-paragrafu 4, il-materjali ta' arrikkiment għandhom jiġu pprovduti b'tali mod li jkunu:
|
|
6. |
Sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet essenzjali tal-majjali l-materjal ta' arrikkiment għandu jissodisfa l-karatteristiki kollha elenkati fil-paragrafi 4 u 5.
Għal dan l-għan, il-materjali ta' arrikkiment għandhom jiġu kategorizzati bħala: (a) materjali ottimali— materjali li jkollhom il-karatteristiki kollha elenkati fil-paragrafi 4 u 5 u għalhekk dawn il-materjali jistgħu jintużaw waħedhom; (b) materjali subottimali— materjali li jkollhom il-biċċa l-kbira tal-karatteristiki elenkati fil-paragrafi 4 u 5 u għalhekk dawn il-materjali jistgħu jintużaw flimkien ma' materjali oħrajn; (c) materjali ta' interess marġinali— materjali li jipprovdu distrazzjoni għal majjali u li ma għandhomx jitqiesu li jissodisfaw l-bżonnijiet essenzjali tagħhom u għalhekk materjali ottimali jew subottimali għandhom jiġu pprovduti wkoll. |
|
7. |
Sabiex jivverifikaw li l-majjali għandhom aċċess għal materjali ta' arrikkiment suffiċjenti u adattati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi agrikoli jsegwu prattiki tajba fir-rigward ta' indikaturi xierqa biex jimmonitorjaw il-benessri tal-majjali miżmuma taħt il-kura tagħhom.
Dak il-metodu ta' valutazzjoni għall-kontroll ta' aċċess għal materjali ta' arrikkiment għandhom jinkludu kontrolli bbażati fuq:
|
|
8. |
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-aħjar prattiki msemmija fil-paragrafi 2 sa 7, b'konformità mal-aħħar għarfien xjentifiku u l-iktar rilevanti fuq sit web tal-Kummissjoni li jkun disponibbli pubblikament. |
|
9. |
L-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi agrikoli, għandhom iwettqu tixrid xieraq tal-aħjar prattiki msemmija fil-paragrafi 2 sa 7. |
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).
(2) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/611.
(3) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/3702.