21.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/75


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2358

tal-20 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u 142(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE (2) tistabbilixxi listi ta' pajjiżi u territorji terzi li l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji korrispondenti applikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjonijiet ulterjuri tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi u territorji terzi. Dawn il-valutazzjonijiet ippermettew lill-Kummissjoni tevalwa l-ekwivalenza ta' dawn l-arranġamenti sabiex jiġi ddeterminat it-trattament tal-kategoriji relevanti ta' skoperturi msemmija fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

L-ekwivalenza ġiet iddeterminata permezz ta' analiżi bbażata fuq ir-riżultati tal-arranġamenti regolatorji u ta' superviżjoni tal-pajjiż terz li tittestja l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-istess objettivi ġenerali bħall-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni. L-objettivi jirreferu, b'mod partikolari, għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja kemm domestika kif ukoll globali fl-intier tagħha; l-effikaċja u l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-depożitanti u konsumaturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji; il-koperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi regolaturi u superviżuri; l-indipendenza u l-effikaċja tas-superviżjoni; u l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' standards rilevanti miftiehma internazzjonalment. Sabiex jintlaħqu l-istess objettivi ġenerali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-pajjiż terz għandhom jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzazzjonali u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji rilevanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji.

(4)

Fil-valutazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat l-iżviluppi rilevanti fil-qafas superviżorji u regolatorju mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/230 (3) 'l quddiem u qieset sorsi ta' informazzjoni disponibbli, inklużi l-valutazzjonijiet indipendenti mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq New Zealand u t-Turkija, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-Danimarka rigward il-Gżejjer Faeroe u Greenland.

(5)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija, New Zealand, il-Gżejjer Faeroe u Greenland għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operattivi, organizzattivi u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li s-sistemi ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji applikati għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu f'dawn il-pajjiżi u territorji terzi jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u l-Artikolu 142(1)(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE għandha għalhekk tiġi emendata biex jiġu inklużi dawk il-pajjiżi u territorji terzi fil-lista adatta ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskema tal-Unjoni għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7)

Il-lista tal-pajjiżi u territorji terzi li jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni mhijiex definittiva. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea, se tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi u territorji terzi bil-għan li taġġorna, kif xieraq u mill-inqas kull ħames (5) snin, il-lista ta' pajjiżi u territorji terzi stipulati f'din id-Deċiżjoni fid-dawl, b'mod partikolari, tal-iżviluppi kostanti fl-arranġamenti superviżorji u regolatorji, fl-Unjoni u fil-livell globali, u b'kunsiderazzjoni għas-sorsi ġodda disponibbli ta' informazzjoni rilevanti.

(8)

Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli fil-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Annessi għandu jkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq fi kwalunkwe ħin, lil hinn mill-qafas tar-rieżami ġenerali, rieżami speċifiku relatat ma' pajjiż jew territorju terz individwali, meta l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent mogħti minn din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel bit-test mogħti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(2)

L-Anness IV jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni;

(3)

L-Anness V jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness III ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/230 tas-17 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 23)


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 1 (istituzzjonijiet ta' kreditu)

(1)

L-Awstralja

(2)

Il-Brażil

(3)

Il-Kanada

(4)

Iċ-Ċina

(5)

Il-Gżejjer Faeroe

(6)

Greenland

(7)

Guernsey

(8)

Ħong Kong

(9)

L-Indja

(10)

Isle of Man

(11)

Il-Ġappun

(12)

Jersey

(13)

Il-Messiku

(14)

Monaco

(15)

New Zealand

(16)

L-Arabja Sawdija

(17)

Singapore

(18)

L-Afrika t'Isfel

(19)

L-Iżvizzera

(20)

It-Turkija

(21)

L-Istati Uniti”


ANNESS II

“ANNESS IV

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 4 (istituzzjonijiet ta' kreditu)

(1)

L-Awstralja

(2)

Il-Brażil

(3)

Il-Kanada

(4)

Iċ-Ċina

(5)

Il-Gżejjer Faeroe

(6)

Greenland

(7)

Guernsey

(8)

Ħong Kong

(9)

L-Indja

(10)

Isle of Man

(11)

Il-Ġappun

(12)

Jersey

(13)

Il-Messiku

(14)

Monaco

(15)

New Zealand

(16)

L-Arabja Sawdija

(17)

Singapore

(18)

L-Afrika t'Isfel

(19)

L-Iżvizzera

(20)

It-Turkija

(21)

L-Istati Uniti”


ANNESS III

“ANNESS V

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 5 (istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment)

Istituzzjonijiet ta' kreditu:

(1)

L-Awstralja

(2)

Il-Brażil

(3)

Il-Kanada

(4)

Iċ-Ċina

(5)

Il-Gżejjer Faeroe

(6)

Greenland

(7)

Guernsey

(8)

Ħong Kong

(9)

L-Indja

(10)

L-Isle of Man

(11)

Il-Ġappun

(12)

Jersey

(13)

Il-Messiku

(14)

Monaco

(15)

New Zealand

(16)

L-Arabja Sawdija

(17)

Singapore

(18)

L-Afrika t'Isfel

(19)

L-Iżvizzera

(20)

It-Turkija

(21)

L-Istati Uniti tal-Amerka

Ditti ta' Investiment:

(1)

L-Awstralja

(2)

Il-Brażil

(3)

Il-Kanada

(4)

Iċ-Ċina

(5)

Ħong Kong

(6)

L-Indoneżja

(7)

Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I)

(8)

Il-Messiku

(9)

Il-Korea t'Isfel

(10)

L-Arabja Sawdija

(11)

Singapore

(12)

L-Afrika t'Isfel

(13)

L-Istati Uniti tal-Amerka”