20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/119


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2323

tad-19 ta' Diċembru 2016

li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fl-Unjoni u li kienu nnotifikati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dak ir-Regolament u tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiżi terzi u li l-inklużjoni tagħhom hija msejsa fuq valutazzjoni tal-informazzjoni u tal-evidenza ta' sostenn li tingħata jew tinġabar skont l-Artikolu 15 tal-istess Regolament.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw total ta'18-il faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, li jinsabu fl-Unjoni, bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Skont l-Artikolu 16(1)(a) ta' dak ir-Regolament, dawk il-faċilitajiet għandhom jiġu inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

(3)

Fir-rigward tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiżi terzi li għalihom tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u tal-evidenza ta' sostenn li tingħata jew tinġabar għadha għaddejja. Ladarba l-valutazzjoni tintemm, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni b'rabta ma' dawk il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu barra mill-Unjoni.

(4)

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-Lista Ewropea hija elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Biex jiġu riflessi dawn ir-rekwiżiti, il-Lista Ewropea għandha tkun strutturata skont dik id-dispożizzjoni. Skont l-Artikolu 16(3) ta' dak ir-Regolament, il-lista Ewropea għandha tindika wkoll id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għandha tkun stabbilita kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.


ANNESS

IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI SKONT L-ARTIKOLU 16(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni

Isem il-faċilità

Il-metodu tar-riċiklaġġ

It-tip u d-daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

L-ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew rriċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità (2), espress bħala LDT

Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

IL-BELĠJU

NV Galloo Recycling Ghent

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

Il-Belġju

Telefon: +32(0)9/251 25 21

Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 265 metru

 

Wisa': 36 metru

 

Pixka: 12,5 metru

 

Approvazzjoni taċita, b'perjodu massimu ta' 30 jum

34 000  (4)

fil-31 ta' Marzu 2020.

ID-DANIMARKA

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenå

Id-Danimarka

www.fornaes.dk

Iż-żarmar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa': 25 metru

 

Pixka: 6 metri

 

GT: 10 000

Il-Muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' ġimgħatejn

30 000  (5)

fit-30 ta' Ġunju 2021.

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

Id-Danimarka

www.smedegaarden.net

Iż-żarmar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 170 metru

 

Wisa': 40 metru

 

Pixka: 7,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' ġimgħatejn

20 000  (6)

fil-15 ta' Settembru 2021.

FRANZA

GARDET & DE BEZENAC Recycling/Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT — GIE MUG

616, Boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

Franza

Telefon: +33(0)2 35 55 77 50

Posta elettronika: p.dupalut@gardet-bezenac.com

F'wiċċ l-ilma u fl-iskal

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa': 18-il metru

 

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministeru tal-Ambjent.

16 000  (7)

fit-30 ta' Diċembru 2021.

Grand port maritime de Bordeaux

152, Quai de Bacalan — CS 41320 — 33082 Bordeaux Cedex

Franza

Telefon: +33(0)5 56 90 58 00

Posta elettronika: p-brocart@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment (baċir imbattal mill-ilma):

 

Tul: 240 metru

 

Wisa': 37 metru

 

Fond: 17 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministeru tal-Ambjent.

18 000  (8)

fil-21 ta' Ottubru 2021.

Les Recycleurs tal-Bretagne

Zone industrielle de kerbriant plouigneau — 29 610

Plouigneau

Franza

Telefon: +33(0)6 11 74 74 01

Posta elettronika: Jm.abiven@recycleurs-bretons.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment (baċir imbattal mill-ilma):

 

Tul: 225 metru

 

Wisa': 34 metru

 

Fond: 27 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministeru tal-Ambjent.

5 500  (9)

fl-24 ta' Mejju 2021.

IL-LATVJA

A/S “Tosmares kuģubūvētava”

Ģenerāļa Baloža street 42/44, Liepaja, LV-3402

il-Latvja

Telefon: +371 63401919

Posta elettronika: shipyard@tosmare.lv

Iż-żarmar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma)

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 165 m

 

Wisa': 22 m

 

Fond: 7 m

 

DWT:14 000

 

GT: 200 — 12 000

 

Piż: 100 — 5 000 tunnellati

 

LDT: 100 -5 000

Ara l-permess nazzjonali Nru LI-10-IB-0024.

Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

0 (10)

fil-11 ta' Ġunju 2020.

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (berth 133 A), LT 93269, Klaipėda,

il-Litwanja

Telefon: +370 — 46 365776

Faks: +370 — 46 365776

Posta elettronika: uab.apk@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 130 metru

 

Wisa': 35 metru

 

Fond: 10 metri

 

GT: 3 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1–15/2015

Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

1 500  (11)

fis-17 ta' Marzu 2020.

UAB armar

Minijos 180 (berth 127 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Telefon: +370 685 32607

Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 80 metru

 

Wisa': 16-il metru

 

Fond: 6 metri

 

GT: 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015

Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

3 910  (12)

fis-17 ta' Marzu 2020.

UAB Vakaru refonda

Minijos 180(berth 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Telefon: +370 (46) 483940/483891

Faks: +370 (46) 483891

Posta elettronika: refonda@wsy.lt

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Kull tip ta' bastiment kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 230 metru

 

Wisa': 55 metru

 

Fond: 14-il metru

 

GT: 70 000

Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

20 140  (13)

fil-21 ta' Mejju 2020.

IN-NETHERLANDS

Keppel-Verolme

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam-Botlek

In-Netherlands

Telefon: +31 18 123 43 53

Posta elettronika: mzoethout@keppelverolme.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 405 metri

 

Wisa': 90 metru

 

Fond: 11,6 metru

Is-sit għadu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

52 000  (14)

fil-21 ta' Lulju 2021.

Scheepsrecycling Nederland B.V.

Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

Postbus 5234; 3295 ZJ s-Gravendeel

In-Netherlands

Telefon: +31 78 673 60 55

Posta elettronika: info@sloperij-nederland.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 200 metru

 

Wisa': 33 metru

 

Fond: 6 metri

 

Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000 tunnellata.

Is-sit għadu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

9 300  (15)

fis-27 ta' Settembru 2021.

IL-POLONJA

ALMEX Sp. Z o.o.

ul. Ks. Stanislawa Kujota 1

70-605 Szczecin

Il-Polonja

Mollijiet u postijiet tar-riċiklaġġ fuq l-interfaċċja bejn l-art u l-baħar

Kull tip ta' bastiment.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 120 metru

 

Wisa': 20 metru

 

Fond: 6 metri

 

DWT: 6 000

 

GT: 2 500

 

LDT: 2 500

Ara l-permess WOŚ.II.7243.7.4.2014.IB

Approvazzjoni espliċita

(id-dettalji għandhom jingħataw kmieni fl-2017 ladarba tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida)

4 000  (16)

fit-30 ta' Ġunju 2017.

IL-PORTUGALL

Navalria — Docas, Construções e Reparações Navais

Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

Il-Portugall

Żarmar fil-baċir imbattal mill-ilma, id-dekontaminazzjoni u l-ħatt fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment

Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata

Il-kapaċità nominali tal-pjan inklinat: 900 tunnellata

 

Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu (AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016)

1 900 tunnellata (17)

fis-26 ta' Jannar 2020.

SPANJA

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta' “El Musel”

Gijon

Spanja

Telefon: +34 630 14 44 16

Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.com

Rampa għaż-żarmar

It-tipi kollha ta' bastimenti, ħlief dawk nukleari

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 84,95 metri

(Vapuri sa 169,9 metri li waqt it-tħaddim tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx, skont ir-riżultat ta' studju tal-vijabilità ddettaljat)

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Mhi definita l-ebda proċedura espliċita s'issa.

0 (18)

fit-28 ta' Lulju 2020.

IR-RENJU UNIT

Able UK Limited

Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

Graythorp Dock

Tees Road

Hartlepool

Cleveland

TS25 2DB

Ir-Renju Unit

Telefon: +44(0)1642 806080

Posta elettronika: info@ableuk.com

Iż-żarmar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 337,5 metri

 

Wisa': 120 metru

 

Pixka: 6,65 metri

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-UE.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Il-mekkaniżmu tal-approvazzjoni huwa permezz ta' ftehim tal-awtorità kompetenti konġunta (Environment Agency and Health and Safety Executive) dwar il-Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li huwa awtorizzat formalment permezz ta' varjazzjoni ta' Permess Ambjentali eżistenti.

66 340  (19)

fis-6 ta' Ottubru 2020.

Harland and Wolff Heavy Industries Limited

Queen's Island

Belfast

BT3 9DU

Ir-Renju Unit

Telefon: +44(0)2890 458456

Posta elettronika: trevor.hutchinson@harland-wolff.com

Iż-żarmar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u fl-ilma

Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Il-baċir prinċipali (l-ikbar) huwa ta' 556 m × 93 m × 1,2 m DWT, u jista' jieħu bastimenti li ma jaqbżux dan il-qies. Dan l-akbar baċir imbattal mill-ilma huwa ta' 1,2 miljun DWT.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-UE. Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u tagħmel kundizzjonjiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Il-mekkaniżmu tal-approvazzjoni huwa permezz ta' ftehim tal-awtorità kompetenti konġunta bejn in-Northern Ireland Environment Agency (NIEA) u l-Health and Safety Executive for Northern Ireland (HSENI) dwar il-Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li huwa awtorizzat formalment permezz tal-modifika ta' liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart (WML) eżistenti.

13 200  (20)

fit-3 ta' Awwissu 2020.

Swansea Drydock Ltd

Prince of Wales Dry Dock

Swansea

Wales

SA1 1LY

Ir-Renju Unit

Telefon: +44(0)1792 654592

Posta elettronika: info@swanseadrydocks.com

Iż-żarmar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 200 metru

 

Wisa': 27 metru

 

Pixka: 7 metri

Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-UE.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Il-mekkaniżmu tal-approvazzjoni huwa msejjes fuq ftehim ta' awtorità kompetenti konġunta (Natural Resources Wales u Health and Safety Executive) dwar il-Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li huwa awtorizzat formalment permezz ta' varjazzjoni tal-Permess Ambjentali eżistenti

7 275  (21)

fit-2 ta' Lulju 2020.


(1)  Kif hemm referenza fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

(2)  Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti, “l-ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huwa ddeterminat mill-għażla tal-ogħla ċifra fl-aħħar perijodu ta' għaxar snin għal kull faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, jew, fil-każ ta' faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tkun għadha kif ġiet awtorizzata, l-ogħla ċifra annwali li tkun intlaħqet f'dik il-faċilità”.

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.

(6)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.

(7)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 18 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 23 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 6 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 100 000 tunnellata fis-sena.

(15)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 45 000 LDT fis-sena.

(16)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 9.

(17)  Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

(18)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

(19)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 tunnellata fis-sena.

(20)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 LDT fis-sena.

(21)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 tunnellata fis-sena.

Abbrevjazzjonijiet

DWT

Tunnellati ta' Piż Mejjet (Deadweight Tonnage)

GT

Tunnellaġġ Gross (Gross Tonnage)

LDT

Tunnellati ta' Spostament Ħafif (Light Displacement Tonnage)