|
17.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/92 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2296
tas-16 ta' Diċembru 2016
li twaqqaf il-grupp indipendenti ta' esperti maħtura bħala l-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ħidma tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew tikkontribwixxi b'mod pożittiv lejn it-titjib tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM), b'mod partikolari billi tipprovdi lill-Kummissjoni b'rakkomandazzjonijiet imparzjali, ibbażati fuq l-evidenza dwar il-prestazzjoni tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru fuq livell ta' Unjoni u fuq dak lokali kif ukoll tal-funzjonijiet tan-netwerk. L-assistenza pprovduta mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni hija indispensabbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ajru Uniku Ewropew, li għalihom l-iskema ta' prestazzjoni, stabbilita skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (2), li tinkludi żviluppi ulterjuri meħtieġa fid-dawl tal-esperjenzi miksuba matul l-applikazzjoni tagħha s'issa, kif ukoll l-iskema ta' imposti marbuta sfiq u stabbilita skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 (3), huma fatturi ewlenin, u b'mod aktar ġenerali fid-dawl tal-Istrateġija tal-Avjazzjoni tal-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Il-ħatra tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni attwali se tiġi fi tmiemha fil-31 ta' Diċembru 2016, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/672/UE (5). Il-Kummissjoni għandha taħtar Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni ġdid li jkompli jassisti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza wara dik id-data. Din il-ħatra għandha tkun għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2024 biż-żewġ ġranet inklużi, sabiex tipprovdi għal perjodu twil biżżejjed, u b'hekk jiġu żgurati l-kontinwità u l-istabbiltà, filwaqt li tipprovdi wkoll għal terminu fiss li jkun konsistenti mal-perjodi ta' referenza, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013. |
|
(3) |
Peress li dak il-perjodu jestendi mit-tieni għat-tielet perjodu ta' referenza, kull tiġdid tas-sħubija fil-korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għandu jkun tali li jiżgura tranżizzjoni bla xkiel u kontinwità tal-esperjenza u tal-għarfien disponibbli. |
|
(4) |
Sabiex tissaħħaħ l-imparzjalità tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, grupp indipendenti ta' esperti għandu jiġi stabbilit biex jassisti fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni u dak il-grupp ta' esperti għandu jkun maħtur bħala l-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni. |
|
(5) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jispeċifika b'mod ġenerali x'inhu r-rwol tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni fil-kuntest tal-iskema ta' prestazzjoni. L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 jipprovdi aktar dettalji, b'mod mhux eżawrjenti, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompiti u l-attivitajiet tiegħu (tal-Korp). L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jattribwixxi wkoll ċerti kompiti. Għal raġunijiet ta' ċarezza u kompletezza, skont dawk id-dispożizzjonijiet, il-kompiti kollha tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għandu jiġi elenkat. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għandu jgħin lill-Kummissjoni billi jipprovdilha parir, għarfien espert u servizzi oħra. Għal dan l-għan, dan għandu jikkoordina mal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza. Għandu wkoll jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza fuq talba tagħhom. |
|
(6) |
Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għandu jkun appoġġat minn Segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u effettiv tiegħu. |
|
(7) |
Il-membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għandhom ikunu speċjalisti bi kwalifiki għolja, b'kompetenza xierqa fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin. Il-membri kollha minbarra l-President, għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħa għall-applikazzjonijiet u proċedura ta' għażla, sabiex ikunu rrispettati l-prinċipji tal-oġġettività, l-opportunitajiet indaqs u t-trasparenza u jkun possibbli li jiġu skoperti kunflitti ta' interess reali jew potenzjali, u dawn għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom. Fid-dawl tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha, il-President għandu jinħatar mill-Kummissjoni, skont l-arranġamenti amministrattivi tagħha, filwaqt li jiġu rrispettati dawk il-prinċipji u jkun possibbli li jiġu skoperti l-kunflitti ta' interess. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-kwalifiki tagħhom, l-għarfien espert u r-rekwiżiti f'termini ta' imparzjalità u ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess, il-fatt li jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom u skont l-importanza tax-xogħol tagħhom, dawk il-membri, minbarra l-president, għandhom jirċievu rimunerazzjoni lil hinn mir-rimborż tal-ispejjeż, u din għandha tkun proporzjonata mal-kompiti attribwiti lilhom. Il-President għandu jiġi remunerat u jingħata rimborż skont l-arranġamenti amministrattivi interni tal-Kummissjoni. |
|
(9) |
Għalhekk huwa wkoll xieraq li l-attivitajiet tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż ta' appoġġ amministrattiv u tekniku tiegħu jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. |
|
(10) |
Ix-xogħol tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni jeħtieġ aċċess għad-dejta relatata mal-prestazzjoni msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, disponibbli fi ħdan il-Eurocontrol. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi arranġamenti xierqa mal-Eurocontrol biex tiżgura aċċess, li jinkludi l-ġbir, il-validazzjoni, l-analiżi preliminari u l-forniment ta' din id-dejta. Dawk l-arranġamenti iridu jirrikonoxxu d-dimensjoni pan-Ewropea tal-analiżi tal-prestazzjoni, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2394 (7). |
|
(11) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli xierqa dwar ir-regoli ta' proċedura tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u dwar ir-rappurtar tiegħu lill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tiegħu. Ir-regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti wkoll. |
|
(12) |
Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tibqa' tapplika ladarba l-perjodu tal-ħatra tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, kif stabbilit f'din id-Deċiżjoni, jintemm. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku stabbilit bl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ħatra tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni
1. Il-grupp ta' esperti indipendenti dwar il-prestazzjoni tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew, huwa b'dan stabbilit għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2024.
2. Il-grupp ta' esperti msemmi fil-paragrafu 1 huwa b'dan innominat bħala l-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2024.
Artikolu 2
Kompiti
Il-kompiti tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jkunu:
|
(a) |
li jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni, b'mod partikolari f'dak li hu attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3(3) u (6) (a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013; |
|
(b) |
li jipprovdi informazzjoni jew rapporti ad hoc dwar kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013; |
|
(c) |
li jgħin lill-Kummissjoni, meta tintalab, fid-definizzjoni tal-modalitajiet ta' aċċess għal dejta relatata mal-prestazzjoni msemmija fl-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013; |
|
(d) |
li jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, meta jintalab, fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni billi jipprovdi opinjoni indipendenti tal-kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni u billi jiddetermina firxiet ta' valuri indikattivi għall-iffissar tal-miri, skont l-Artikoli 3(6)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013; |
|
(e) |
li jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalab, biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti li għalihom huma responsabbli, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 598/2014. |
Artikolu 3
Rwol Konsultattiv
1. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta mal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew.
2. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jirrapporta u jirrakkomanda lill-Kummissjoni għat-titjib tal-iskema ta' prestazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.
Artikolu 4
Il-kompożizzjoni u l-ħatra tal-membri u l-president
1. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jkun magħmul minn disa' membri, inkluż il-President tiegħu.
2. Il-membri, minbarra l-President, għandhom ikunu individwi maħtura fil-kapaċità personali tagħhom wara l-għażla tagħhom abbażi ta' sejħa għall-applikazzjonijiet.
3. Il-membri, minbarra l-President, se jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, f'isem il-Kummissjoni, minn fost speċjalisti b'kompetenza xierqa li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar ħatriet potenzjali. L-għażla u l-kriterji ta' eliġibbiltà se jinkludu l-kriterji stabbiliti fl-Anness.
4. Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, f'isem il-Kummissjoni, se jaħtar speċjalist bil-kompetenzi xierqa bħala l-President tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, skont l-arranġamenti amministrattivi tagħha u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. Il-President jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u se jippresjedi fuq il-laqgħat tiegħu.
5. Il-mandat tal-President u l-membri l-oħra se jkun ta' sentejn, u jista' jiġġedded darbtejn. Mhux aktar minn żewġ terzi tal-membri se jiġġeddilhom il-mandat fl-istess żmien.
6. Membru li ma jkunx għadu kapaċi jikkontribwixxi b'mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li jirriżenja jew li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u s-6 ta' Mejju jista' jiġi ssostitwit, skont il-paragrafi 2, 3 u 4, kif ikun xieraq, għall-bqija tal-mandat ta' dak il-membru.
7. Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, f'isem il-Kummissjoni, jista' jistabbilixxi lista ta' riżerva ta' kandidati xierqa li tista' tintuża biex jinħatru sostituti tal-membri kollha minbarra l-President. Il-Kummissjoni se tistaqsi lill-applikanti għall-kunsens tagħhom qabel ma tinkludihom fuq il-lista.
8. L-ismijiet tal-individwi maħtura bħala membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Id-dejta personali se tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Prinċipji ta' sħubija
1. Meta jkun qed iwettaq il-kompiti skont din id-Deċiżjoni, il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u l-membri tiegħu għandhom ikunu imparzjali u jaġixxu b'mod indipendenti minn kull influwenza esterna u dan fl-interess pubbliku. Il-membri għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni għal dan l-għan, li permezz tagħha jimpenjaw ruħhom sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fi ħdan il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għal dan l-għan.
2. Dawn ma għandhomx jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lil xi persuna oħra.
3. L-individwi li japplikaw biex jinħatru bħala membri għandhom jiżvelaw kull ċirkostanza li tista' twassal għal kunflitt ta' interess billi jissottomettu dikjarazzjoni ta' interessi, kif stabbilit fis-sejħa għall-applikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 4(2). L-individwu li jinħatar bħala l-President għandu wkoll jiżvela kull tali ċirkostanza fil-ħin qabel il-ħatra tiegħu jew tagħha. F'dik id-dikjarazzjoni, dawn l-individwi għandhom jiżvelaw tal-anqas kwalunkwe interess professjonali u finanzjarju u kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-interessi tagħhom jistgħu jikkompromettu jew jistgħu raġonevolment jitqiesu li jikkompromettu l-kapaċità tagħhom, bħala membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li jaġixxu b'mod imparzjali u fl-interess pubbliku.
4. Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk jistax ikun hemm kunflitt ta' interess, għandhom jiġu kkunsidrati għadd ta' fatturi, inkluż in-natura, it-tip u l-importanza tal-interess tal-individwu, kif ukoll il-punt sa fejn l-interess jista', b'mod raġonevoli, jinfluwenza l-parir tal-individwu kif ukoll il-proċess globali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni. L-interess għandu jitqies bħala insinifikanti jew minimu fejn x'aktarx ma jikkompromettix jew fejn ikun perċepit b'mod raġonevoli li jikkomprometti l-kapaċità tal-individwu li jaġixxi b'mod imparzjali u fl-interess pubbliku meta dan jagħti parir lill-Kummissjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi għall-membri maħtura pubblikament permezz ta' websajt apposta. Għandhom jittieħdu l-miżuri tekniċi biex jiġi indikat lill-magni tat-tiftix li l-formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi m'għandhiex tidher fir-riżultati tat-tiftix.
6. Il-membri huma suġġetti għall-obbligu ta' segretezza professjonali, kif ukoll għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (9) u (UE, Euratom) 2015/444 (10).
7. Il-membri se jiffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' kunfidenzjalità fil-bidu ta' kull mandat.
Artikolu 6
Metodu ta' ħidma
1. Filwaqt li jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, f'isem il-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tal-finanzjament tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, dan se jadotta d-dokumenti li ġejjin:
|
(a) |
fil-programm ta' ħidma annwali tiegħu u r-rapport annwali; |
|
(b) |
ir-regoli ta' proċedura tiegħu; |
|
(c) |
il-modalitajiet tal-kooperazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; |
|
(d) |
l-arranġamenti ta' ħidma flimkien mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-arju, mal-operaturi tal-ajruporti, mal-koordinaturi tal-ajruporti u mat-trasportaturi tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013; |
|
(e) |
pjan ta' ġestjoni tad-dejta. |
2. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jadotta r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 b'votazzjoni ta' maġġoranza sempliċi.
3. Sabiex ikunu eżaminati kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għax-xogħol tiegħu, il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni jista' jistabbilixxi sottogruppi minn fost il-membri tiegħu, abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u bi ftehim mad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, f'isem il-Kummissjoni. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
4. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, kif ukoll is-sottogruppi tiegħu għandhom jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, il-laqgħat jistgħu jsiru xi mkien ieħor.
5. L-attendenza tal-membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni f'laqgħat tiegħu, kif ukoll tas-sottogruppi tiegħu, hija obbligatorja. F'każ ta' assenza, il-ġustifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-President u lis-Segretarjat.
6. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jiżgura, bl-appoġġ tas-Segretarjat, li l-metodoloġija tiegħu tirrifletti l-aħħar standards xjentifiċi.
Artikolu 7
Appoġġ amministrattiv u tekniku
1. Il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-funzjonament tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, inkluż is-Segretarjat tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u s-sottogruppi tiegħu, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u effikaċi tiegħu. Is-Segretarjat għandu jsejjaħ il-laqgħat plenarji tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u jassistihom, u għandu wkoll isejjaħ il-laqgħat tas-sottogruppi.
L-appoġġ amministrattiv u tekniku se jiġi pprovdut b'mod kosteffiċjenti li jiżgura l-indipendenza funzjonali u teknika tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
2. Fejn il-Eurocontrol tiġi identifikata bħala l-fornitur xieraq tad-dejta, il-Kummissjoni se tistabbilixxi arranġamenti approprjati magħha għall-ġbir, il-validazzjoni, il-preanaliżi u d-dispożizzjoni ta' din id-dejta, sabiex jiġi żgurat aċċess kontinwu tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni għad-dejta relatata mal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, disponibbli fi ħdan l-Eurocontrol.
Artikolu 8
Ir-rapportar u t-trasparenza
1. Biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu fl-Artikolu 2, il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se joħroġ rapporti u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni.
2. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se joffri lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-possibbiltà li tiġi vverifikata d-dejta fattwali relatati mal-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet ta' prestazzjoni qabel ma joħroġ ir-rapporti tiegħu.
3. Il-Kummissjoni se tippubblika r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni permezz ta' websajt apposta.
4. Kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), tali pubblikazzjoni m'għandhiex tintervjeni meta l-iżvelar tar-rapport jew rakkomandazzjoni, jew parti minn dawn, iddgħajjef il-protezzjoni tal-interess pubbliku jew dak privat.
5. Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jadotta rapport annwali dwar il-ħidma tiegħu, inkluż dwar il-kooperazzjoni tiegħu mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u dwar l-arranġamenti ta' ħidma flimkien mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-arju, mal-operaturi tal-ajruporti, mal-koordinaturi tal-ajruporti u mat-trasportaturi tal-ajru, kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) u (8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, rispettivament, kif ukoll il-ftehim mal-Eurocontrol fir-rigward tal-aċċess għad-dejta relatata mal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2).
6. Il-Kummissjoni se tissorvelja l-funzjonament tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u tinforma regolarment lill-Istati Membri dwar il-progress tal-ħidma tiegħu.
Artikolu 9
Allokazzjonijiet, spejjeż u remunerazzjoni
1. Il-membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, minbarra l-President, se jkunu intitolati għal kumpens speċjali sa massimu ta' EUR 600 fil-forma ta' unità ta' spiża ta' kuljum għal kull jum sħiħ ta' xogħol. Il-kumpens totali se jiġi kkalkulat u aġġustat 'il fuq favur l-ammont li jikkorrispondi mal-eqreb nofs jum ta' xogħol. Il-ħlasijiet kollha se jsiru f'ewro.
2. L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jġarrbu l-membri, minbarra l-President, jitħallsu lura mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5858 (12). Dawk l-ispejjeż se jitħallsu lura fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli, allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
3. Il-President tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jiġi remunerat u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien tiegħu jew tagħha se jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont l-arranġamenti amministrattivi tagħha.
Artikolu 10
Finanzjament
L-ispejjeż tal-attivitajiet bil-għan li jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 2, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-kumpensi u rimborsi tal-membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll l-ispejjeż ta' appoġġ amministrattiv u tekniku msemmi fl-Artikolu 7, se jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. L-ispejjeż li jikkorrispondu mal-allokazzjonijiet u mar-rimborżi msemmija fl-Artikoli 9(1) u (2) se jiġu ffinanzjati skont l-Artikolu 204 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u l-Artikolu 287 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (14).
Artikolu 11
Revoka
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/672/UE hija revokata.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din tapplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2024.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31).
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa COM(2015) 598 final.
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/672/UE tal-24 ta' Settembru 2014 dwar l-estensjoni tal-ħatra tal-Korp ta' Evalwazzjoni ta' Analiżi tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 281, 25.9.2014, p. 5).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f'ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2394 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tad-deċiżjonijiet li trid tadotta l-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol, rigward ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol u dwar is-servizzi ċentralizzati (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 136).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5858 tal-5 ta' Diċembru 2007 “Regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba min-nies barra mill-Kummissjoni mistiedna jattendu laqgħat fil-kapaċità tagħhom ta' esperti”.
(13) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298 26.10.2012, p. 1).
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
ANNESS
Kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà għall-membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni
Il-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà għall-membri tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni se jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
għarfien espert rilevanti u ppruvat, kompetenza u esperjenza professjonali ta' livell għoli tal-applikant, f'oqsma rilevanti għall- oqsma ta' prestazzjoni ewlenin; |
|
(b) |
rappreżentazzjoni bilanċjata ta' kompetenza u ta' għarfien espert għall-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin kollha, kif ukoll tal-ġeneru u tal-oriġini ġeografika |
|
(c) |
rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' għarfien f'oqsma relatati ma', iżda mhux limitati għal:
|
|
(d) |
il-kapaċità biex jiġu analizzati u vvalutati r-relazzjonijiet dipendenti u l-interazzjonijiet bejn oqsma ta' prestazzjoni u biex jiġu ddefiniti miri ta' prestazzjoni fil-ġejjieni bbażati fuq titjib operazzjonali u teknoloġiku ppjanat; |
|
(e) |
ħiliet lingwistiċi xierqa, li jippermettu lill-applikant li jieħu sehem bis-sħiħ u b'mod effettiv fix-xogħol tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni; |
|
(f) |
indipendenza u assenza ta' kunflitti ta' interess. |