16.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2268

tal-14 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom

(notifikata bid-dokument C(2016) 8390)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(6) u l-Artikolu 20(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/305/KE (2), 2007/306/KE (3) u 2007/307/KE (4) jistabbilixxu r-regoli dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) rispettivament, kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (“materjal ġenetikament modifikat”). Dawk id-Deċiżjonijiet ġew adottati wara li d-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-kumpanija Bayer CropScience AG, indikat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda intenzjoni li ġġedded l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' dak il-materjal ĠM skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11, l-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(2)

It-tliet Deċiżjonijiet kollha stipulaw perjodu ta' tranżizzjoni inizjali ta' ħames snin, li matulu l-ikel u l-għalf li fih dan il-materjal ĠM jew li jikkonsisti jew huwa prodott minnu seta' jiġi introdott fis-suq bi proporzjon mhux ogħla minn 0,9 % u sakemm dik il-preżenza kienet aċċidentali jew teknikament inevitabbli. L-għan ta' dak il-perjodu ta' tranżizzjoni kien li jikkunsidra l-fatt li xi kultant seta' jkun hemm preżenti traċċi żgħar ħafna ta' materjal ĠM fil-ktajjen alimentari u tal-għalf, saħansitra wara li Bayer CropScience AG iddeċidiet li twaqqaf il-bejgħ ta' żrieragħ derivati minn dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati u anke jekk kienu ttieħdu l-miżuri kollha biex tiġi evitata l-preżenza ta' dak il-materjal ĠM.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza li nkisbet wara l-irtirar mis-suq ta' dak il-materjal ĠM, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/69/UE (5) emendat it-tliet Deċiżjonijiet kollha sabiex il-perjodu ta' tranżizzjoni jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2016. Peress li ġew irrapportati livelli baxxi ħafna ta' traċċi, dik id-Deċiżjoni naqqset il-preżenza ttollerata ta' dak il-materjal ĠM fl-ikel u fl-għalf għal piż skont il-piż ta' 0,1 %.

(4)

Id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE stipulaw ukoll serje ta' miżuri li Bayer CropScience AG kellha tieħu sabiex jiġi żgurat l-irtirar mis-suq effettiv ta' dan il-materjal ĠM u stabbilixxew obbligi ta' rapportar min-naħa ta' Bayer CropScience AG.

(5)

F'Diċembru 2013 u f'Marzu 2016, Bayer CropScience AG irrapportat li minkejja l-miżuri li ħadet biex tipprevjeni l-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati skont id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE, xorta kien għad fadal traċċi żgħar ħafna fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza f'dawn l-aħħar snin. Din il-preżenza ta' traċċi persistenti tista' tiġi spjegata kemm minħabba l-bijoloġija taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza li jistgħu jibqgħu inattivi għal perjodi twal kif ukoll minħabba prattiki agrikoli li ntużaw għall-ħsad ta' żrieragħ li setgħu rriżultaw f'tixrid aċċidentali, li l-livell tiegħu kien diffiċli biex jiġi stmat fid-dati tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/69/UE. It-tendenza hija li l-okkorrenza tat-traċċi kompliet tonqos.

(6)

F'dan l-isfond, huwa xieraq li l-perjodu ta' tranżizzjoni jiġi estiż għal tliet snin oħra sal-31 ta' Diċembru 2019 sabiex jippermetti t-tneħħija sħiħa tat-traċċi residwi ta' Ms1×Rf1 taż-żrieragħ tal-lift, taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 u tal-kolza Topas 19/2 fil-katina alimentari u tal-għalf.

(7)

Sabiex tkompli tikkontribwixxi għat-tneħħija ta' dak il-materjal ĠM, huwa xieraq ukoll li Bayer CropScience AG tkompli timplimenta l-programm intern meħtieġ skont id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u li tkompli tiġbor id-dejta, kif kienet tagħmel qabel fuq bażi volontarja, dwar il-preżenza ta' materjal bħal dan fi prodotti bażiċi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza importati fl-Unjoni mill-Kanada, l-uniku pajjiż fejn dawk iż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza kienu kkultivati għal skopijiet kummerċjali. Bayer CropScience AG għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar iż-żewġ aspetti sal-1 ta' Jannar 2019.

(8)

Bayer CropScience AG għandha tiżgura d-disponibbiltà kontinwa ta' materjali ta' referenza ċertifikati biex il-laboratorji ta' kontroll ikunu jistgħu jwettqu l-analiżi tagħhom matul dak il-perjodu ta' tranżizzjoni.

(9)

Id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/305/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv ta' ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinament tal-ibridu ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift fit-tnissil u l-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor dejta dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada sal-1 ta' Jannar 2019.”

(2)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-preżenza ta' materjal li fih ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinament tal-ibridu ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift, li jikkonsisti fihom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2019, sakemm din il-preżenza:

(a)

tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; u

(b)

tkun fi proporzjon mhux ogħla minn piż skont il-piż ta' 0,1 %.

2.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċertifikat għal ACS-BNØØ4–7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/attain-lab-services/certified-reference-materials-(CRMS)”.

(3)

L-Anness jitħassar.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2007/306/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv ta' ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinament ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5 fit-tnissil u l-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor dejta dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada sal-1 ta' Jannar 2019.”

(2)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-preżenza ta' materjal li fih ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinament ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5, li jikkonsisti fihom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2019, sakemm din il-preżenza:

(a)

tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; u

(b)

tkun fi proporzjon mhux ogħla minn piż skont il-piż ta' 0,1 %.

2.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċertifikat għaż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4–7×ACS-BNØØ2-5 permezz tal-American Oil Chemists Society [fuq https://www.aocs.org/attain-lab-services/certified-reference-materials-(crms)”.

(3)

L-Anness jitħassar.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2007/307/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv tal-kolza ACS-BNØØ7-1 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor dejta dwar il-preżenza ta' dak l-organiżmu ġenetikament modifikat fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.

Id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada sal-1 ta' Jannar 2019.

2.   Il-preżenza ta' materjal li fih il-kolza ACS-BNØØ7-1, li jikkonsisti fih jew li huwa prodott minnu fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2019, sakemm din il-preżenza:

(a)

tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; u

(b)

tkun fi proporzjon mhux ogħla minn piż skont il-piż ta' 0,1 %.

3.   Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċertifikat għall-kolza ACS- BNØØ7-1 permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/attain-lab-services/certified-reference-materials-(crms).”

Artikolu 4

L-entrati fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fir-rigward ta' ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinament tal-ibridu ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift, ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinament tal-ibridi taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5, u tal-kolza ACS-BNØØ7-1, għandhom jiġu modifikati sabiex jieħdu kont ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Str. 50, D-40789 Monheim am Rhein, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/305/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/306/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u l-prodotti ġejjin minnha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 20).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/307/KE tal-25 ta' April 2007 dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) u l-prodotti derivati tagħha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE tat-3 ta' Frar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta' tolleranza għal traċċi tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4), tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u ż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 34, 7.2.2012, p. 12).