13.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 337/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2233

tas-6 ta' Diċembru 2016

li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK dwar Kuba

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Diċembru 1996 il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK (1), li tiddefinixxi l-pożizzjoni u l-objettivi tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha ma' Kuba.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK ipprevediet il-possibbiltà ta' negozjati għal ftehim ta' kooperazzjoni ma' Kuba.

(3)

Fl-10 ta' Frar 2014 il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, awtorizzaw lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta' Kuba għal ftehim dwar djalogu politiku u kooperazzjoni.

(4)

In-negozjati ġew ikkompletati b'suċċess bl-inizjalar, fil-11 ta' Marzu 2016, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”).

(5)

Il-Ftehim ser jikkostitwixxi l-qafas legali il-ġdid għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2016.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK tat-2 ta' Diċembru 1996 definita mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.2 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, dwar Kuba (ĠU L 322, 12.12.1996, p. 1).