9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2217

tat-8 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2321(2016), biex żied 11-il persuna u 10 entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-entrati għal persuna waħda u tliet entitajiet fl-Anness II għandhom jitħassru billi dawn ġew elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(4)

L-Anness I u l-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I u l-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma b'dan emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2016/849/PESK.

A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

29.

Pak Chun Il

 

Passaport: 563410091;

Data tat-twelid: 28.7.1954;

Ċittadinanza: RDPK

30.11.2016

Serva bħala ambaxxatur tar-RDPK għall-Eġittu u pprovda appoġġ lill-KOMID.

30.

Kim Song Chol

Kim Hak Song

Passaport: 381420565, alt. Passaport: 654120219;

Data tat-twelid: 26.3.1968; alt 15.10.1970

Ċittadinanza: RDPK

30.11.2016

Uffiċjal tal-KOMID li wettaq negozju fis-Sudan f'isem l-interessi tal-KOMID.

31.

Son Jong Hyok

Son Min

Data tat-twelid: 20.5.1980;

Ċittadinanza: RDPK

30.11.2016

Son Jong Hyok huwa uffiċjal tal-KOMID li wettaq negozju fis-Sudan f'isem l-interessi tal-KOMID.

32.

Kim Se Gon

 

Passaport: PD472310104;

Data tat-twelid: 13.11.1969

Ċittadinanza: RDPK

30.11.2016

Jaħdem f'isem il-Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika.

33.

Ri Won Ho

 

Passaport: 381310014;

Data tat-twelid: 17.7.1964;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Ministeru tal-Istat tar-RDPK stazzjonat fis-Sirja li jappoġġa l-KOMID.

34.

Jo Yong Chol

Cho Yong Chol

Data tat-twelid: 30.9.1973;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Ministeru tal-Istat tar-RDPK stazzjonat fis-Sirja li jappoġġa l-KOMID.

35.

Kim Chol Sam

 

Data tat-twelid: 11.3.1971;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

Rappreżentant ta' Daedong Credit Bank (DCB)li kien involut fil-ġestjoni ta' tranżazzjonijiet f'isem DCB Finance Limited. Bħala rappreżentant ta' DCB ibbażat barra mill-pajjiż, hemm suspett li Kim Chol Sam iffaċilita tranżazzjonijiet li jiswew mijiet ta' eluf ta' dollari u x'aktarx immaniġġa miljuni ta' dollari f'kontijiet relatati mar-RDPK b'rabtiet potenzjali ma' programmi nukleari/ta' missili.

36.

Kim Sok Chol

 

Passaport: 472310082;

Data tat-twelid: 8.5.1955;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

Aġixxa bħala l-Ambaxxatur tar-RDPK għall-Myanmar u opera bħala faċilitatur tal-KOMID. Huwa tħallas mill-KOMID għall-assistenza tiegħu u jorganizza laqgħat f'isem il-KOMID, inkluż laqgħa bejn il-persuni relatati mad-difiża tal-KOMID u tal-Myanmar biex jiġu diskussi kwistjonijiet finanzjarji.

37.

Chang Chang Ha

Jang Chang Ha

Data tat-twelid: 10.1.1964;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

President tat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali (SANS).

38.

Cho Chun Ryong

Jo Chun Ryong

Data tat-twelid: 4.4.1960;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (SEC).

39.

Son Mun San

 

Data tat-twelid: 23.1.1951;

Ċittadinanza: RDPK.

30.11.2016

Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Esterni tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE).

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

33.

Korea United Development Bank

 

Pyongyang, Korea ta' Fuq; SWIFT/BIC: KUDBKPPY

30.11.2016

Jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji tal-ekonomija tar-RDPK.

34.

Ilsim International Bank

 

Pyongyang, DPRK; SWIFT: ILSIKPPY

30.11.2016

Huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib ma' Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC). Ipprova jevita sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

35.

Korea Daesong Bank

Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank

Segori-dong, Gyongheung St. Potonggang District, Pyongyang, RDPK; SWIFT/BIC: KDBKKPPY

30.11.2016

Huwa proprjetà ta' u kkontrollat minn Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

36.

Singwang Economics and Trading General Corporation

 

RDPK

30.11.2016

Hija intrapriża tar-RDPK għall-kummerċ tal-faħam. Ir-RDPK tiġġenera sehem sinifikanti tal-flus għall-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi tagħha bl-estrazzjoni ta' riżorsi naturali u l-bejgħ tagħhom barra mill-pajjiż.

37.

Korea Foreign Technical Trade Center

 

RDPK

30.11.2016

Huwa intrapriża tar-RDPK għall-kummerċ tal-faħam. Ir-RDPK tiġġenera sehem sinifikanti tal-fondi meħtieġa biex tiffinanzja l-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi tagħha bl-estrazzjoni tar-riżorsi naturali u l-bejgħ tagħhom barra mill-pajjiż.

38.

Korea Pugang Trading Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

30.11.2016

Hija proprjetà ta' Korea Ryonbong General Corporation, konglomerat tad-difiża tar-RDPK speċjalizzat f'akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għal bejgħ relatat mal-qasam militari ta' Pyongyang.

39.

Korea International Chemical Joint Venture Company

Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company: International Chemical Joint Venture Company

Hamhung, South Hamgyong Province, RDPK; Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, RDPK; Mangyungdae-gu, Pyongyang, RDPK

30.11.2016

Hija sussidjarja ta' Korea Ryonbong General Corporation — konglomerat tad-difiża tar-RDPK speċjalizzat f'akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għal bejgħ relatat mal-qasam militari ta' Pyongyang — u kienet involuta fi tranżazzjonijiet relatati mal-proliferazzjoni.

40.

DCB Finance Limited

 

Akara Building, 24 de Castro Street, Wickhams Cay I, Road Town, Tortola, British Virgin Islands; Dalian, iċ-Ċina

30.11.2016

Hija kumpannija tal-isem għal Daedong Credit Bank (DCB), entità elenkata.

41.

Korea Taesong Trading Company

 

Pyongyang, RDPK

30.11.2016

Aġixxiet f'isem il-KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

42.

Korea Daesong General Trading Corporation

Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation

Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, Pyongyang City, RDPK

30.11.2016

Hija affiljata ma' Uffiċċju 39 permezz ta' esportazzjonijiet tal-minerali (deheb), metalli, makkinarju, prodotti agrikoli, ġinseng, ġojjellerija, u prodotti tal-industrija ħafifa.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/849/PESK

I.   Persuni u entitajiet responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' programmi oħra relatati mal-armi tal-qerda massiva, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

A.   Persuni

16.

Jo Chun Ryong

B.   Entitajiet

2.

Korea Taesong Trading Company

II.   Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva.

B.   Entitajiet

1.

Korea Daesong Bank

2.

Korea Daesong General Trading Corporation