2.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2112
tal-1 ta' Diċembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2014/401/PESK dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/401/PESK (1) dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-Bord taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (“SATCEN”) għandu jkollu l-possibbiltà li jistieden esperti minn Stati rilevanti, organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi u entitajiet rilevanti għal uħud mil-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari. |
(3) |
Is-SATCEN għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni f'dak li jirrigwarda l-attivitajiet tas-SATCEN. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/401/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deżjoni 2014/401/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Id-Direttur tas-SATCEN jew ir-rappreżentant tad-Direttur għandu, bħala regola, jattendi l-laqgħat tal-Bord. Il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, id-Direttur Ġenerali tal-Istat Maġġur tal-Unjoni Ewropea u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili tal-Unjoni Ewropea jistgħu wkoll jattendu għal-laqgħat tal-Bord. Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet, korpi u entitajiet rilevanti tal-Unjoni kif ukoll rappreżentanti ta' Stati terzi, organizzazzjonijiet u entitajiet internazzjonali jistgħu wkoll jattendu għal-laqgħat tal-Bord biex jipprovdu informazzjoni b'rabta ma' punti speċifiċi fuq l-aġenda, fuq invit mill-Bord.” |
(2) |
Fl-Artikolu 20, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2: “2a. Is-SATCEN għandu jkun responsabbli, mal-approvazzjoni tal-Bord, għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni safejn dawn jikkonċernaw l-attivitajiet tas-SATCEN”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ÉRSEK
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73).