2.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/77


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2111

tat-28 ta' Novembru 2016

li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Belġju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2016 (2), ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018.

(2)

Il-gvern tal-Belġju ppreżenta nomina waħda għal kariga li għandha timtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018:

I.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Belġju

Is-Sur Joeri HENS

 

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)