|
29.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2083
tat-28 ta' Novembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/2249 (2), ipprovdiet lil EUAM Ukraine ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2016 u mandat sat-30 ta' Novembru 2017. |
|
(3) |
Fit-12 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/712 (3) li tadatta l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2016. |
|
(4) |
Għandu jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017, u d-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha b'hekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017 għandu jkun ta' EUR 20 800 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jgħaddi lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (‘Frontex’) informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet ta' EUAM Ukraine, sal-livell ta' klassifikazzjoni determinat mill-Kunsill f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jiġu fformulati arranġamenti bejn ir-RGħ u Frontex għal dan l-iskop.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 11).