22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2039

tal-15 ta' Novembru 2016

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Ġermanja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat definittivament fil-25 ta' Novembru 2015 (2),

fid-19 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016,

minħabba l-fatt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali tal-2016 jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien, huwa ġġustifikat li jitqassar, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem previst għat-tqegħid tal-punt fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata fil-15 ta' Novembru 2016.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 48, 24.2.2016, p. 1.