19.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2026

tal-15 ta' Novembru 2016

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”) (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni ppreżentat proposta sal-15 ta' Ottubru 2016 li tispeċifika (a) l-ammont massimu għall-ammont annwali ta' kontribuzzjoni għall-2018; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2017; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2017, u (d) previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2019–2020.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fit-28 ta' Lulju 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2288 (4), il-Kunsill adotta fit-30 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-limitu massimu għall-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 ta' EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-BEI.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/759/UE (5), il-Kunsill adotta l-ħolqien ta' Faċilità ta' Tranżizzjoni fit-12 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-miżuri ta' mmaniġġar tranżizzjonali tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“il-Faċilità ta' Tranżizzjoni”),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2018 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 550 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 250 000 000 għall BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 000 000 000. Għandu jinqasam f'EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 150 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 huma ppreżentati fit-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati taħt il-Faċilità ta' Tranżizzjoni, skont pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.

Artikolu 4

Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2019 hija b'dan stabbilita għal EUR 4 500 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u dik għall-2020 hija stabbilita għal EUR 4 500 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2288 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019 (ĠU L 323, 9.12.2015, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).


ANNESS

Stati Membri

Taqsim tal-10 FEŻ %

L-ewwel ħlas parzjali tal-2017 (EUR)

imħallas lill-BEI

imħallas lill-Kummissjoni

Totali

taħt l-10 FEŻ

taħt l-10 FEŻ

Awstrija

2,41

2 410 000,00

40 970 000,00

43 380 000,00

Belġju

3,53

3 530 000,00

60 010 000,00

63 540 000,00

Bulgarija

0,14

140 000,00

2 380 000,00

2 520 000,00

Ċipru

0,09

90 000,00

1 530 000,00

1 620 000,00

Repubblika Ċeka

0,51

510 000,00

8 670 000,00

9 180 000,00

Danimarka

2,00

2 000 000,00

34 000 000,00

36 000 000,00

Estonja

0,05

50 000,00

850 000,00

900 000,00

Finlandja

1,47

1 470 000,00

24 990 000,00

26 460 000,00

Franza

19,55

19 550 000,00

332 350 000,00

351 900 000,00

Ġermanja

20,50

20 500 000,00

348 500 000,00

369 000 000,00

Greċja

1,47

1 470 000,00

24 990 000,00

26 460 000,00

Ungerija

0,55

550 000,00

9 350 000,00

9 900 000,00

Irlanda

0,91

910 000,00

15 470 000,00

16 380 000,00

Italja

12,86

12 860 000,00

218 620 000,00

231 480 000,00

Latvja

0,07

70 000,00

1 190 000,00

1 260 000,00

Litwanja

0,12

120 000,00

2 040 000,00

2 160 000,00

Lussemburgu

0,27

270 000,00

4 590 000,00

4 860 000,00

Malta

0,03

30 000,00

510 000,00

540 000,00

Netherlands

4,85

4 850 000,00

82 450 000,00

87 300 000,00

Polonja

1,30

1 300 000,00

22 100 000,00

23 400 000,00

Portugall

1,15

1 150 000,00

19 550 000,00

20 700 000,00

Rumanija

0,37

370 000,00

6 290 000,00

6 660 000,00

Slovakkja

0,21

210 000,00

3 570 000,00

3 780 000,00

Slovenja

0,18

180 000,00

3 060 000,00

3 240 000,00

Spanja

7,85

7 850 000,00

133 450 000,00

141 300 000,00

Żvezja

2,74

2 740 000,00

46 580 000,00

49 320 000,00

Renju Unit

14,82

14 820 000,00

251 940 000,00

266 760 000,00

TOTAL UE-27

100,00

100 000 000,00

1 700 000 000,00

1 800 000 000,00