|
15.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1992
tal-11 ta' Novembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire
(notifikata bid-dokument C(2016) 7151)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 (2) tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire. |
|
(2) |
Informazzjoni reċenti ppreżentata mill-Istati Uniti tal-Amerika turi li ċerti żoni tat-territorju tagħhom li attwalment huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire issa ma għadhomx ħielsa minn dan l-organiżmu ta' ħsara. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti tat informazzjoni li tindika li l-kontea ta' Chester f'Tennessee hija ħielsa minn dan l-organiżmu ta' ħsara. |
|
(4) |
Fid-dawl ta' dik l-informazzjoni, il-lista rispettiva taż-żoni rikonoxxuti bħala ħielsa minn dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi emendata. |
|
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 tas-17 ta' Diċembru 2015 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 128).
ANNESS
LISTA TA' ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 2(f), il-Kontej (Parroċċi) f'Louisiana, jitħassru l-entrati li ġejjin: Caldwell, Franklin, Winn. |
|
(2) |
Fil-punt 2(h), il-Kontej f'Minnesota, titħassar l-entrata li ġejja: Wabasha. |
|
(3) |
Fil-punt 2(i), il-Kontej f'Nebraska, jitħassru l-entrati li ġejjin: Antelope, Boone, Burt, Butler, Cedar, Colfax, Cuming, Dakota, Dixon, Dodge, Fillmore, Gage, Hamilton, Jefferson, Lancaster, Madison, Merrick, Nance, Platte, Polk, Saline, Saunders, Seward, Stanton, Thurston, York. |
|
(4) |
Fil-punt 2(l), il-Kontej f'Tennessee, l-entrata li ġejja tiddaħħal qabel Crockett: Chester |
|
(5) |
Fil-punt 2(m), il-Kontej f'Texas, jitħassru l-entrati li ġejjin: Anderson, Camp, Cherokee, Delta, Franklin, Gregg, Henderson, Hopkins, Lamar, Morris, Nacogdoches, Rains, Red River, Rusk, Sabine, San Augustine, Shelby, Smith, Titus, Upshur, Van Zandt, Wood. |