14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 305/4


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1985

tal-14 ta' Novembru 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li qed tmur għall-agħar, tmintax-il persuna jenħtieġ li jinżiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 27 u 28

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“217.

Atef Naddaf

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Fil-kampanja ta' Damasku

Ministru għall-Edukazzjoni Għolja.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

218.

Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf)

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Lattakia

Eks Gvernatur tal-Provinċja ta' Damasku

Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali.

Maħtur f'Lulju 2016.

Kuġin ta' Rami Makhlouf.

14.11.2016

219.

Ali Al-Zafir (magħruf ukoll bħala al-Dafeer)

Data tat-twelid: 1962.

Post tat-twelid: Tartous

Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

220.

Ali Ghanem

Data tat-twelid: 1963

Post tat-twelid: Damasku

Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

221.

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez Tourjman (magħruf ukoll bħala Tourjuman)

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Damasku

Ministru għall-Informazzjoni.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

222.

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Lattakia

Ministru għall-Kultura.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

223.

Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud)

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Tartous

Ministru għat-Trasport.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

224.

Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli

Post tat-twelid: Damasku

Ministru għall-Elettriku.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

225.

Maamoun Hamdan

Data tat-twelid: 1958

Post tat-twelid: Damasku

Ministru għall-Finanzi.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

226.

Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan)

Data tat-twelid: 1963

Post tat-twelid: Aleppo

Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

227.

Ahmad al-Hamu (magħruf ukoll bħala al-Hamo)

Data tat-twelid: 1947

Ministru għall-Industrija.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

228.

Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi)

Data tat-twelid: 1962

Post tat-twelid: Damasku

Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

229.

Abdullah Abdullah

Data tat-twelid: 1956

Ministru tal-Istat.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

230.

Salwa Abdullah

Data tat-twelid: 1953

Post tat-twelid: Quneitra

Ministru tal-Istat.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

231.

Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad)

Data tat-twelid: 1954

Post tat-twelid: Raħal Habran (provinċja ta' Sweida)

Ministru tal-Istat.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

232.

Wafiqa Hosni

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Istat.

Maħtur f'Lulju 2016.

14.11.2016

233.

Rima Al-Qadiri (magħruf ukoll bħala Al-Kadiri)

Data tat-twelid: 1963

Post tat-twelid: Damasku

Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015).

14.11.2016

234.

Duraid Durgham

 

Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

Responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat.

14.11.2016”.