|
11.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1973
tat-8 ta' Novembru 2016
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat definittivament fil-25 ta' Novembru 2015 (2), |
|
— |
fis-7 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta bl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016, |
|
— |
għall-ħtiġijiet relatati mal-amministrazzjoni tat-Teżorerija nazzjonali, jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għall-2016. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata fit-8 ta' Novembru 2016.
Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR