9.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1961

tat-8 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Wara l-organizzazzjoni mill-Federazzjoni Russa tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jeħtieġ li sitt persuni jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3)

Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“152.

Ruslan Ismailovich BALBEK

Руслан Исмаилович

Бальбек

Data tat-Twelid: 28.8.1977

Post tat-Twelid: Bekabad, l-Użbekistan SSR

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.

Fl-2014 Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f'din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b'midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea”. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fil-fergħa tal-Krimea) u artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta' Lulju 2016.

9.11.2016

153.

Konstantin Mikhailovich BAKHAREV

Константин Михайлович

Бахарев

Data tat-Twelid: 20.10.1972

Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

F'Marzu 2014 Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, u f'Awwissu 2014 bħala l-Ewwel Viċi President ta' dak il-korp. Huwa ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa appoġġa pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-22 ta' Marzu 2016 u s-sit elettroniku c-pravada.ru fit-23 ta' Awwissu 2016. Huwa ġie ppremjat bl-ordni “Għall-ħarsien tad-dmirijiet” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea”.

9.11.2016

154.

Dmitry Anatolievich BELIK

Дмитрий Анатольевич

Белик

Data tat-Twelid: 17.10.1969

Post tat-Twelid: Distrett ta' Kular Ust-Yansky, SSR Awtonomu ta' Yakut

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta' Sevastopol li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar it-Tassazzjoni.

Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta' Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit elettroniku personali tiegħu u f'intervista ppubblikata fil-21 ta' Frar 2016 fuq is-sit elettroniku nation-news.ru.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat l-ordni tal-istat Russu “Għad-dmir lejn art twelidi” - grad II.

9.11.2016

155.

Andrei Dmitrievich KOZENKO

Андрей Дмитриевич

Козенко

Data tat-Twelid: 3.8.1981

Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

F'Marzu 2014 Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fis-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-12 ta' Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat b'midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea” mill-“awtoritajiet” lokali.

9.11.2016

156.

Svetlana Borisovna SAVCHENKO

Светлана Борисовна

Савченко

Data tat-Twelid: 24.6.1965

Post tat-Twelid: Belogorsk SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea sa mill-2012 u minn Marzu 2014 'il quddiem appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F'Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f'għadd ta' okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta' April 2016 u l-20 ta' Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-istat Russu “Għad-dmir lejn art twelidi” - grad II fl-2014 u bl-ordni “Għall-ħarsien tad-dmirijiet” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea” fl-2015.

9.11.2016

157.

Pavel Valentinovich SHPEROV

Павел Валентинович

Шперов

Data tat-Twelid: 4.7.1971

Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar Affarijiet tal-Komunità ta' Stati Indipendenti (KSI), l-Integrazzjoni Ewrasjatika u rabtiet mal-kumpatrijotti.

F'Settembru 2014 Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

Huwa pubblikament ammetta, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku ldpr-rk.ru fit-3 ta' Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b'mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola.

9.11.2016”