11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/55

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1796

tas-7 ta' Lulju 2016

li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi

(notifikata bid-dokument C(2016) 4131)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 l-Ekotikketta tal-UE ma tistax tingħata għal oġġetti li jkun fihom sustanzi jew preparazzjonijiet/taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew għall-oġġetti li fihom is-sustanzi msemmijin fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri biex tagħti d-derogi mill-Artikolu 6(6) ta' dan ir-Regolament għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom dawk is-sustanzi, fejn mhuwiex fattibbli teknikament li dawk l-oġġetti jiġu sostitwiti għal kollox jew permezz li jintużaw materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali ġeneralment aħjar minn oġġetti oħra tal-istess kategorija.

(3)

Is-subtiliżina hija sustanza perikoluża b'klassifikazzjoni armonizzata skont l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Dan jinkludi dawn il-klassijiet ta' periklu li ġejjin: Sensitizzazzjoni respiratorja, Kategorija 1, Ħsara serja għall-għajnejn Kategorija 1, Irritazzjoni tal-ġilda, Kategorija 2, u Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira — Esponiment wieħed għal kanal respiratorju, Kategorija 3.

(4)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/263/UE (4) u 2011/264/UE (5), kif emendati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/49/UE (6) jinkludu diġà deroga għall-enżima subtiliżina, ikklassifikata bħala H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi, skont kriterji ekoloġiċi stabbiliti, għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u tal-ħasil tal-ħwejjeġ, peress li s-subtiliżina kienet ġiet rikonoxxuta bħala ingredjent importanti ta' dawn id-deterġenti u kienet diġà ġiet derogata. Barra minn hekk, għall-istess għan li s-subtiliżina tiġi permessa fi prodotti bl-Ekotikketta tal-UE, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2012/720/UE (7) u 2012/721/UE (8) ippermettew lill-enżimi kklassifikati bħala H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi fid-deterġenti tal-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u d-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali. Dawn id-derogi kienu ngħataw wara li ġiet rikonoxxuta l-funzjoni importanti tas-subtiliżina fil-gruppi ta' deterġenti msemmija hawn fuq u l-livell għoli ta' degradazzjoni/inattivazzjoni fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u waqt l-użu u t-trasport tad-diterġenti lejn sistemi ta' dranaġġ. Id-derogi kienu meħtieġa għaliex is-subtiliżina kienet ikklassifikata bħala Akkwatiku Akut 1 (Fattur M 1) (H400) bl-awtoklassifikazzjoni meta ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u dan ma kienx jippermetti li tintuża f'prodotti li għandhom l-Ekotikketta tal-UE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 (9). L-emendi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 saru applikabbli għas-sustanzi mill-1 ta' Diċembru 2012, u għat-taħlitiet mill-1 ta' Ġunju 2015. Ir-Regolament (UE) Nru 286/2011 żied kriterji ġodda għall-klassifikazzjoni ta' periklu għall-ilma fuq tul ta' żmien abbażi tad-dejta dwar it-tossiċità akkwatika kronika u l-bijodegradabbiltà. Abbażi tal-kriterji l-ġodda, studju reċenti mwettaq minn REACH SIEF għas-subtiliżina indika li s-subtiliżina trid tiġi kklassifikata wkoll bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku (periklu kroniku), Kategorija 2. Is-sustanza hija bijodegradabbli faċilment u ma għandhiex toħloq riskju għall-ambjent għax din kważi tiġi ddiżattivata kompletament fl-impjanti tad-drenaġġ. Bħala riżultat ta' din il-klassifikazzjoni, is-subtiliżina tkun pprojbita milli tintuża fil-prodotti li jkollhom l-Ekotikketta tal-UE. Minħabba f'hekk ikun diffiċli li l-kriterji ekoloġiċi stabbiliti għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali, jikkorrispondu b'mod indikattiv mal-aħjar 10 sa 20 % tad-deterġenti u prodotti tat-tindif disponibbli fis-suq tal-Unjoni f'termini ta' prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom.

(6)

Is-subtiliżina ttejjeb il-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti billi effettivament tkisser il-komponenti proteiniċi tat-tbajja'. L-enżima tagħti prestazzjoni eċċellenti anki f'temperaturi baxxi bid-dożaġġ meħtieġ li tippermetti ir-rispett tat-temperatura l-baxxa, mal-kompattazzjoni, u mal-kriterji ta' prestazzjoni fl-iskema tal-Ekotikketta tal-UE. Fil-mument, ma hemm l-ebda ingredjent jew teknoloġija alternattiva. Enzimi oħrajn b'attivitajiet katalitiċi differenti, eż. l-alfa-amilażi, il-lipażi, il-ljasi tal-pektati jistgħu jneħħu tipi oħra ta' depożiti u tbajja', eż. tbajja' tal-lamtu, tax-xaħam u tal-pektin, iżda ma jistgħux ineħħu t-tebgħat tal-proteini.

(7)

Ir-reviżjoni tal-kriterji għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE, u l-iżvilupp tal-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lil deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali u l-emendi relatati ma ħadux inkunsiderazzjoni l-kriterji l-ġodda għall-klassifikazzjoni ambjentali introdotti bir-Regolament (UE) Nru 286/2011.

(8)

Din l-emenda tapplika retroattivament mill-1 ta' Diċembru 2012, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-validità tal-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti tal-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali.

(9)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/720/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/721/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/49/UE tas-26 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tal-enzimi skont l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 36).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).

(9)  Ir-Regolament tal-kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta' Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 83, 30.3.2011, p. 1).

ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fil-ħames paragrafu, tal-punt (b) tal-Kriterju 2, bit-tabella li ġejja li tieħu kont tal-bidliet introdotti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/313/UE (1):

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (**)

H410: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R50-53

H411: Tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R51-53

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Fwejjaħ

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Enżimi (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/313/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 74).

(*)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(**)  Imsemmija fil-Kriterju 2(e). Din id-deroga hija applikabbli sakemm il-potenzjalitajiet ta' bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi jkunu karatterizzati mil-log Pow (koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100 ddeterminat bl-esperimenti.

(***)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”

ANNESS II

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fil-ħames paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 4 bit-tabella li ġejja li tieħu kont tal-bidliet introdotti mid-Deċiżjoni 2014/313/UE:

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (**)

H410: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R50-53

H411: Tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R51-53

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Fwejjaħ

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Enżimi (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalisti tal-bliċ (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Luminanti (għad-deterġenti qawwijin tal-ħwejjeġ biss)

H413: Jistgħu jikkawżaw effetti fit-tul għall-organiżmi akkwatiċi

R53

(*)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(**)  Imsemmija fil-kriterju 4(e). Din id-deroga hija applikabbli sakemm il-potenzjalitajiet ta' bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi jkunu karatterizzati mil-log Pow (koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100 ddeterminat bl-esperimenti.

(***)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”

ANNESS III

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/720/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fis-sitt paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 3,, bit-tabella li ġejja li tieħu kont tal-bidliet introdotti mid-Deċiżjoni 2014/313/UE:

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 15 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*)

(għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % tal-piż (w/w) tal-materjal attiv)

H331: Tossiċi jekk jinxtamm

R23

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (**)

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (***)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(*)  Deroga mill-kriterju 3(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 3(d).

(**)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(***)  F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.”

ANNESS IV

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/721/UE huwa emendat kif ġej:

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li tinbidel it-tabella kollha tad-derogi fis-sitt paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 4, bit-tabella li ġejja:

“Subtiliżina

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H411: Tossika għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li tħalli effetti fit-tul

R50-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 20 %

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H412: Jagħmlu ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħallu effetti fit-tul

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (**)

(għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % tal-piż (w/w) tal-materjal attiv)

H331: Tossiċi jekk jinxtamm

R23

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (***)

H400: Tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu.

R42

H317: Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalisti tal-bliċ (***)

H400: Tossiċiakkwa ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(*)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm l-aġenti tensjoattivi jikkonformaw mal-kriterju 3(a) u jkunu degradabbli anaerobikament.

(**)  Deroga mill-kriterju 4(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 4(e).