5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/9 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1770
tat-30 ta' Settembru 2016
dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452
(notifikata bid-dokument C(2016) 6102)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva. |
(4) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu ddefiniti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE fil-Polonja b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(6) |
F'Awwissu 2016, seħħet tifqigħa waħda fil-ħnieżer domestiċi fil-powiat moniecki fil-Polonja. Peress li l-Polonja qiegħda tipprovdi evidenza preliminari li din it-tifqigħa hija marbuta ma' attività umana u li hemm indikazzjonijiet li d-deni Afrikan tal-ħnieżer mhux qed jiċċirkola fil-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi fiż-żoni kkonċernati, jinħtieġu miżuri speċifiċi minbarra dawk stabbiliti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4), filwaqt li jitqies li din hija l-ħmistax-il tifqigħa ta' din il-marda fil-ħnieżer tul din is-sena u li dawn it-tifqigħat seħħew f'żoni differenti tal-Polonja li diġà kienu taħt restrizzjoni. |
(7) |
Sabiex jingħata rispons xieraq għal din is-sitwazzjoni b'mod effiċjenti u bi prekawzjoni, huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu l-moviment tal-annimali u l-prodotti tagħhom fiż-żoni deskritti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Dawn il-miżuri huma ġustifikati minħabba t-tipoloġija tat-tifqigħat irrapportati fil-ħnieżer domestiċi u l-kawżi sottostanti tagħhom. |
(8) |
Minħabba d-distanzi relattivament kbar bejn it-tifqigħat l-aktar reċenti li l-Polonja provviżorjament qed tattribwixxi għall-fattur uman, kif ukoll minħabba d-dejta epidemoloġika reċenti u sabiex jiġu evitati tifqigħat oħrajn, issa huwa meħtieġ u proporzjonat li jiġu koperti reġjuni ferm akbar. |
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom jikkonsistu fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti mid-Direttiva 2002/60/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet stretti dwar il-moviment u t-trasport tal-ħnieżer kif previst fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva fiż-żoni deskritti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Polonja għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(11) |
Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 (5) u (UE) 2016/1452 (6) jistabbilixxu ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja. Sa mill-adozzjoni tagħhom is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta' din il-marda nbidlet, u jeħtieġ li l-miżuri jiġu adattati. Għaldaqstant, għal finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 għandhom jitħassru u jinbidlu b'din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-7 ta' Ottubru 2016.
Artikolu 3
Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1406 u (UE) 2016/1452 jitħassru.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1406 tat-22 ta' Awwissu 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1367 (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 46).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1452 tat-2 ta' Settembru 2016 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 237, 3.9.2016, p. 12).
ANNESS
Il-Polonja |
Iż-żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 |
Id-data sa meta japplikaw |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żona ta' protezzjoni |
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
Il-fruntieri ta' din iż-żona ta' protezzjoni huma kif ġej:
|
Is-7 ta' Ottubru 2016 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żona ta' sorveljanza |
Iż-żona indikata hawn taħt:
|
Is-7 ta' Ottubru 2016 |