4.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/1763

tad-29 ta' Settembru 2016

li taħtar tliet membri tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Repubblika ta' Ċipru, Malta u r-Repubblika Portugiża,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur Louis GALEA skada fis-6 ta' Mejju 2016.

(2)

Il-mandat tas-Sur Lazaros S. LAZAROU ser jiskadi fl-1 ta' Novembru 2016.

(3)

Permezz tal-ittra datata 20 ta' Mejju 2016, is-Sur Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA ħabbar ir-riżenja tiegħu.

(4)

Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Leo BRINCAT huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2022.

2.   Is-Sur Lazaros S. LAZAROU huwa b'dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mit-2 ta' Novembru 2016 sal-1 ta' Novembru 2022.

3.   Is-Sur João Alexandre TAVARES GONÇALVES DE FIGUEIREDO huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-28 ta' Frar 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Opinjoni ta' 13 ta' Settembru 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).