1.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/90


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1756

tat-28 ta' Settembru 2016

li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet ta' ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displays inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/107/UE tat-13 ta' Novembru 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent (EPA) tal-Istati Uniti, jiżviluppaw u jirrevedu perjodikament l-ispeċifikazzjonijiet komuni tat-tagħmir tal-uffiċċju, biex hekk jemendaw l-Anness C tal-Ftehim.

(2)

Il-Kummissjoni tiddetermina l-pożizzjoni li trid tadotta l-Unjoni Ewropea dwar l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni tal-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

L-ispeċifikazzjoni għad-displays ipprovduta fil-Parti I. tal-Anness C għandha titħassar u tiġi sostitwita bl-ispeċifikazzjonijiet annessi ma' din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar enerġetiku tat-tagħmir tal-uffiċċju, l-entitajiet ta' ġestjoni għandhom jieħdu deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness C ta' dak il-Ftehim. Il-pożizzjoni li trid tadotta l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' din id-deċiżjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għad-displays mogħtija fl-Anness C tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)  ĠU L 63, 6.3.2013, p. 5.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).


ANNESS I

 

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

ta' …

l-entitajiet ta' ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displays inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

L-ENTITAJIET TA' ĠESTJONI,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, u b'mod partikolari l-Artikolu XII tiegħu,

Filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet għad-“displays” għandhom jiġu riveduti,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Il-Parti I. “Displays” li bħalissa hija inkluża fl-Anness C tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju għandha tiġi sostitwita bil-Parti I. “Displays” kif stabbilit hawn taħt.

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-Kopresidenti.

Iffirmat f'Washington DC fi […] […]

f'isem l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti

Iffirmat fi Brussell fi […] […]

f'isem l-Unjoni Ewropea


ANNESS II

ANNESS C

PARTI II TAL-FTEHIM

I.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DISPLAYS (Verżjoni 7.0)

1.   Definizzjonijiet

A)

Tipi ta' Prodotti:

1.   Display Elettronika (Display): Prodott disponibbli kummerċjalment bi skrin tad-display u l-komponenti elettroniċi assoċjati, li ta' spiss ikunu integrati fi struttura unika separata, li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jipproduċi informazzjoni viżiva minn (1) kompjuter, stazzjon tax-xogħol jew server permezz ta' input wieħed jew aktar (eż., VGA, DVI, HDMI, DisplayPort, IEEE 1394, USB), (2) ħażna esterna (eż., USB flash drive, karta tal-memorja) jew (3) konnessjoni ta' netwerk.

(a)   Moniter: Display elettronika maħsuba biex tintuża f'uffiċċju minn persuna waħda.

(b)   Display tas-Sinjalar: Display elettronika maħsuba sabiex jarawha ħafna nies f'ambjenti differenti li mhumiex f'uffiċċju, bħal ħwienet bl-imnut jew ħwienet kbar, ristoranti, mużewijiet, lukandi, postijiet fuq barra, ajruporti, swali tal-konferenzi jew klassijiet. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, Display għandu jiġi kklassifikat bħala Display tas-Sinjalar jekk jissodisfa tnejn jew iktar mill-kriterji elenkati hawn taħt:

(1)

Id-daqs djagonali tal-iskrin huwa ikbar minn 30 pulzier;

(2)

Il-Luminanza Massima Rapportata hija ikbar minn 400 kandela kull metru kwadru;

(3)

Id-densità tal-pixels hija ta' 5 000 pixel għal kull pulzier kwadru jew inqas; jew

(4)

Jintbagħat għad-dispaċċ mingħajr bażi li jiġi mmuntat fuqha.

B)

Modalitajiet Funzjonali:

1.   Modalità Mixgħul: Il-modalità li fiha d-Display ikun ġie attivat, u jkun qiegħed jipprovdi l-funzjoni primarja.

2.   Modalità Stennija: Modalità li tuża biss ftit enerġija li fiha d-Display jipprovdi funzjoni waħda jew aktar protettiva mhux primarja jew funzjonijiet kontinwi.

Nota: Il-Modalità Stennija tista' sservi għall-funzjonijiet li ġejjin: tiffaċilita l-attivazzjoni tal-Modalità Mixgħul permezz ta' swiċċ mill-bogħod, Teknoloġija tal-Mess, senser intern, jew timer; tipprovdi informazzjoni jew displays tal-istatus inklużi arloġġi; funzjonijiet ta' appoġġ ibbażati fuq is-sensers; jew iżżomm preżenza tan-netwerk.

3.   Modalità Mitfi: Il-modalità li fiha d-Display huwa mqabbad ma' sors tad-dawl, ma jipproduċi l-ebda informazzjoni viżiva, u ma jistax jinqeleb għal xi modalità oħra bl-unità ta' kontroll mill-bogħod, b'sinjal intern, jew b'sinjal estern.

Nota: Id-Display jista' joħroġ minn din il-modalità biss permezz ta' attwazzjoni diretta tal-utent ta' swiċċ jew kontroll integrat tal-enerġija. Xi prodotti jista' ma jkollhomx Modalità Mitfi.

C)

Karatteristiċi Viżivi:

1.   Kundizzjonijiet tad-Dawl Ambjentali: Il-kombinazzjoni tal-illuminazzjonijiet tad-dawl fl-ambjent ta' madwar Display, bħal f'salott jew f'uffiċċju.

2.   Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC): Il-mekkaniżmu awtoattivat li jikkontrolla l-luminanza ta' Display bħala funzjoni tal-Kundizzjonijiet tad-Dawl Ambjentali.

Nota: Il-funzjonalità tal-ABC trid tkun attivata sabiex tiġi kkontrollata l-luminożità ta' Display.

3.   Firxa ta' Kulur: L-erja tal-firxa ta' kulur għandha tiġi rrapportata bħala perċentwal tal-ispazju tal-kulur CIE LUV 1976 uv′ u tiġi kkalkolata skont l-Erja tal-Gamut tat-Taqsima 5.18 tal-Information Display Measurements Standard, Verżjoni 1.03.

Nota: Kwalunkwe appoġġ tal-firxa ta' kulur f'erjas tal-kulur mhux viżibbli/inviżibbli ma jingħaddx. Id-daqs tal-firxa ta' kulur irid jingħata bħala perċentwal tal-erja tal-ispazju tal-kulur CIE LUV viżibbli biss.

4.   Luminanza: Il-kejl fotometriku tal-intensità luminuża għal kull erja ta' unità ta' dawl li sejjer f'direzzjoni partikolari, espress f'kandeli għal kull metru kwadru (cd/m2).

(a)   Luminanza Massima Rapportata: Il-luminanza massima li d-Display jista' jikseb fil-Modalità Mixgħul bis-setting issettjat minn qabel, u kif speċifikat mill-manifattur, pereżempju, fil-manwal tal-utent.

(b)   Luminanza Massima Mkejla: Il-luminanza massima mkejla li d-Display jista' jikseb permezz tal-konfigurazzjoni manwali tal-kontrolli tiegħu, bħal-luminożità u l-kuntrast.

(c)   Luminanza tal-Prodott Kif Ikkunsinnjat: Il-luminanza tad-Display fis-setting prestabbilit tal-fabbrika ssettjat minn qabel li l-manifattur jagħżel għall-użu normali fid-dar jew għal użu applikabbli fis-suq.

5.   Riżoluzzjoni Vertikali Nattiva: In-numru ta' linji fiżiċi tul l-assi vertikali tad-Displayfi ħdan l-erja viżibbli tad-Display.

Nota: Display b'riżoluzzjoni tal-iskrin ta' 1 920 × 1 080 (orizzontali × vertikali) ikollu Riżoluzzjoni Vertikali Nattiva ta' 1 080.

6.   Erja tal-Iskrin: L-erja viżibbli tad-Display li tipproduċi stampi.

Nota: L-Erja tal-Iskrin hija kkalkolata billi l-wisa' tal-istampa li tidher tiġi mmultiplikata bl-gġoli tal-istampa li tidher. Għall-iskrins li ġejjin għat-tond, kejjel il-wisa' u l-għoli tul l-ark tad-Display.

D)

Funzjonijiet u Karatteristiċi Addizzjonali:

1.   Konnessjoni Bridge: Konnessjoni fiżika bejn żewġ kontrolluri hub (jiġifieri, USB, FireWire).

Nota: Konnessjoni Bridge tippermetti l-espansjoni tal-ports tipikament għall-finijiet ta' riallokazzjoni tal-ports għal pożizzjoni aktar konvenjenti jew żieda fl-għadd ta' ports disponibbli.

2.   Konnettività Sħiħa tan-Netwerk: Il-ħila tad-Display li jżomm preżenza tan-netwerk meta jkun f'Modalità Stennija. Il-preżenza tad-Display, is-servizzi tan-netwerk tiegħu, u l-applikazzjonijiet tiegħu jinżammu, anki jekk ċerti komponenti tad-Display ikunu mitfijin. Id-Display jista' jagħżel li jibdel l-istatus tal-enerġija tiegħu meta jirċievi dejta tan-netwerk minn apparati remoti fuq in-netwerk, iżda fin-nuqqas ta' domanda għal servizzi minn apparat remot fuq in-netwerk għandu jibqa' f'Modalità Stennija.

Nota: Il-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk mhijiex limitata għal sett speċifiku ta' protokolli. Imsejħa wkoll bħala funzjonalità ta' “netwerk proxy” u deskritta fl-istandard Ecma-393.

3.   Senser tal-Preżenza: Apparat użat biex jinduna bil-preżenza umana quddiem Display jew fiż-żona ta' madwaru.

Nota: Senser tal-Preżenza normalment jintuża sabiex jaqleb Display mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Stennija.

4.   Teknoloġija tal-Mess: Tippermetti lill-utent jinteraġixxi ma' prodott billi jmiss partijiet fuq id-Display.

5.   Modulu Plug-in: Apparat plug-in modulari li jipprovdi funzjoni waħda jew iktar minn fost dawn li ġejjin mingħajr l-iskop espliċitu li jipprovdi funzjoni ġenerali tal-kompjuter:

(a)

Il-wiri ta' stampi, jirrifletti l-istess kontenut remot imxandar għalih, jew inkella jrendi kontenut fuq l-iskrin minn sorsi lokali jew remoti; jew

(b)

Jipproċessa sinjali bil-mess.

Nota: Moduli li jipprovdu kwalunkwe għażla addizzjonali oħra ta' input ma jitqisux li huma Moduli Plug-in għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni.

E)

Familja ta' Prodotti: Grupp ta' mudelli tal-prodotti li huma (1) magħmulin mill-istess manifattur, (2) jikkondividu l-istess Erja tal-Iskrin, Riżoluzzjoni u Luminanza Massima Rapportata, u (3) ta' disinn bażiku komuni tal-iskrin. Il-mudelli f'Familja ta' Prodotti jistgħu jvarjaw minn xulxin skont karatteristika jew funzjoni waħda jew iktar. Għad-Displays, il-varjazzjonijiet aċċettabbli f'Familja ta' Prodotti jinkludu:

1.

Kompartiment estern;

2.

Numru u tipi ta' interfaċċji;

3.

Numru u tipi ta' dejta, netwerk, jew ports periferali; u

4.

Kapaċità ta' proċessar u memorja.

F)

Mudell Rappreżentattiv: Il-konfigurazzjoni tal-prodott li huwa ttestjat għall-kwalifika ta' ENERGY STAR u li huwa maħsub biex jiġi kkummerċjalizzat u tikkettat bħala ENERGY STAR.

G)

Sors tal-Enerġija

1.   Provvista tal-Elettriku Esterna (EPS): Ċirkwit tal-provvista tal-elettriku esterna li jintuża sabiex jikkonverti l-kurrent elettriku tad-dar f'kurrent dc jew f'kurrent ac b'vultaġġ inferjuri sabiex jitħaddem prodott għall-konsumaturi.

2.   Standard dc: Metodu għat-trażmissjoni ta' enerġija dc iddefinit minn standard tat-teknoloġija ferm magħruf, li jippermetti interoperabilità plug-and-play.

Nota: Eżempji komuni huma USB u Power-over-Ethernet. Normalment Standard dc jinkludi kemm enerġija kif ukoll komunikazzjonijiet fuq l-istess kejbil, iżda bħal fil-każ ta' 380 V dc standard, dan mhuwiex meħtieġ.

2.   Kamp ta' Applikazzjoni

2.1.   Prodotti Inklużi

2.1.1.   Prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta' Display kif speċifikat hawnhekk u li jieħdu l-kurrent direttament mill-mejns ac, minn Provvista tal-Elettriku Esterna jew Standard dc huma eliġibbli għat-tikketta ENERGY STAR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fit-Taqsima 2.22.2. Prodotti tipiċi li jkunu eliġibbli għal kwalifika skont din l-ispeċifikazzjoni jinkludu:

i.

Moniters;

ii.

Moniters b'funzjonalità ta' swiċċjar ta' tastiera, vidjow u mouse (KVM);

iii.

Displays tas-Sinjalar, u

iv.

Displays tas-Sinjalar u Moniters b'Moduli Plug-in.

2.2.   Prodotti Esklużi

2.2.1.   Il-prodotti li huma koperti minn speċifikazzjonijiet ta' prodotti ENERGY STAR oħrajn mhumiex eliġibbli għall-kwalifikazzjoni taħt din l-ispeċifikazzjoni inklużi Televixins u Kompjuters (Terminals Ħfief, Slates/Tablets, Kompjuters Komprensivi Portabbli, Desktops Integrati). Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq http://www.eu-energystar.org/specifications.htm.

2.2.2.   Il-prodotti li ġejjin mhumiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni:

i.

Prodotti bi tuner tat-televixin integrat;

ii.

Displays b'batteriji integrati jew sostitwibbli mfasslin sabiex jappoġġjaw l-operat primarju mingħajr mejns ac jew elettriku dc estern, jew mobilità tal-apparat (eż. qarrejja elettroniċi, frejms tar-ritratti diġitali li jaħdmu bil-batterija); u

iii.

Prodotti li jridu jissodisfaw ir-regolamenti tal-UE għal apparati mediċi li jipprojbixxu l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tal-elettriku u/jew ma għandhomx stat ta' elettriku li jissodisfa d-definizzjoni tal-Modalità Stennija.

3.   Kriterji ta' kwalifika

3.1.   Ċifri Sinifikanti u Arrotondament

3.1.1.   Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b'valuri mkejla direttament (mhux arrotondati).

3.1.2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi evalwata bl-użu ta' valuri kkalkolati jew imkejla direttament mingħajr ma jsir kwalunkwe arrotondament.

3.1.3.   Il-valuri mkejla direttament jew ikkalkolati li huma sottomessi għar-rapportar lill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu arrotondati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fir-rekwiżiti korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti Ġenerali għall-Moniters u d-Displays tas-Sinjalar

3.2.1.   Provvisti tal-Elettriku Esterni (EPSs): L-EPSs b'Vultaġġ Wieħed jew Multiplu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-Livell VI jew ogħla skont il-Protokoll Internazzjonali tal-Immarkar tal-Effiċjenza meta ttestjati skont il-Uniform Test Method for Measuring the Energy Consumption of External Power Supplies, Appendiċi Z sa 10 CFR Parti 430.

i.

L-EPSs b'Vultaġġ Wieħed jew Multiplu għandhom jinkludu l-immarkar tal-Livell VI jew ogħla.

ii.

Informazzjoni addizzjonali dwart il-Protokoll tal-Immarkar hija disponibbli fuq http://www.regulations.gov/#!documentDetail;D=EERE-2008-BT-STD-0005-0218.

3.2.2.   Ġestjoni tal-Enerġija:

i.

Il-prodotti għandhom joffru mill-inqas element wieħed tal-ġestjoni tal-enerġija li jkollu attivazzjoni prestabbilita, u li jista' jintuża għat-tranżizzjoni awtomatika mill-Modalità Stennija għall-Modalità Mixgħul permezz ta' apparat host konness jew intern (eż. appoġġ għas-Sinjalar tad-Display tal-Ġestjoni tal-Enerġija VESA (DPMS), b'attivazzjoni prestabbilita).

ii.

Il-prodotti li jiġġeneraw kontenut għall-wiri minn sors intern wieħed jew aktar għandu jkollhom senser jew arloġġ b'attivazzjoni prestabbilita biex jattiva awtomatikament il-Modalità Stennija jew Mitfi.

iii.

Il-ħin tad-dewmien għandu jiġu rrapportat għal prodotti li jkollhom ħin tad-dewmien prestabbilit intern għat-tranżizzjonijiet tal-prodott mill-Modalità Mixgħul għall-Modalità Stennija jew Mitfi.

iv.

Il-moniters għandhom jidħlu b'mod awtomatiku fil-Modalità Stennija jew Mitfi fi żmien 5 minuti wara li jiġu skonnettjati minn kompjuter host.

3.2.3.   Id-Displays tas-Sinjalar għandu jkollhom fattur tal-enerġija vera f'Modalità Mixgħul ta' 0,7 jew iktar skont it-Taqsima 5.2(F) fil-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR.

3.3.   Rekwiżiti tal-Enerġija għall-Moniters tal-Kompjuter

3.3.1.   Il-Konsum Totali tal-Enerġija (TEC) f'kWh għandu jiġi kkalkolat skont l-Ekwazzjoni 1 abbażi tal-valuri mkejlin.

Ekwazzjoni 1

Kalkolu tal-Konsum Totali tal-Enerġija

ETEC = 8,76 × (0,35 × PON + 0,65 × PSLEEP )

Fejn:

ETEC hija l-kalkolu tal-Konsum Totali tal-Enerġija f'kWh;

PON hija l-Enerġija Mkejla fil-Modalità Mixgħul f'watts;

PSLEEP hija l-Enerġija Mkejla fil-Modalità Stennija f'watts; u

Ir-riżultat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb parti minn għaxra ta' kWh għar-rapportar.

3.3.2.   It-TEC Massimu (ETEC_MAX) f'kWh għall-Moniters għandu jiġi kkalkolat skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Kalkolu tat-TEC Massimu (ETEC_MAX) għall-Moniters f'kWh

Erja (in2)

ETEC Mass (kWh)

Fejn:

AErja tal-iskrin li tidher f'in2rRiżoluzzjoni tal-iskrin f'megapixels

Ir-riżultat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb parti minn għaxra ta' kWh għar-rapportar

A < 130

(6,13 × r) + (0,06 × A) + 9

130 ≤ A < 150

(6,13 × r) + (0,69 × A) – 72,38

150 ≤ A < 180

(6,13 × r) + (0,21 × A) – 0,50

180 ≤ A < 200

(6,13 × r) + (0,05 × A) + 28

200 ≤ A < 230

(6,13 × r) + (0,03 × A) + 31,33

230 ≤ A < 280

(6,13 × r) + (0,2 × A) – 7

280 ≤ A < 300

(6,13 × r) + 49

300 ≤ A < 500

(6,13 × r) + (0,2 × A) – 11

A ≥ 500

(6,13 × r) + 89

3.3.3.   Għall-Moniters kollha, it-TEC Ikkalkolat (ETEC) f'kWh għandu jkun inqas minn jew daqs il-kalkolu tat-TEC Massimu (ETEC_MAX) bl-allokazzjonijiet u l-aġġustamenti applikabbli (applikati mhux iktar minn darba) skont l-Ekwazzjoni 2.

Ekwazzjoni 2

Rekwiżit ta' Konsum Totali tal-Enerġija għall-Moniters

ETEC ≤ (ETEC_MAX + EEP + EABC + EN + EOS + ET ) × effAC_DC

Fejn:

ETEC hija TEC f'kWh ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 1;

ETEC_MAX hija r-rekwiżit tat-TEC Massimu f'kWh ikkalkolat skont it-Tabella 1;

EEP hija l-allokazzjoni tad-display bi prestazzjoni mtejba f'kWh skont it-Taqsima 3.3.4;

EABC hija l-allokazzjoni għall-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità f'kWh skont l-Ekwazzjoni 4;

EN hija l-allokazzjoni għall-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk f'kWh skont it-Tabella 3;

EOS hija l-allokazzjoni għas-Senser tal-Okkupazzjoni f'kWh skont it-Tabella 4;

ET hija l-allokazzjoni għat-Teknoloġoija tal-Mess f'kWh skont l-Ekwazzjoni 5; u

effAC_DC hija l-aġġustament standard għat-telf fil-konverżjoni tal-enerġija ac-dc li jseħħ meta l-apparat jixgħel id-Display, u hija ta' 1,0 għad-Displays li jaħdmu bl-Ac u 0,85 għad-Displays bi Standard dc.

3.3.4.   Għal Moniters li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' display bi prestazzjoni mtejba (EPD) ta' hawn taħt, fl-Ekwazzjoni 2 għandha tintuża biss waħda mill-allokazzjonijiet li ġejjin fit-Tabella 2:

i.

Proporzjon ta' kuntrast ta' mill-inqas 60:1 imkejjel f'angolu f'dehra orizzontali ta' mill-inqas 85° mill-perpendikolari fuq skrin ċatt u tal-inqas 83° mill-perpendikolari fuq skrin li ġej għat-tond, bi ħġieġa li tgħatti l-iskrin jew mingħajr;

ii.

Riżoluzzjoni nattiva ikbar minn jew daqs 2,3 megapixels (MP); u

iii.

Firxa tal-kulur ikbar minn jew daqs 32,9 % tas-CIE LUV.

Tabella 2

Kalkolu tal-Allokazzjoni tal-Enerġija għal Displays bi Prestazzjoni Mtejba

Kriterji tal-Firxa tal-Kulur

EEP (kWh)

Fejn:

ETEC_MAX hija r-rekwiżit tat-TEC Massimu f'kWh; u

r hija r-riżoluzzjoni tal-iskrin f'megapixels

L-appoġġ tal-Firxa tal-Kulur hija ta' 32,9 % tas-CIE LUV jew ikbar.

Formula

L-appoġġ tal-Firxa tal-Kulur hija ta' 38,4 % tas-CIE LUV jew ikbar.

0,65 × (ETEC_MAX – 6,13 × r)

Nota: Mudell li jappoġġja iktar minn 99 % tal-ispazju tal-kulur sRGB jikkorrispondi għal 32,9 % tas-CIE LUV u mudell li jappoġġja iktar minn 99 % tal-Adobe RGB jikkorrispondi għal 38,4 % tas-CIE LUV.

3.3.5.   Għall-moniters b'Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) b'attivazzjoni prestabbilita, allokazzjoni tal-enerġija (EABC), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 4, għandha tiżdied ma' ETEC_MAX fl-Ekwazzjoni 2, jekk it-tnaqqis tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul (RABC), kif ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 3, huwa ikbar minn jew daqs 20 %.

Ekwazzjoni 3

Kalkolu tat-Tnaqqis tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

Formula

Fejn:

RABC hija t-tnaqqis ta' perċentwal tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul minħabba l-ABC;

P300 hija l-enerġija tal-Modalità Mixgħul f'watts, kif imkejla f'livell tad-dawl ambjentali ta' 300 lux fit-Taqsima 6.4 tal-Metodu tat-Test; u

P12 hija l-enerġija tal-Modalità Mixgħul f'watts, kif imkejla f'livell tad-dawl ambjentali ta' 12-il lux fit-Taqsima 6.4 tal-Metodu tat-Test.

Ekwazzjoni 4

Allokazzjoni tal-Enerġija għall-ABC tal-Moniters (EABC)

EABC = 0,05 × ETEC_MAX

Fejn:

EABC hija l-allokazzjoni tal-enerġija għall-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità f'kWh; u

ETEC_MAX hija t-TEC Massimu f'kWh, skont it-Tabella 1.

3.3.6.   Il-prodotti b'Konnettività Sħiħa tan-Netwerk konfermati fit-Taqsima 6.7 tal-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR għandhom japplikaw l-allokazzjoni stipulata fit-Tabella 3.

Tabella 3

Allokazzjoni tal-Enerġija għall-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk (EN) għall-Moniters

EN (kWh)

2,9

3.3.7.   Il-prodotti ttestjati b'Senser tal-Preżenza attiv għandhom japplikaw l-allokazzjoni speċifikata fit-Tabella 4.

Tabella 4

Allokazzjoni tal-Enerġija għal Funzjonijiet Addizzjonali (EOS) għall-Moniters

Tip

Allokazzjoni (kWh)

Senser tal-Preżenza

EOS

1,7

3.3.8.   Il-prodotti ttestjati bit-Teknoloġija tal-Mess attiva fil-Modalità Mixgħul għandhom japplikaw l-allokazzjoni speċifikata fl-Ekwazzjoni 5.

Ekwazzjoni 5

Allokazzjoni tal-Enerġija għat-Teknoloġija tal-Mess (ET) għall-Moniters

ET = 0,15 × ETEC_MAX

Fejn:

ET hija l-allokazzjoni tal-enerġija għat-Teknoloġija tal-Mess f'kWh; u

ETEC_MAX hija t-TEC Massimu f'kWh, skont it-Tabella 1.

3.4.   Rekwiżiti tal-Modalità Mixgħul għad-Displays tas-Sinjalar

3.4.1.   L-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul (PON_MAX) f'watts għandha tiġi kkalkolata skont l-Ekwazzjoni 6.

Ekwazzjoni 6

Kalkolu tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul (PON_MAX) f'Watts għad-Displays tas-Sinjalar

PON MAX = (4,0 × 10– 5 ×  × A) + 119 × tanh(0,0008 × (A – 200,0) + 0,11) + 6

Fejn:

PON_MAX hija l-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul, f'watts;

A hija l-Erja tal-Iskrin f'pulzieri kwadri;

 hija l-Luminanza Massima Mkejla tad-Display f'kandeli għal kull metru kwadru, kif imkejla fit-Taqsima 6.2 tal-metodu tat-test;

tanh hija l-funzjoni tanġenti iperbolika; u

Ir-riżultat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb parti minn għaxra ta' watt għar-rapportar.

Ekwazzjoni 7

Rekwiżit tal-Enerġija tal-Modalità Mixgħul għad-Displays tas-Sinjalar

PON PON_MAX + PABC

Fejn:

PON hija l-Enerġija tal-Modalità Mixgħul f'watts, kif imkejla fit-Taqsima 6.3 jew 6.4 tal-Metodu tat-Test;

PON_MAX hija l-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul, f'watts, skont l-Ekwazzjoni 6; u

PABC hija l-allokazzjoni tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul għall-ABC f'watts, skont l-Ekwazzjoni 8.

3.4.2.   Għad-Displays tas-Sinjalar bl-ABC b'attivazzjoni prestabbilita, allokazzjoni tal-enerġija (PABC), kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 8, għandha tiżdied mal-PON_MAX, kif ikkalkolata skont l-Ekwazzjoni 6, jekk it-tnaqqis tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul (RABC), kif ikkalkolat skont l-Ekwazzjoni 3, ikun ikbar minn jew daqs 20 fil-mija.

Ekwazzjoni 8

Kalkolu tal-Allokazzjoni tal-Enerġija fil-Modalità Mixgħul għad-Displays tas-Sinjalar bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

PABC = 0,05 × PON_MAX

Fejn:

PABC hija l-allokazzjoni tal-Enerġija Mkejla tal-Modalità Mixgħul għall-ABC f'watts; u

PON_MAX hija r-rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul f'watts.

3.5.   Rekwiżiti tal-Modalità Stennija għad-Displays tas-Sinjalar

3.5.1.   L-Enerġija Mkejla tal-Modalità Stennija (PSLEEP) f'watts għandha tkun inqas minn jew daqs is-somma tal-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Stennija (PSLEEP_MAX) u kwalunwke allokazzjoni (applikata mhux iktar minn darba) skont l-Ekwazzjoni 9.

Ekwazzjoni 9

Rekwiżit tal-Enerġija tal-Modalità Stennija għad-Displays tas-Sinjalar

Formula

Fejn:

PSLEEP hija l-Enerġija Mkejla tal-Modalità Stennija f'watts;

PSLEEP_MAX hija r-rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Stennija f'watts skont it-Tabella 5;

PN hija l-allokazzjoni tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk f'watts skont it-Tabella 6;

POS hija l-allokazzjoni tas-Senser tal-Preżenza f'watts skont it-Tabella 7; u

PT hija l-allokazzjoni tat-Teknoloġija tal-Mess f'watts skont it-Tabella 7.

Tabella 5

Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Stennija (PSLEEP_MAX) għad-Displays tas-Sinjalar

PSLEEP_MAX

(watts)

0,5

3.5.2.   Il-prodotti b'Konnettività Sħiħa tan-Netwerk konfermati fit-Taqsima 6.7 tal-Metodu tat-Test ENERGY STAR għandhom japplikaw l-allokazzjoni stipulata fit-Tabella 6.

Tabella 6

Allokazzjoni għall-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk għad-Displays tas-Sinjalar

PN

(watts)

3,0

3.5.3.   Il-prodotti ttestjati b'Senser tal-Preżenza jew b'Teknoloġija tal-Mess attivi fil-Modalità Stennija għandhom japplikaw l-allokazzjonijiet speċifikati fit-Tabella 7.

Tabella 7

Allokazzjoni tal-Enerġija għal Funzjonijiet Addizzjonali tal-Modalità Stennija għad-Displays tas-Sinjalar

Tip

Daqs tal-Iskrin

(in)

Allokazzjoni (watts)

Senser tal-Preżenza

POS

Kollha

0,3

Funzjonalità tal-Mess

PT

(applikabbli biss għad-Displays tas-Sinjalar fejn id-daqs tal-iskrin ikun ikbar minn 30 pulzier)

≤ 30

0,0

> 30

1,5

3.6.   Rekwiżiti tal-Modalità Mitfi għad-Displays kollha

3.6.1.   Ma hemmx bżonn li prodott ikollu Modalità Mitfi sabiex ikun eliġibbli għall-kwalifikazzjoni. Għall-prodotti li joffru Modalità Mitfi, l-enerġija mkejla tal-Modalità Mitfi (POFF) għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX) fit-Tabella 8.

Tabella 8

Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX)

POFF_MAX

(watts)

0,5

3.7.   Obbligi ta' Rapportar tal-Luminanza

3.7.1.   Il-Luminanza Massima Rapportata u l-Luminanza Massima Mkejla għandhom jiġu rrapportati għall-prodotti kollha; il-Luminanza tal-Prodott Kif Ikkunsinnjat għandha tkun rapportata għall-prodotti kollha ħlief għal dawk bl-ABC b'attivazzjoni prestabbilita.

4.   Rekwiżiti tat-Test

4.1.   Metodi tat-Test

4.1.1.   Il-metodi tat-test identifikati fit-Tabella 9 għandhom jintużaw sabiex jiddeterminaw il-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR.

Tabella 9

Metodi tat-test għall-Kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR

Tip ta' Prodott

Metodu tat-Test

It-Tipi tal-Prodotti u d-Daqsijiet tal-Iskrins Kollha

Il-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR għad-Determinazzjoni tal-Enerġija tad-Display

Displays bi Prestazzjoni Mtejba

International Committee for Display Metrology (ICDM) Information Display Measurements Standard — Verżjoni 1.03

Displays li Jiddikjaraw Konnettività Sħiħa tan-Netwerk

CEA-2037-A, Determinazzjoni tal-Enerġija tas-Sett tat-Televixin Konsum

4.2.   Għadd ta' Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

4.2.1.   Għall-ittestjar għandha tintgħażel unità waħda ta' Mudell Rappreżentattiv, kif definit fit-Taqsima 1.

4.2.2.   Għall-kwalifikazzjoni ta' Familja ta' Prodotti, il-konfigurazzjoni tal-prodott li tirrappreżenta l-agħar xenarju ta' domanda għall-enerġija għal kull kategorija tal-prodott fi ħdan il-Familja tal-Prodotti għandha titqies bħala l-Mudell Rappreżentattiv.

5.   Interfaċċja tal-Utent

5.1.   Il-manifatturi jitħeġġu jiddisinjaw prodotti f'konformità mal-istandard tal-interfaċċja tal-utent, IEEE P1621; Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. Għad-dettalji, ara http://energy.lbl.gov/controls/

6.   Data effettiva

6.1.   Data Effettiva: L-Ispeċifikazzjoni tad-Display tal-ENERGY STAR Verżjoni 7.0 għandha tidħol fis-seħħ fid-data effettiva tal-Ftehim. Sabiex jikkwalifika għall-ENERGY STAR, mudell ta' prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

6.2.   Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: Il-Kummissjoni Ewropea tirriserva d-dritt li tibdel din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta' diskussjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Fil-każ ta' reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta' mudell.

7.   Kunsiderazzjonijiet għal Reviżjonijet Futuri

7.1.   Limitu tal-Enerġija DC tal-Modalità Mixgħul: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea huma interessati li jikkunsidraw rekwiżit separat għall-Enerġija Massima tal-Modalità Mixgħul għal prodotti Standard dc li ma jeħtiġux kalkolu tal-konverżjoni ac-dc. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jantiċipaw li dawn il-prodotti se jsiru iktar popolari fis-suq bl-aħħar standard tal-USB u lesti sabiex jirċievu iktar dejta diretta b'testijiet fuq dc għal dawn il-prodotti.

METODU TAT-TEST FINALI GĦAD-DISPLAYS

Rev. Settembru 2015

1.   Ħarsa ġenerali

Il-metodu tat-test li ġej għandu jintuża għd-determinazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR għad-Displays.

2.   Applikabbiltà

Il-metodu tat-test li ġej huwa applikabbli għall-prodotti kollha eliġibbli għal kwalifika skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ENERGY STAR għad-Displays.

3.   Definizzjonijiet

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f'dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet fl-Ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR għad-Displays.

A)   Magna Host: Il-magna jew l-apparat użat bħala s-sors ta' sinjal vidjow/awdjo għall-ittestjar tad-Displays. Jista' jkun kompjuter jew xi apparat ieħor li kapaċi jipprovdi sinjal vidjow.

4.   Issettjar tat-test

A)

Issettjar u Strumentazzjoni tat-Test: L-issettjar u l-istrumentazzjoni tat-test għal kull parti ta' din il-proċedura għandhom ikunu f'konformità mar-rekwiżiti tal-International Electrotechnical Commission (IEC) 62301-2011, “Household electrical appliances — Measurement of standby power,” Taqsima 4, “General Conditions for Measurements,” sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan id-dokument. Fil-każ ta' rekwiżiti kunfliġġenti, il-Metodu tat-Test tal-ENERGY STAR għandu jieħu preċedenza.

B)

Enerġija tal-Input Ac: Il-prodotti li huma kapaċi jinxtegħlu mill-mejns tal-ac għandhom jitqabbdu ma' sors tal-vultaġġ adatt għas-suq fil-mira, kif speċifikat fit-Tabella 10. Jekk tiġi kkunsinjata provvista tal-elettriku esterna mal-prodott, din għandha tintuża sabiex il-prodott jitqabbad mas-sors tal-vultaġġ speċifikat.

Tabella 10

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għall-Prodotti

Suq

Vultaġġ

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

L-Amerika ta' Fuq, it-Tajwan

115 V ac

+/– 1,0 %

5,0 %

60 Hz

+/– 1,0 %

L-Ewropa, l-Awstralja, New Zealand

230 V ac

+/– 1,0 %

5,0 %

50 Hz

+/– 1,0 %

Il-Ġappun

100 V ac

+/– 1,0 %

5,0 %

50 Hz jew 60 Hz

+/– 1,0 %

C)

Enerġija tal-Input dc:

1.

Il-prodotti jistgħu jiġu ttestjati b'sors dc (eż. permezz ta' netwerk jew konnessjoni tad-dejta) biss jekk dc ikun l-uniku sors disponibbli tal-enerġija għall-prodott (jiġifieri ma tiġi pprovduta ebda plakka ac jew Provvista tal-Elettriku Esterna (EPS) mal-prodott).

2.

Il-prodotti li jaħdmu b'dc għandhom jiġu installati u jitqabbdu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, billi jintuża port bl-ispeċifikazzjonijiet sħaħ rakkomandati għad-Display (eż. Universal Serial Bus (USB) 3.1 jekk applikabbli, anki jekk retrokompatibbli mal-USB 2.0).

3.

Il-kejl tal-enerġija għandu jsir bejn is-sors dc (eż. Magna Host) u l-kejbil li jintbagħat mal-prodott, inkluż it-telf introdott mill-kejbil ipprovdut. Jekk ma jiġi pprovdut ebda kejbil mal-prodott, minfloku jista' jintuża kwalunkwe kejbil bejn 2 piedi u 6 piedi. Għandha titkejjel u tiġi rrapportata r-reżistenza tal-kejbil użat sabiex jitqabbad id-Display mal-punt tal-kejl.

Nota: Ir-reżistenza mkejla tal-kejbils tal-enerġija dc tinkludi t-total tar-reżistenzi kemm tal-wajer tal-vultaġġ tal-provvista dc kif ukoll tal-wajer tal-ert.

4.

Jista' jintuża kejbil iċċombat bejn il-kejbil ipprovdut u s-sors dc sabiex jitqabbad l-apparat li jkejjel l-enerġija. Jekk jintuża dan il-metodu, iridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-kejbil iċċombat għandu jintuża apparti l-kejbil ipprovdut deskritt fit-Taqsima 4(C)(3).

(b)

Il-kejbil iċċombat għandu jitqabbad bejn is-sors dc u l-kejbil ipprovdut.

(c)

Il-kejbil iċċombat ma għandux ikun itwal minn pied.

(d)

Għall-kejl tal-vultaġġ, l-ammont totali ta' wajers użati bejn il-kejl tal-vultaġġ u l-kejbil ipprovdut għandu jkun inqas minn 50 milli-ohm ta' reżistenza. Dan japplika biss għall-wajers li qegħdin iġorru l-kurrent tat-tagħbija.

Nota: Il-vultaġġ u l-kurrent mhux bilfors iridu jitkejlu fl-istess post, diment li l-vultaġġ jitkejjel fi ħdan 50 milli-ohm mill-kejbil ipprovdut.

(e)

Il-kejl tal-kurrent jista' jsir jew fuq il-wajer tal-ert jew fuq il-wajer tal-vultaġġ tal-provvista dc.

(f)

Figure 1 turi eżempju ta' kejbil iċċombat issettjat bl-użu ta' Display li jaħdem b'USB 2.0 imqabbad mal-Magna Host.

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta' Arranġament ta' Kejbil USB 2.0 Iċċombat

Image

Test ta 'immaġni

D)

Temperatura Ambjentali: It-temperatura ambjentali għandha tkun ta' 23 °C ± 5 °C.

E)

Umdità Relattiva: L-umdità relattiva għandha tkun bejn 10 % u 80 %.

F)

Allinjament tal-UUT:

1.

L-erba' rkejjen tal-wiċċ tal-Unità tat-Test (UUT) għandhom ikunu ekwidistanti minn pjan ta' referenza vertikali (eż. ħajt).

2.

Iż-żewġ irkejjen tal-wiċċ tal-UUT għandhom ikunu ekwidistanti minn pjan ta' referenza orizzontali (eż. l-art).

G)

Is-Sors tad-Dawl għall-Ittestjar tal-Modalità Mixgħul:

1.

Tip ta' Lampa:

(a)

Lampa riflettur flood u aloġena bi spettru standard. Il-lampa ma għandhiex tissodisfa d-definizzjoni ta' “Spettru modifikat” kif iddefinit f'10 CFR 430.2 — Definitions (1).

(b)

Luminożità Klassifikata: 980 ± 5 % lumen.

2.

Allinjament tas-Sors tad-Dawl għall-Prodotti ta' Ttestjar bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita:

(a)

Ma għandu jkun hemm ebda xkiel bejn il-lampa u s-senser tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) tal-UUT (eż. mezzi ta' diffużjoni, għotjien tal-lampa frosted, eċċ.).

(b)

Iċ-ċentru tal-lampa għandu jitqiegħed f'distanza ta' 5 piedi miċ-ċentru tas-senser tal-ABC.

(c)

Iċ-ċentru tal-lampa għandu jkun allinjat f'angolu orizzontali ta' 0° fir-rigward taċ-ċentru tas-senser tal-ABC tal-UUT.

(d)

Iċ-ċentru tal-lampa għandu jkun allinjat fl-istess għoli maċ-ċentru tas-senser tal-ABC tal-UUT fir-rigward tal-art (jiġifieri s-sors tad-dawl għandu jitqiegħed f'angolu vertikali ta' 0° fir-rigward taċ-ċentru tas-senser tal-ABC tal-UUT).

(e)

Ebda superfiċje tal-kamra tat-test (jiġifieri l-art, is-saqaf u l-ħitan) ma għandha tkun inqas minn 2 piedi miċ-ċentru tas-Senser tal-ABC tal-UUT.

(f)

Il-valuri tal-illuminanza għandhom jinkisbu billi jiġi varjat il-vultaġġ tal-input tal-lampa.

(g)

Figure 2 u Figure 3 jipprovdu iktar informazzjoni dwar l-UUT u l-allinjament tas-sors tad-dawl.

Illustrazzjoni 2

L-Issettjar tat-Test — Dehra minn Fuq

Image

Test ta 'immaġni

Noti:

D1 = D2 fir-rigward tal-pjan ta' referenza vertikali

D1 u D2 jindikaw li l-irkejjen tal-wiċċ tal-UUT għandhom ikunu tal-inqas 2 piedi mill-pjan ta' referenza vertikali

D3 u D4 jindikaw li ċ-ċentru tas-senser tad-dawl għandu jkun tal-inqas 2 piedi mill-ħitan tal-kamra

Illustrazzjoni 3

L-Issettjar tat-Test — Dehra mill-Ġenb

Image

Test ta 'immaġni

Noti:

D1 = D2 fir-rigward tal-pjan ta' referenza vertikali

D1 u D2 jindikaw li l-irkejjen tal-wiċċ tal-UUT għandhom ikunu tal-inqas 2 piedi mill-pjan ta' referenza vertikali

L-apparat li jkejjel l-illuminanza għandu jitneħħa għall-kejl tal-enerġija, wara li tinkiseb l-illuminanza fil-mira

H1 = H2 fir-rigward tal-pjan ta' referenza orizzontali (eż. l-art)

H3 u H4 jindikaw li ċ-ċentru tas-senser tad-dawl irid ikun tal-inqas 2 piedi mill-art u 2 piedi mis-saqaf

L-apparat li jkejjel l-illuminanza jitneħħa għall-kejl tal-enerġija, wara li tinkiseb l-illuminanza fil-mira

H)

L-Apparat li Jkejjel l-Enerġija: L-apparati li jkejlu l-enerġija għandu jkollhom l-attributi li ġejjin

1.

Fattur tal-Kurrent Crest:

(a)

Fattur tal-kurrent Crest disponibbli ta' 3 jew iktar bil-valur tal-medda klassifikat tiegħu; u

(b)

Limitu inferjuri fil-medda tal-kurrent ta' 10 mA jew anqas.

2.

Rispons Minimu tal-Frekwenza: 3,0 kHz

3.

Riżoluzzjoni Minima:

(a)

0,01 W għal valuri tal-kejl inqas minn 10 W jew daqsu;

(b)

0,1 W għal valuri tal-kejl minn 10 W sa 100 W; u

(c)

1,0 W għal valuri tal-kejl iktar minn 100 W.

I)

Apparati li Jkejlu l-Luminanza u l-Illuminanza:

1.

Il-kejl tal-luminanza għandu jsir permezz ta'

(a)

Apparat li jkejjel b'kuntatt; jew

(b)

Apparat li ma jkejjilx b'kuntatt.

2.

L-apparti kollha li jkejlu l-luminanza u l-illuminanza għandhom ikunu preċiżi sa ± 2 % (± 2 ċifri) tal-valur muri diġitalment.

3.

L-apparati li jkejlu l-luminanza bla kuntatt għandu jkollhom angolu ta' aċċettazzjoni ta' 3 gradi jew inqas.

Il-preċiżjoni ġenerali ta' apparat li jkejjel tinstab billi jittieħed (±) it-total assolut ta' 2 % tal-kejl u tolleranza b'2 ċifri tal-inqas figura sinifikanti tal-valur muri. Pereżempju, jekk apparat li jkejjel l-illuminanza juri “200,0” meta titkejjel il-luminożità ta' skrin ta' 200 nit, 2 % tal-200 nit jiġu 4,0 nits. L-inqas ċifra sinifikanti hija 0,1 nit. “Żewġ ċifri” timplika 0,2 nits. B'hekk, il-valur muri jkun 200 ± 4,2 nits (4 nits + 0,2 nits). Il-preċiżjoni hija speċifika għall-apparat li jkejjel l-illuminanza u ma għandhiex titqies bħala tolleranza matul il-kejl tad-dawl attwali.

J)

Preċiżjoni tal-Kejl:

1.

Il-kejl tal-enerġija b'valur ta' 0,5 W jew iktar għandu jsir b'inċertezza ta' 2 % jew inqas bil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

2.

Il-kejl tal-enerġija b'valur ta' inqas minn 0,5 W għandu jsir b'inċertezza ta' 0,01 W jew inqas bil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

3.

Il-valuri tad-dawl ambjentali kollha (lux imkejlin) għandhom jitkejlu fil-post tas-senser tal-ABC fuq l-UUT bid-dawl li jidħol direttament fis-senser u bil-menu ewlieni mis-sinjal tat-test minn IEC 62087:2011, “Methods of measurement for the power consumption of audio, video and related equipment” muri fuq il-prodott. Għall-prodotti li mhumiex kompatibbli mal-format tas-sinjal tat-test tal-IEC, il-valuri tad-dawl ambjentali għandhom jitkejlu bis-sinjal tat-test tal-Video Electronics Standard Association (VESA) Flat Panel Display Measurements Standard version 2.0 (FPDM2) FK li jkun qiegħed jintwera fuq il-prodott.

4.

Il-valuri tad-dawl ambjentali għandhom jitkejlu fi ħdan it-tolleranzi li ġejjin:

(a)

Fi 12-il lux, id-dawl ambjentali għandu jkun fi ħdan ± 1,0 lux; u

(b)

Fi 300 lux, id-dawl ambjentali għandu jkun fi ħdan ± 9,0 lux.

5.   It-twettiq tat-test

5.1.   Gwida għall-Kejl tal-Enerġija

A)

L-ittestjar bl-Issettjar Prestabbilit tal-Fabbrika: Il-kejl tal-enerġija għandu jsir bil-prodott f'kundizzjoni ta' kif ikkunsinjat għad-durata tal-ittestjar tal-Modalità Stennija u l-Modalità Mixgħul, bl-opzjonijiet kollha li jistgħu jiġu kkonfigurati mill-utenti ssettjati għal dawk prestabbiliti tal-fabbrika, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor minn dan il-metodu tat-test.

1.

L-aġġustamenti fil-livell tal-istampa għandhom isiru skont l-istruzzjonijiet f'dan il-metodu tat-test.

2.

Il-prodotti li jinkludu “menu obbligatorju” li jeħtieġ li jintgħażel l-issettjar tal-istampa qabel ma jixgħelu għall-ewwel darba għandhom jiġu ttestjati bl-issettjar tal-istampa “standard” jew “home”. F'każ li ma jeżisti ebda ssettjar standard jew ekwivalenti, l-issettjar prestabbilit rakkomandat mill-manifattur għandu jintuża għall-ittestjar u jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test. Il-prodotti li ma fihomx menu obbligatorju għandhom jiġu ttesjtati bl-issettjar predefinit tal-istampa.

B)

Il-Moduli tal-Punt ta' Skjerament (POD): Ma għandhomx jiġu installati moduli fakultattivi tal-POD.

C)

Moduli Plug-in: Il-Moduli Fakultattivi Plug-in għandhom jitneħħew mid-Display jekk id-Display jista' jiġi ttestjat skont il-metodu tat-test mingħajr il-modulu installat.

D)

Modalità Stennija b'Diversi Funzjonalitajiet: Jekk il-prodott joffri diversi alternattivi għall-imġiba tal-apparat fil-Modalità Stennija (eż. biex jixgħel malajr) jew diversi metodi li bihom wieħed jista' jidħol fil-Modalità Stennija, għandha titkejjel u tiġi rreġistrata l-enerġija matul il-Modalitajiet Stennija kollha. Kull ittestjar tal-Modalità Stennija għandu jsir skont it-Taqsima 6.5.

5.2.   Kundizzjonijiet għall-Kejl tal-Enerġija

A)

Kejl tal-enerġija:

1.

Il-kejl tal-enerġija għandu jittieħed minn punt bejn is-sors tal-enerġija u l-UUT. Ma għandhomx jitqabbdu unitajiet ta' Provvista tal-Elettriku Mingħajr Interruzzjoni (UPS) u l-UUT. L-apparat li jkejjel l-enerġija għandu jibqa' fis-seħħ sakemm tiġi rreġistrata għalkollox id-dejta dwar l-enerġija fil-Modalità Mixgħul, il-Modalità Stennija u l-Modalità Mitfi.

2.

Il-kejl tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat f'watts bħala valuri mkejlin direttament (mhux arrotondati) b'rata ta' qari 1 jew iktar fis-sekonda.

3.

Il-kejl tal-enerġija għandu jiġi rreġistrat wara li l-kejl tal-vultaġġ ikun stabbli sa 1 %.

B)

Kundizzjonijiet tal-Kamra Mudlama:

1.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-illuminanza mkejla fl-iskrin tal-UUT bil-UUT f'Modalità Mitfi għandha tkun ta' 1.0 lux jew inqas. Jekk l-UUT ma għandhiex Modalità Mitfi, l-illuminanza għandha titkejjel fl-iskrin tal-UUT bil-wajer tal-mejn tal-UUT maqlugħ.

C)

Konfigurazzjoni u Kontroll tal-UUT:

1.

Periferali u Konnessjonijiet tan-Netwerk:

(a)

Apparati periferali esterni (eż. mouse, tastiera, disk riġida esterna (HDD) eċċ.) ma għandhomx jitqabbdu ma' ports USB jew ma' ports tad-dejta oħrajn fuq l-UUT.

(b)

Bridging: Jekk l-UUT tappoġġja l-bridging skont id-definizzjoni fit-Taqsima 1 tal-ENERGY STAR Specification for Displays Verżjoni 7.0, għandha ssir konnessjoni bridge bejn l-UUT u l-Magna Host. Il-konnessjoni għandha ssir fl-ordni ta' preferenza li ġejja. Għandha ssir biss konnessjoni waħda u l-konnessjoni għandha tinżamm għad-durata tat-test.

i.

Thunderbolt

ii.

USB

iii.

Firewire (IEEE 1394)

iv.

Oħrajn

Nota: Eżempji ta' bridging għad-Displays jistgħu jinkludu:

1.

Id-Display jista' jikkonverti dejta bejn żewġ tipi ta' ports differenti (eż. Thunderbolt u Ethernet). Dan jista' jwassal biex apparat juża Thunderbolt bħala konnessjoni Ethernet jew bil-kontra.

2.

Il-possibbiltà li tastiera/mouse USB jitqabbdu ma' sistema oħra (eż. Magna Host) permezz tad-Display b'kontrollur hub USB.

(c)

Netwerking: Jekk l-UUT għandha kapaċità ta' netwerking (jiġifieri għandha l-ħila li tikseb indirizz IP meta tkun ikkonfigurata u konnessa ma' netwerk), il-kapaċità ta' netwerking għandha tkun attivata, u l-UUT għandha tkun konnessa ma' netwerk fiżiku attiv (eż. WiFi, Ethernet, eċċ.). In-netwerk fiżiku għandu jappoġġja l-ogħla u l-inqas veloċitajiet tad-dejta tal-funzjoni tan-netwerk tal-UUT. Konnessjoni attiva hija definita bħala konnessjoni fiżika attiva fuq is-saff fiżiku tal-protokoll tan-netwerking. Fil-każ tal-Ethernet, il-konnessjoni għandha ssir permezz ta' kejbil Ethernet Cat 5e standard jew aħjar ma' swiċċ jew router tal-Ethernet. Fil-każ tal-WiFi, l-apparat għandu jitqabbad u jiġi ttestjat qrib punt ta' aċċess bla fili (AP). Min jittestja għandu jikkonfigura s-saff tal-indirizz tal-protokoll, filwaqt li jqis dawn li ġejjin:

i.

Il-Protokolli tal-Internet (IP) v4 u IPv6 għandhom il-protokoll Neighbour Discovery u ġeneralment se jikkonfiguraw b'mod awtomatiku konnessjoni limitata li ma tistax tingħadda b'router.

ii.

L-IP jista' jiġi kkonfigurat b'mod manwali jew billi jintuża l-Protokoll (DHCP) Dynamic Host Configuration Protocol b'indirizz fl-ispazju tal-indirizz 192.168.1.x NAT (Network Address Translation — Traduzzjoni tal-Indirizz tan-Netwerk) jekk l-UUT ma ġġibx ruħha b'mod normali meta jintuża awtoIP. In-netwerk għandu jiġi kkonfigurat sabiex jappoġġja l-ispazju tal-indirizz tan-NAT u/jew tal-awtoIP.

iii.

L-UUT għandha żżomm din il-konnessjoni attiva man-netwerk sakemm jitlesta l-ittestjar, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Metodu tat-Test, mingħajr ma jitqiesu xi waqfiet qosra (eż. meta ssir it-tranżizzjoni bejn veloċità ta' konnessjoni għal oħra). Jekk l-UUT hija mgħammra b'diversi kapaċitajiet tan-netwerk, għandha ssir biss konnessjoni waħda fl-ordni ta' preferenza li ġejja:

a.

WiFi (Institution of Electrical and Electronics Engineers — IEEE 802.11- 2007 (2))

b.

Ethernet (IEEE 802.3). Jekk l-UUT tappoġġja l-Ethernet Effiċjenti fl-Enerġija (IEEE 802.3az-2010 (3)), għandha titqabbad ma' apparat li huwa wkoll jappoġġja IEEE 802.3az

c.

Thunderbolt

d.

USB

e.

Firewire (IEEE 1394)

f.

Oħrajn

(d)

Funzjonalità ta' Skrin tal-Mess: Jekk l-UUT għandha skrin tal-mess li jeħtieġ konnessjoni tad-dejta separata, din il-funzjoni għandha tiġi kkonfigurata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, inklużi konnessjonijiet mal-Magna Host u l-installazzjoni ta' drivers tas-softwer.

(e)

Fil-każ ta' UUT li għandha konnessjoni waħda li kapaċi twettaq diversi funzjonijiet (eż. bridging, netwerking, u/jew funzjonalità ta' skrin tal-mess), jista' jintuża konnettur wieħed sabiex jitwettqu dawn il-funzjonalitajiet diment li dan ikun l-iktar konnessjoni ppreferuta li tappoġġja l-UUT għal kull funzjonalità.

(f)

Fil-każ ta' UUT li ma jkollha ebda kapċità ta' dejta/netwerk, l-UUT għandha tiġi ttestjata kif ikkunsinnjata.

(g)

Speakers inkorporati u funzjonijiet u karatteristiċi oħrajn tal-prodotti mhux indirizzati b'mod speċifiku mill-metodu tat-test jew l-Ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR iridu jiġu kkonfigurati fil-konfigurazzjoni tal-enerġija tal-prodott kif ikkunsinnjat.

(h)

Għandha tiġi rreġistrata d-disponibbiltà ta' kapaċitajiet oħrajn bħal sensers tal-okkupazzjoni, qarrejja tal-karta tal-memorja flash/karti smart, interfaċċi tal-kamera, PictBridge.

2.

Interface tas-Sinjal:

(a)

Jekk l-UUT ikollha diversi interfaces tas-sinjal, l-UUT għandha tiġi ttestjata bl-ewwel interface disponibbli mil-lista ta' hawn taħt:

i.

Thunderbolt

ii.

DisplayPort

iii.

HDMI

iv.

DVI

v.

VGA

vi.

Interface Diġitali Ieħor

vii.

Interface Analogu Ieħor

3.

Senser tal-Preżenza: Jekk l-UUT għandha senser tal-preżenza, l-UUT għandha tiġi ttestjata bl-issettjar tas-senser tal-preżenza kkonfigurat fil-kundizzjoni kif ikkonsenjat. Għal UUTs b'senser tal-preżenza attivat kif ikkunsinjat:

(a)

Għandu jkun hemm persuna qrib is-senser tal-preżenza għall-perjodu inizjali kollu, l-istabbilizzazzjoni, l-ittestjar tal-luminanza u l-Modalità Mixgħul sabiex jiġi evitat li l-UUT tinżel f'livell li juża inqas enerġija (eż. Modalità Stennija jew Modalità Mitfi). L-UUT għandha tibqa' fil-Modalità Mixgħul għad-durata tal-perjodu inizjali, il-perjodu ta' stabbilizzazzjoni, it-test tal-luminanza u t-test tal-Modalità Mixgħul.

(b)

Ma għandu jkun hemm ebda persuna qrib is-senser tal-preżenza għad-durata tat-testijiet tal-Modalità Stennija u l-Modalità Mitfi sabiex jiġi evitat li l-UUT togħla f'livell li juża iktar enerġija (eż. Modalità Mixgħul). L-UUT għandha tibqa' fil-Modalità Stennija jew Modalità Mitfi għad-durata tat-testijiet tal-Modalità Stennija jew tal-Modalità Mitfi, rispettivament.

4.

Orjentazzjoni: Jekk l-UUT tista' tiddawwar f'orjentazzjonijiet vertikali u orizzontali, għandha tiġi ttestjata fl-orjentazzjoni orizzontali, bl-itwal dimensjoni parallela għall-wiċċ tal-mejda.

D)

Riżoluzzjoni u Frekwenza ta' Rinfriskar:

1.

Displays b'Pixels Fissi:

(a)

Il-format tal-pixels għandu jiġi kkonfigurat għal-livell nattiv kif speċifikat fil-manwal tal-prodott.

(b)

Għad-Displays mhux b'Tubu ta' Raġġi Katodiċi (CRT — Cathode Ray Tub), ir-rata ta' rinfriskar għandha tiġi stabbilita għal 60 Hz, sakemm ma tkunx speċifikata rata prestabbilita differenti ta' rinfriskar fil-manwal tal-prodotti, f'liema każ ikollha tintuża r-rata prestabbilita speċifikata ta' rinfriskar.

(c)

Għad-Displays CRT, il-format tal-pixels għandu jiġi kkonfigurat għall-ogħla riżoluzzjoni li hija mfassla sabiex titħaddem b'rata ta' rinfriskar ta' 75 Hz, kif speċifikat fil-manwal tal-prodotti. Għall-ittestjar għandhom jintużaw l-istandards tipiċi tal-industrija għall-kronometraġġ tal-format tal-pixels. Ir-rata ta' rinfriskar għandha tiġi kkonfigurata għal 75 Hz.

E)

Eżattezza tal-Livelli tas-Sinjal tal-Input: Meta jintużaw interfaces analogi, l-inputs tal-vidjow għandhom ikunu fi ħdan ± 2 % tal-livelli tal-abjad u l-iswed referenzjati. Meta jintużaw interfaces diġitali, is-sinjal tal-vidjow sors ma għandux jiġi aġġustat għall-kulur, jew modifikat minn min jittestja għal xi skop ieħor apparti l-kompressjoni/infiltrazzjoni u l-kodifikazzjoni/dekodifikazzjoni għat-trażmissjoni, skont il-bżonn.

F)

Fattur tal-Enerġija Reali: Il-Parteċipanti fil-programm għandhom jirrapportaw il-fattur tal-enerġija reali (PF) tal-UUT matul il-kejl tal-Modalità Mixgħul. Il-valuri tal-fattur tal-enerġija għandhom jiġu rreġistrata bl-istess rata li biha huwa rreġistrat il-valur tal-enerġija (PON). Għandha tinstab il-medja tal-fattur tal-enerġija rrapportat fuq id-durata sħiħa tal-ittestjar tal-Modalità Mixgħul.

G)

Materjali tat-Test:

1.

Għall-ittestjar għandu jintuża “IEC 62087:2011 Dynamic Broadcast-Content Signal” kif speċifikat fl-IEC 62087:2011, Taqsima 11.6, “On (average) mode testing using dynamic broadcast-content video signal.”

2.

“VESA FPDM2” għandu jintuża biss għall-prodotti li ma jistgħux juru l-IEC 62087:2011 Dynamic Broadcast-Content Signal.

H)

Sinjal tal-Input tal-Vidjow:

1.

Il-Magna Host għandha tiġġenera s-sinjal tal-input tal-vidjow fir-riżoluzzjoni nattiva tad-Display b'tali mod li l-erja attiva tal-vidjow timla l-iskrin sħiħ. Dan jista' jkun jeħtieġ li s-softwer li jaqra l-vidjow jaġġusta l-proporzjon tal-aspett tal-vidjow.

2.

Ir-rata tal-frame tas-sinjal tal-input tal-vidjow għandha tkun taqbel mar-rata tal-frame użata normalment fir-reġjun fejn jinbiegħ il-prodott (eż. Għall-Istati Uniti u l-Ġappun tintuża rata tal-frame ta' 60 Hz; għall-Ewropa u l-Awstralja tintuża rata tal-frame ta' 50 Hz).

3.

L-issettjar tal-awdjo fuq il-Magna Host għandu jkun diżattivat sabiex ma jiġi prodott ebda ħoss flimkien mas-sinjal tal-input tal-vidjow.

6.   Proċeduri tat-test għall-prodotti kollha

6.1.   Inizjalizzazzjoni tal-UUT Qabel it-Test

A)

Qabel il-bidu tal-ittestjar, l-UUT għandha tiġi inizjalizzata kif ġej:

1.

Issettja l-UUT skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tal-prodott ipprovdut.

2.

Qabbad apparat aċċettabbli li jkejjel il-watts mas-sors tal-enerġija u qabbad l-UUT mad-dawl fuq l-apparat li jkejjel il-watts.

3.

Bil-UUT mitfija, issettja l-livell tad-dawl ambjentali b'tali mod li l-illuminanza mkejla tal-iskrin tiġi inqas minn 1,0 lux (ara t-Taqsima 5.2(B)).

4.

Ixgħel l-UUT u wettaq il-konfigurazzjoni inizjali tas-sistema, kif applikabbli.

5.

Ara li l-issettjar tal-UUT huwa fil-konfigurazzjoni kif ikkunsinnjata, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-metodu tat-test.

6.

Ħalli l-UUT taħdem għal 20 minuta, jew il-ħin li teħtieġ l-UUT sabiex tlesti l-inizjalizzazzjoni u tkun tista' tintuża, skont liema minnhom ikun l-itwal. Il-format tas-sinjal tat-test IEC 62087:2011, kif speċifikat fit-Taqsima 5.2(G)(1), għandu jintwera għall-perjodu sħiħ ta' inizjalizzazzjoni. Displays li ma jistgħux juru l-format tas-sinjal tat-test IEC 62087:2011 għandu jkollhom is-sinjal tat-test VESA FPDM2 L80, kif speċifikat fit-Taqsima 5.2(G)(2), muri fuq l-iskrin.

7.

Irrapporta l-vultaġġ tal-input ac u l-frekwenza jew il-vultaġġ tal-input dc.

8.

Irrapporta t-temperatura ambjentali u l-umdità relattiva tal-kamra tat-test.

6.2.   Ittestjar tal-Luminanza

A)

L-ittestjar tal-luminanza għandu jsir minnufih wara l-perjodu ta' inizjalizzazzjoni u f'kundizzjonijiet ta' kamra mudlama. L-illuminanza tal-iskrin tal-prodott, kif imkejla bil-UUT fil-Modalità Mitfi, għandha tkun ta' 1,0 lux jew inqas.

B)

Il-luminanza għandha titkejjel b'mod perpendikolari għaċ-ċentru tal-iskrin tal-prodott bl-użu ta' apparat li jkejjel il-luminanza skont il-manwal tal-utenti tal-apparat li jkejjel.

C)

Il-pożizzjoni tal-apparat li jkejjel il-luminanza b'rabta mal-iskrin tal-prodott għandha tibqa' fissa matul id-durata tal-ittestjar.

D)

Għal prodotti bl-ABC, il-kejl tal-luminanza għandu jsir bl-ABC diżattivat. Jekk l-ABC ma jistax jiġi diżattivat, il-kejl tal-luminanza għandu jitkejjel b'mod perpendikolari miċ-ċentru tal-iskrin tal-prodott bid-dawl li jidħol direttament fis-senser tad-dawl ambjentali tal-UUT bi 300 lux jew iktar.

E)

Il-kejl tal-luminanza għandu jsir kif ġej:

1.

Ivverifika li l-UUT hija bil-valur tal-luminanza prestabbilit kif ikkonsenjata jew bl-issettjar tal-istampa “Home”.

2.

Uri s-sinjal tal-vidjow tat-test għall-klassi tal-prodott speċifika, kif spjegat hawn taħt:

(a)

Il-prodotti kollha, ħlief kif speċifikat f'(b): Sinjal tal-vidjow bi tliet strixxi speċifikat fl-IEC 62087:2011, Taqsima 11.5.5 (tliet strixxi ta' abjad (100 %) fuq sfond iswed (0 %)).

(b)

Prodotti li ma jistgħux juru sinjali mill-IEC 62087:2011: Sinjal tat-test tal-VESA FPDM2 L80 għar-riżoluzzjoni massima appoġġjata mill-prodott.

3.

Uri s-sinjal tal-vidjow tat-test għal xejn inqas minn 10 minuti sabiex tkun tista' tistabbilizza l-luminanza tal-UUT. Dan il-perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' 10 minuti jista' jitnaqqas jekk il-kejl tal-luminanza jkun stabbli sa 2 % tul perjodu ta' mhux inqas minn 60 sekonda.

4.

Kejjel u rreġistra l-luminanza fl-issettjar prestabbilit tal-prodott kif ikkunsinjat LAs-shipped.

5.

Issettja l-livelli tal-luminożità u l-kuntrast tal-UUT għall-valuri massimi tagħhom.

6.

Kejjel u rreġistra l-luminanza bħala LMax_Measured.

7.

Irreġistra l-luminanza massima rrapportata mill-manifattur LMax_Reported.

F)

L-issettjar tal-kuntrast għandu jitħalla fil-livell massimu għat-testijiet sussegwenti tal-Modalità Mixgħul sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

6.3.   Ittestjar tal-Modalità Mixgħul għal Prodotti mingħajr l-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

A)

Wara l-Ittestjar tal-Luminanza u qabel il-kejl tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul, il-luminanza tal-UUT għandha tiġi stabbilita skont dawn li ġejjin:

1.

Għad-Displays tas-Sinjalar, il-prodott għandu jiġi ttestjat bil-luminanza stabbilita għal valur ta' 65 % jew iktar mil-luminanza massima rrapportata mill-manifattur (LMax_Reported). Il-valuri tal-luminanza għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 6.2. Għandu jiġi rreġistrat dan il-valur tal-luminanza LOn.

2.

Għall-prodotti kollha l-oħrajn, aġġusta l-kontrolli tal-luminanza xierqa sakemm il-luminanza tal-iskrin tiġi 200 kandela għal kull metru kwadru (cd/m2). Jekk l-UUT ma tistax tikseb din il-luminanza, issettja l-luminanza tal-prodott għall-eqreb valur possibbli. Il-valuri tal-luminanza għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 6.2. Għandu jiġi rrapportat dan il-valur tal-luminanza LOn. Il-kontrolli tal-luminanza xierqa jirreferu għal kwalunkwe kontroll li jaġġusta l-luminożità tad-Display, iżda ma jinkludux l-issettjar tal-kuntrast.

B)

Għal UUT li kapaċi turi s-sinjali IEC, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) għandha titkejjel skont l-IEC 62087:2011 Taqsima 11.6.1 “Measurements using dynamic broadcast-content video signal.” Għal UUT li mhijiex kapaċi turi s-sinjali IEC, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) għandha titkejjel kif ġej:

1.

Ara li l-UUT ġiet inizjalizzata skont it-Taqsima 6.1.

2.

Uri l-mudell tat-test tal-VESA FPDM2, A112-2F, SET01K (8 sfumaturi ta' griż mill-iswed sħiħ (0 volt) sal-abjad sħiħ (0,7 volts)).

3.

Ara li l-livelli tas-sinjal tal-input huma konformi mal-VESA Video Signal Standard (VSIS), Verżjoni 1.0, Rev. 2.0, ta' Diċembru 2002.

4.

Bil-kontrolli tal-luminożità u l-kuntrast ikkonfigurati għall-massimu, ara li tista' ssir distinzjoni bejn il-livelli ta' abjad u ta' griż kważi abjad. Jekk hemm bżonn, aġġusta l-kontrolli tal-kuntrast sakemm tkun tista' ssir distinzjoni bejn il-livelli ta' abjad u ta' griż kważi abjad.

5.

Uri l-kaxxa tal-mudell tat-test tal-VESA FPDM2, A112-2H, L80 (abjad sħiħ (0,7 volts) li tokkupa 80 % tal-istampa).

6.

Ara li l-erja tal-kejl tal-luminanza taqa' kollha kemm hi fi ħdan il-parti bajda tal-mudell tat-test.

7.

Aġġusta l-kontrolli tal-luminanza xierqa sakemm il-luminanza tal-erja l-bajda tal-iskrin tiġi stabbilita kif stipulat fit-Taqsima 6.3(A).

8.

Irreġistra l-luminanza tal-iskrin (LOn).

9.

Irreġistra l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) u l-format totali tal-pixels (orizzontali × vertikali). L-enerġija tal-Modalità Mixgħul għandha titkejjel tul perjodu ta' 10 minuti simili għat-test tal-kontenut dinamiku tax-xandir IEC 62087:2011.

6.4.   Ittestjar tal-Modalità Mixgħul għal Prodotti bl-ABC b'Attivazzjoni Prestabbilita

Il-konsum medju tal-enerġija tal-Modalità Mixgħul tal-prodott għandu jiġi stabbilit bil-kontenut dinamiku tax-xandir kif iddefinit fl-IEC 62087:2011. Jekk il-prodott ma jistax juri s-sinjal tal-IEC, għandu jintuża l-mudell tat-test tal-VESA FPDM2 L80 kif deskritt fit-Taqsima 6.3(B)(5) għall-istadji kollha li ġejjin.

A)

Stabbilizza l-UUT għal 30 minuta. Dan għandu jsir bi tliet ripetizzjonijiet tas-sinjal tal-vidjow tal-kontenut dinamiku tax-xandir tal-IEC fuq 10 minuti.

B)

Issettja l-output tad-dawl tal-lampa użata għall-ittestjar għal 12-il lux kif imkejla fuq il-wiċċ tas-senser tad-dawl ambjentali.

C)

Uri s-sinjal tal-vidjow tal-kontenut dinamiku tax-xandir fuq 10 minuti. Kejjel u rreġistra l-konsum tal-enerġija, P12, matul is-sinjal tal-vidjow tal-kontenut dinamiku tax-xandir fuq 10 minuti..

D)

Erġa' agħmel il-passi 6.4(B) u 6.4(C) għal livel tad-dawl ambjentali ta' 300 lux, sabiex tkejjel il-P300.

E)

Iddiżattiva l-ABC u kejjel l-enerġija tal-Modalità Mixgħul (PON) skont it-Taqsima 6.3. Jekk l-ABC ma jistax jiġi diżattivat, il-kejl tal-enerġija għandu jsir kif ġej:

1.

Jekk il-luminożita tista' tiġi ssettjata għal valur fiss kif speċifikat fit-Taqsima 6.3, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul għal dawn il-prodotti għandha tkun imkejla skont it-Taqsima 6.3 bid-dawl li jidħol direttament fis-senser tad-dawl ambjentali tal-UUT bi 300 lux jew ikbar.

2.

Jekk il-luminożità ma tistax tiġi ssettjata għal valur fiss, l-enerġija tal-Modalità Mixgħul għal dawn il-prodotti għandha tkun imkejla skont it-Taqsima 6.3 bid-dawl li jidħol direttament fis-senser tad-dawl ambjentali tal-UUT bi 300 lux jew ikbar u mingħajr ma tiġi modifikata l-luminożità tal-iskrin.

6.5.   Ittestjar tal-Modalità Stennija

A)

L-enerġija tal-Modalità Stennija (PSLEEP) għandha titkejjel skont l-IEC 62301:2011, bil-gwida addizzjonali fit-Taqsima 5.

B)

It-test tal-Modalità Stennija għandu jsir bil-UUT imqabbda mal-Magna Host bl-istess mod bħal fit-test tal-Modalità Mixgħul. Jekk possibbli, tista' tiġi attivata l-Modalità Stennija billi l-Magna Host tiġi ssettjata għal Modalità Stennija. Jekk il-Magna Host tkun kompjuter, il-Modalità Stennija hija ddefinita fil-Verżjoni 6.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-kompjuters tal-ENERGY STAR.

C)

Jekk il-prodott għandu firxa ta' Modalitajiet Stennija li jistgħu jintgħażlu b'mod manwali, jew jekk il-prodott jista' jidħol f'Modalità Stennija b'modi differenti (eż. b'remote control jew billi tiġi attivata l-Modalità Stennija tal-Magna Host), il-kejl għandu jsir u jiġi rreġistrat fil-Modalitajiet Stennija kollha.

Jekk il-prodott b'mod awtomatiku jgħaddi minn diversi Modalitajiet Stennija, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed sabiex tinkiseb medja tal-Modalitajiet Stennija kollha. Il-kejl xorta waħda jrid jissodisfa r-rekwiżiti (eż. l-istabbiltà, il-perjodu ta' kejl, eċċ.) spjegati fit-Taqsima 5.3 tal-IEC 62301:2011.

6.6.   Ittestjar tal-Modalità Mitfi

A)

Għall-prodotti b'kapaċità tal-Modalità Mitfi, fil-konklużjoni tat-test tal-Modalità Stennija, inizjalizza l-Modalità Mitfi bl-iktar swiċċ tad-dawl faċilment aċċessibbli.

B)

Kejjel l-enerġija tal-Modalità Mitfi (POFF) skont it-Taqsima 5.3.1 tal-IEC 62301:2011. Iddokumenta l-metodu ta' aġġustament u s-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tinkiseb Modalità Mitfi.

C)

Kwalunkwe input li jissinkronizza ċ-ċiklu ta' kontroll tas-sinjal jista' jiġi injorat meta titkejjel l-enerġija tal-Modalità Mitfi.

6.7.   Ittestjar Addizzjonali

A)

Għal prodotti b'kapaċitajiet tad-dejta/netwerking jew b'konnessjoni bridge, minbarra t-testijiet imwettqin bil-kapaċitajiet ta' dejta/netwerking attivati u b'konnessjoni bridge stabbilita (ara t-Taqsima 5.2(C)(1)), l-Ittestjar tal-Modalità Stennija għandu jsir bil-karatteristiċi tad-dejta/netwerking diżattivati u mingħajr ebda konnessjoni bridge stabbilita, skont it-Taqsima 5.2(C)(1)(b) u (c).

B)

Il-preżenza tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk għandha tiġi stabbilita billi jiġi ttestjat id-Display għall-attività tan-netwerk fil-Modalità Stennija skont it-taqsima 6.7.5.2 tas-CEA-2037-A, Determination of Television Set Power Consumption, bil-gwida li ġejja:

1.

Id-Display għandu jkun imqabbad ma' netwerk skont it-Taqsima 5.2(C)(1)(c) qabel it-test.

2.

Id-Display għandu jitqiegħed fil-Modalità Stennija minflok standby-attiv, baxx.


(1)  http://www.gpo.gov/fdsys/pkg/CFR-2011-title10-vol3/pdf/CFR-2011-title10-vol3-sec430-2.pdf

(2)  IEEE 802 — Telecommunications and information exchange between systems—Local and metropolitan area networks — Parti 11: Wireless LAN Medium Access Control (MAC) and Physical Layer (PHY) Specifications

(3)  Parti 3: Carrier Sense Multiple Access with Collision Detection (CSMA/CD) Access Method and Physical Layer Specifications — Emenda 5: Media Access Control Parameters, Physical Layers, and Management Parameters for Energy-Efficient Ethernet