27.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 259/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1711
tas-27 ta' Settembru 2016
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1) li tapplika ċerti miżuri restrittivi għal persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness. |
(2) |
Fid-dawl tal-ftehim ta' paċi tal-Kolombja l-miżuri kontra waħda mill-entitajiet għandhom jiġu sospiżi, soġġett għal reviżjoni speċifika mill-Kunsill wara sitt xhur. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4, safejn dawn japplikaw għall-“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”), dawn għandhom jiġu sospiżi.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/CFSP tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).