23.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/1706,

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

tad-19 ta' Settembru 2016

li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Ottubru 2014 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2014/749/UE (2) li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2019.

(2)

F'ittra bid-data tal-25 ta' Ġunju 2016, is-Sur Jean-Claude JUNCKER, President tal-Kummissjoni, għarraf lill-Kunsill li s-Sur Jonathan HILL kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mill-15 ta' Lulju 2016 f'nofsillejl.

(3)

F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat minn riżenja jenħtieġ li jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur Jean-Claude JUNCKER, President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Julian KING bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Opinjoni tal-15 ta' Settembru 2016 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 36.