16.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1671

tal-15 ta' Settembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(2)

Fl-10 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/359 (2),biex b'hekk ġedded il-miżuri għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-imminar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi mġedda għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali indikati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Dak l-Anness għandu jiġi emendat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2017.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359 tal-10 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 67, 12.3.2016, p. 37).


ANNESS

I.   

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

LISTA TA' PERSUNI

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

2

Vladimir Andreevich KONSTANTINOV

(Владимир Андреевич Константинов)

Data tat-Twelid: 19.11.1956

Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova

Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014.

Mis-17 ta' Marzu 2014 'l hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV

(Рустам Ильмирович Темиргалиев)

Data tat-Twelid: 15.8.1976

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (Russian SFSR)

Bħala ex Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” dwar ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович Березовский)

Data tat-Twelid: 15.7.1974

Post tat-Twelid: Kharkiv, Ukrainian SSR

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Imbagħad inħatar Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

6.

Pyotr Anatoliyovych ZIMA

(Пётр Анатольевич Зима)

Data tat-Twelid: 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata minn ex uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

9.

Viktor Alekseevich OZEROV

(Виктор Алексеевич Озеров)

Data tat-Twelid: 5.1.1958

Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia

President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

10.

Vladimir Michailovich DZHABAROV

(Владимир Михайлович Джабаров)

Data tat-Twelid: 29.9.1952

L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

11.

Andrei Aleksandrovich KLISHAS

(Андрей Александрович Клишас)

Data tat-Twelid: 9.11.1972

Post tat-Twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

12.

Nikolai Ivanovich RYZHKOV

(Николай Иванович Рыжков)

Data tat-Twelid: 28.9.1929

POB: Dyleevka, reġjun ta' Donetsk, SSR tal-Ukrajna

Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

13.

Evgeni Viktorovich BUSHMIN

(Евгений Викторович Бушмин)

Data tat-Twelid: 4.10.1958

Post tat-Twelid: Lopatino, reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR

Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

14.

Aleksandr Borisovich TOTOONOV

(Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-Twelid: 3.4.1957

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia

Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

15.

Oleg Evgenevich PANTELEEV

(Олег Евгеньевич Пантелеев)

Data tat-Twelid: 21.7.1952

Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

L-ex l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur tal-Oblast ta' Kurgan u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern tal-Oblast ta' Kurgan għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

16.

Sergei Mikhailovich MIRONOV

(Сергей Михайлович Миронов)

Data tat-Twelid: 14.2.1953

Post tat-Twelid: Pushkin, reġjun ta' Leningrad

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia fid-Duma tal-Federazzjoni Russa.

Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni ta' ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович Железняк)

Data tat-Twelid: 30.7.1970

Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

18.

Leonid Eduardovich SLUTSKI

(Леонид Эдуардович Слуцкий)

Data tat-Twelid: 4.1.1968

Post tat-Twelid: Moska

President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru tal-LDPR).

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea.

17.3.2014

19.

Aleksandr Viktorovich VITKO

(Александр Викторович Витко)

Data tat-Twelid: 13.9.1961

Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja)

Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

17.3.2014

20.

Anatoliy Alekseevich SIDOROV

(Анатолий Алексеевич Сидоров)

Data tat-Twelid: 2.7.1958

Post tat-Twelid: Siva, reġjun ta' Perm, USSR

Ex Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma skjerati fil-Krimea. Kien responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Minn Novembru 2015 il-Kap tal-Persunal Konġunt tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO).

17.3.2014

21.

Aleksandr Viktorovich GALKIN

(Александр Викторович Галкин)

Data tat-Twelid: 22.3.1958

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, ASSR tat-Tramuntana ta' Ossetia

Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li wħud mill-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed tiġi taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa d-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi ta' SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett.

17.3.2014

22.

Dmitry Olegovich ROGOZIN

(Дмитрий Олегович Рогозин)

Data tat-Twelid: 21.12.1963

Post tat-Twelid: Moska

Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

23.

Sergey Yurievich GLAZYEV

(Сергей Юрьевич Глазьев)

Data tat-Twelid: 1.1.1961

Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

24.

Valentina Ivanova MATVIYENKO (twieldet TYUTINA)

(Валентина Ивановна Матвиенко (twieldet Тютина))

Data tat-Twelid: 7.4.1949,

Post tat-Twelid: Reġjun ta' Shepetovka, Khmelnitsky (Kamenets-Podolsky) (SSR tal-Ukrajna)

Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġat pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

21.3.2014

25.

Sergei Evgenevich NARYSHKIN

(Сергей Евгеньевич Нарышкин)

Data tat-Twelid: 27.10.1954

Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta' riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

21.3.2014

27.

Alexander Mihailovich NOSATOV

(Александр Михайлович Носатов)

Data tat-Twelid: 27.3.1963

Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

21.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович Куликов)

Data tat-Twelid: 1.9.1956

Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

21.3.2014

29.

Vladislav Yurievich SURKOV

(Владислав Юрьевич Сурков)

Data tat-Twelid: 21.9.1964,

Post tat-Twelid: Solntsevo, reġjun ta' Lipetsk

Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukrajna fil-Krimea.

21.3.2014

30.

Mikhail Grigorievich MALYSHEV

(Михаил Григорьевич Малышев)

Data tat-Twelid: 10.10.1955

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

21.3.2014

31.

Valery Kirillovich MEDVEDEV

(Валерий Кириллович Медведев)

Data tat-Twelid: 21.8.1946

Post tat-Twelid: Shmakovka, reġjun ta' Primorsky

President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- referendum.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич Турченюк)

Data tat-Twelid: 5.12.1959

Post tat-Twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan

Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

21.3.2014

34.

Dmitry Nikolayevich KOZAK

(Дмитрий Николаевич Козак)

Data tat-Twelid: 7.11.1958

POB: Bandurovo, reġjun ta' Kirovograd, SSR tal-Ukrajna

Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

35.

Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV

(Олег Евгеньевич Белавенцев)

Data tat-Twelid: 15.9.1949

Post tat-Twelid: Moska

Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

29.4.2014

37.

Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович Меняйло)

Data tat-Twelid: 22.8.1960

Post tat-Twelid: Alagir, Tramuntana ta' Ossetia SSR Awtonoma, RSFSR

Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta' Sevastopol.

29.4.2014

38.

Olga Fedorovna KOVITIDI

(Ольга Фёдоровна Ковитиди)

Data tat-Twelid: 7.5.1962

Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna

Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

29.4.2014

40.

Sergei Ivanovich NEVEROV

(Сергей Иванович Неверов)

Data tat-Twelid: 21.12.1961

Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR

Viċi President tad-Duma tal-Istat, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

42.

Valery Vasilevich GERASIMOV

(Валерий Васильевич Герасимов)

Data tat-Twelid: 8.9.1955

Post tat-Twelid: Kazan

Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-iskjerament massiv ta' truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u naqas milli jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni.

29.4.2014

43.

German PROKOPIV

(Герман Прокопив)

 

Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Lugansk. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”.

29.4.2014

44.

Valeriy Dmitrievich BOLOTOV

(Валерий Дмитриевич Болотов)

Data tat-Twelid: 13.2.1970

Post tat-Twelid: Stakhanov, Lugansk

Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

29.4.2014

45.

Andriy Yevgenovych PURGIN

(Андрiй Eвгенович Пургiн),

Andrei Evgenevich PURGIN

(Андрей Евгеньевич Пургин)

Data tat-Twelid: 26.1.1972

Post tat-Twelid: Donetsk

Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħalissa “l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri”.

29.4.2014

49.

Vyacheslav Viktorovich VOLODIN

(Вячеслав Викторович Володин)

Data tat-Twelid: 4.2.1964

Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta' Saratov.

L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

50.

Vladimir Anatolievich SHAMANOV

(Владимир Анатольевич Шаманов)

Data tat-Twelid: 15.2.1957

Post tat-Twelid: Barnaul.

Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

12.5.2014

51.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN

(Владимир Николаевич Плигин)

Data tat-Twelid: 19.5.1960

Post tat-Twelid: Ignatovo, Oblast ta' Vologodsk, USSR.

President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA

(Олег Григорьевич Козюра)

Data tat-Twelid: 19.12.1962

Post tat-Twelid: Zaporozhye

L-ex Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaly.

12.5.2014

54.

Viacheslav PONOMARIOV,

Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV

(В'ячеслав Володимирович Пономарьов),

Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV

(Вячеслав Владимирович Пономарëв)

Data tat-Twelid: 2.5.1965

Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

L-ex “Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov kienu involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lill-attivist Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

12.5.2014

55.

Igor Nikolaevich BEZLER (magħruf ukoll bħala Bes (devil))

(Игорь Николаевич Безлер)

Data tat-Twelid: 30.12.1965

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

56.

Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

(Игорь Евгеньевич Какидзянов),

Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

(Игорь Евгеньевич Хакимзянов)

Data tat-Twelid: 25.7.1980

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.5.2014

58.

Roman Viktorovich LYAGIN

(Роман Викторович Лягин)

Data tat-Twelid: 30.5.1980,

Post tat-Twelid: Donetsk, Ukrajna

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ex “Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali”.

12.5.2014

59.

Aleksandr Sergeevich MALYKHIN,

Alexander Sergeevich MALYHIN

(Александр Сергеевич Малыхин)

(Олександр Сергійович Малихін)

Data tat-Twelid: 12.1.1981

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна Поклонская)

Data tat-Twelid: 18.3.1980

POB: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna

Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

12.5.2014

61.

Igor Sergeievich SHEVCHENKO

(Игорь Сергеевич Шевченко)

Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea

Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

12.5.2014

64.

Alexandr Arkadievich KALYUSSKY

(Александр Аркадьевич Калюсский)

Oleksandr Arkadiyovych KALYUSSKIY

(Олександр Аркадійович Калюський)

Data tat-Twelid: 9.10.1975

L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV,

Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

(Александр Витальевич Хряков),

Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

(Олександр ВiTалiйович Хряков)

Data tat-Twelid: 6.11.1958

Post tat-Twelid: Donetsk

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

67.

Vasyl NIKITIN,

Vasilii Aleksandrovich NIKITIN

(Василий Александрович Никитин)

Data tat-Twelid: 25.11.1971

Post tat-Twelid: Shargun (Użbekistan)

L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” (l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u ex kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid” tar-reġjun.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

68.

Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN

(Алексей Вячеславович Карякин)

Data tat-Twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

Post tat-Twelid: Stakhanov (oblast ta' Lugansk)

Sal-25 Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”.

12.7.2014

71.

Nikolay Ivanovich KOZITSYN

(Николай Иванович Козицын)

Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

12.7.2014

78.

Sergei Orestovoch BESEDA

(Сергей Орестович Беседа)

Data tat-Twelid: 17.5.1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

82.

Pavel Yurievich GUBAREV

(Павел Юрьевич Губарев)

Pavlo Yuriyovich GUBARIEV

(Павло Юрійович Губарєв)

Data tat-Twelid: 10.2.1983

Post tat-Twelid: Sievierodonetsk

Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev kien responsabbli għar-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti.

Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”.

Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant immina l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

83.

Ekaterina Yurievna GUBAREVA

(Екатерина Юрьевна Губарева),

Katerina Yuriyovna GUBARIEVA

(Катерина Юрiйовнa Губарева)

Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

25.7.2014

86.

Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK

(Сергей Анатольевич Здрилюк)

Data tat-Twelid: 23.6.1972

Post tat-Twelid: Reġjun ta' Vinnytsia

Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

87.

Vladimir ANTYUFEYEV (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

(Владимир Антюфеев)

Data tat-Twelid: 19.2.1951

Post tat-Twelid: Novosibirsk

Ex “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Ex viċi Prim Ministru tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

25.7.2014

89.

Oksana TCHIGRINA,

Oksana Aleksandrovna CHIGRINA

(Оксана Александровна Чигрина)

Data tat-Twelid: possibbilment 23.7.1981

Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

30.7.2014

93.

Konstantin Valerevich MALOFEEV

(Константин Валерьевич Малофеев)

Data tat-Twelid: 3.7.1974

Post tat-Twelid: Puschino

Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)”.

Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

30.7.2014

96.

Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO

(Александр Владимирович Захарченко)

Data tat-Twelid: 26.6.1976

Post tat-Twelid: Donetsk

Mis-7 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

97.

Vladimir KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”)

(Владимир Петровнч Кононов)

Data tat-Twelid: 14.10.1974

Post tat-Twelid: Gorsky

Mill-14 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

(Мирослав Владимирович Руденко)

Data tat-Twelid: 21.1.1983

Post tat-Twelid: Debaltsevo

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

99.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV

(Геннадий Николаевич ЦыПкалов)

Data tat-Twelid: 21.6.1973

Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja)

L-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.9.2014

101.

Oleg Vladimirovich BEREZA

(Олег Владимирович Берëза)

Data tat-Twelid: 1.3.1977

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Interni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

103.

Aleksandr Akimovich KARAMAN

(Александр Акимович Караман),

Alexandru CARAMAN

Data tat-Twelid: 26.7.1956 jew 26.6.1956

Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova

L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Kap tal-“Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

120.

Sergey Yurievich KOZYAKOV

(Сергей Юрьевич Козьяков)

Serhiy Yurievich KOZYAKOV

(Сергій Юрійович Козьяков)

Data tat-Twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV)

(Олег Константинович Акимов)

Data tat-Twelid: 15.9.1981

Post tat-Twelid: Lugansk

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

124.

Aleksandr Igorevich KOFMAN (magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN)

(Александр Игоревич Кофман)

Data tat-Twelid: 30.8.1977

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

29.11.2014

125.

Ravil Zakarievich KHALIKOV

(Равиль Закариевич Халиков)

Data tat-Twelid: 23.2.1969

Post tat-Twelid: villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR

L-hekk imsejjaħ ex “L-Ewwel Viċi Prim Ministru u l-'Prosekutur Ġenerali” preċedenti tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

127.

Oleg Evgenevich BUGROV

(Олег Евгеньевич Бугров)

Data tat-Twelid: 29.8.1969

L-ex “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

128.

Lesya Mikhaylovna LAPTEVA

(Леся Михайловна Лаптева)

Data tat-Twelid: 11.3.1976

Post tat-Twelid: Dzhambul/Jambul (Każakistan), bħalissa magħruf bħala Taraz

L-ex “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

129.

Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych Mychaylov)

(Евгений Эдуардович Михайлов)

Data tat-Twelid: 17.3.1963

POB: Arkhangelsk

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Kunsill tal-Ministri” (kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi) tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

130.

Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

(Игорь Владимирович Костенок)

Data tat-twelid: 1961

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

131.

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

(Евгений Вячеславович Орлов)

Data tat-Twelid: 10.5.1980

Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

134.

Alexey Yurevich MILCHAKOV (magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian)

(Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ)

Data tat-Twelid: 30.4.1991

Post tat-Twelid: San Pietruburgu

Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN

(Эдуард Александрович Басурин)

Data tat-Twelid: 27.6.1966

POB: Donetsk

L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV)

(Сергей Юрьевич ИГНАТОВ)

Data tat-Twelid: 7.1.1967

L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

142.

Aleksandr Yurievich TIMOFEEV

(Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ)

Data tat-Twelid: 27.1.1974

L-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Dħul u t-Taxxi” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

144.

Viktor Vyacheslavovich YATSENKO

(Виктор Вячеславович ЯЦЕНКО)

Data tat-Twelid: 22.4.1985

Post tat-Twelid: Kherson

L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

145.

Olga Igoreva BESEDINA

(Ольга Игорева БЕСЕДИНА)

Data tat-Twelid: 10.12.1976

Post tat-Twelid: Lugansk

L-hekk imsejħa ex “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

146.

Zaur Raufovich ISMAILOV

(Заур Рауфович Исмаилов)

Data tat-Twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk

L-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

LISTA TA' ENTITAJIET

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

6.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

Международный Союз Общественных Объединений

“Всевеликое Войско Донское”

Sit elettroniku uffiċjali:

http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

Numru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali:

Gwardja Nazzjonali Kosakka

http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia Rostov Region. October (C) District. St Zaplavskaya. Str Shosseynaya 1

Il-“Great Don Army” stabbiliet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll thedded l-istabbilta jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay KOZITSYN, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-Gvern Ukren.

25.7.2014

11.

“Battaljun Vostok”

“Батальон Восток”

Media soċjali:

http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

Grupp separatista armat illegali li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

25.7.2014

19.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’”

(qabel magħrufa bħala l-“Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid”

Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

 

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ «НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА «МАГАРАЧ»). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

Wara deċiżjoni tal-hekk imsejjaħ “Kabinett tal-Ministri” tar-Repubblika tal-Krimea, l-istatus tal-kumpanija f'Jannar 2016 ġie mibdul mill-intrapriża statali“Agrofirma Magarach” għall intrapriża unitarja statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Kumpanija Agrarja tal-Magarach”.

25.7.2014

29.

Gwardja Nazzjonali Kosakka

Казачья Национальная Гвардия

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”

16.2.2015

30.

Battaljun Sparta

Батальон “Спарта”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Arseny PAVLOV.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”

16.2.2015

31.

Battaljun Somalu

Батальон “Сомали”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Mikhail TOLSTYKH (magħruf ukoll bħala Givi).

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”

16.2.2015

32.

Battaljun Zarya

Батальон “Заря”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”

16.2.2015

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”

16.2.2015

34.

Battaljun Oplot

Батальон “Оплот”

Media soċjali:

http://vk.com/oplot_info/

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”

16.2.2015

35.

Battaljun Kalmius

Батальон “Кальмиус”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”

16.2.2015

36.

Battaljun tal-Mewt

Батальон “Смерть”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”

16.2.2015