|
10.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1632
tas-26 ta' Lulju 2016
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2016)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUCAP Sahel Niger, inkluż, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-6 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/2/2014 (2), li taħtar lis-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni EUCAP Sahel Niger mis-6 ta' Mejju 2014 sal-15 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/482/PESK (3), li testendi l-mandat ta' EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2016. |
|
(4) |
Fl-24 ta' Lulju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/3/2014 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2015. |
|
(5) |
Fil-15 ta' April 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/611 (5), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2015 sal-15 ta' Lulju 2016. |
|
(6) |
Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (6), li testendi l-mandat ta' EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2016 sal-15 ta' Lulju 2018. |
|
(7) |
Fit-22 ta' Lulju 2016, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sinjura Kirsi HENRIKSSON bħala Kap ta' EUCAP Sahel Niger, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Kirsi HENRIKSSON hija b'dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) mill-1 ta' Settembru 2016 sal-15 ta' Lulju 2017.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/2/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 136, 9.5.2014, p. 26).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/482/PESK tat- 22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 31).
(4) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/3/2014 tal- 24 ta' Lulju 2014 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 267, 6.9.2014, p. 5).
(5) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/611 tal- 15 ta' April 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2015) (ĠU L 101, 18.4.2015, p. 61).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).