|
5.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/109 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1338
tal-4 ta' Awwissu 2016
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*1)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/39/PESK (1) li taħtar lis-Sur Samuel ŽBOGAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo. |
|
(2) |
Fis-16 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2017. |
|
(3) |
B'segwitu għall-ħatra tas-Sur Samuel ŽBOGAR għal kariga oħra, is-Sinjura Nataliya APOSTOLOVA għandha tinħatar bħala RSUE ġdid fil-Kosovo għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat tagħha fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
1. Il-mandat tas-Sur Samuel ŽBOGAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) huwa b'dan estiż sal-31 ta' Awwissu 2016.
2. Is-Sinjura Nataliya APOSTOLOVA hija b'dan maħtura bħala r-RSUE fil-Kosovo għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017.
3. Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/39/PESK tal-25 ta' Jannar 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 23, 26.1.2012, p. 5).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2052 tas-16 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 22).