27.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1218

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn il-quddiem “il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fit-18 ta' Ġunju 2015.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (1).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Protokoll jinsab mehmuż mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.