20.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1182

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/75/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mid-Direttur tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (“l-Istitut”) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea, assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Istitut għandhom jiġu adattati għall-iżvilupp tal-Istitut u tal-qafas regolatorju ġenerali tar-regoli tal-persunal prevalenti fl-Organizzazzjonijiet Koordinati. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu riveduti.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Istitut, kif adottati mill-Kunsill fil-21 ta' Diċembru 2001 (2) u kif emendati mid-Direttur bil-kunsens tal-Bord fil-15 ta' Ġunju 2005 (3) għandhom għalhekk jitħassru u jiġu sostitwiti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà, kif adottati mill-Kunsill fil-21 ta' Diċembru 2001, u kif emendati mid-Direttur bil-kunsens tal-Bord fil-15 ta' Ġunju 2005, huma mħassra u sostitwiti mir-Regolamenti tal-Persunal annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 41, 12.2.2014, p. 13

(2)   ĠU L 39, 9.2.2002, p. 18

(3)   ĠU L 235, 12.9.2005, p. 1


ANNESS

REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL TAL-ISTITUT TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ISTUDJI FUQ IS-SIGURTÀ

WERREJ

PREAMBOLU

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-IMPJEGATI KOLLHA

Artikolu 2

 

1.

Awtorità

2.

Imġiba

3.

Responsabbiltà finanzjarja

4.

Sigurtà

5.

Assistenza u kumpens

6.

Drittijiet ta' proprjetà

7.

Attivitajiet esterni

8.

Kandidatura għal uffiċċju pubbliku jew politiku

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-AĠENTI KUNTRATTWALI

KAPITOLU I

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET

Artikolu 3

 

KAPITOLU II

REKLUTAĠĠ U TUL TA' ŻMIEN TAL-ĦATRIET

Artikolu 4

Reklutaġġ

Artikolu 5

Limitu ta' età għall-impjieg

Artikolu 6

Eżamijiet mediċi

Artikolu 7

Ħatriet

1.

Kuntratti

2.

Perijodu ta' prova

3.

Terminazzjoni tal-kuntratti

4.

Indennizz għal telf ta' impjieg

5.

Avviż ta' terminazzjoni mnaqqas

KAPITOLU III

SALARJI U ALLOWANCES

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 9

Salarju bażiku

Artikolu 10

Allowance tal-espatrijazzjoni

Artikolu 11

Allowances soċjali u tal-familja

1.

Dispożizzjoni ġenerali

2..

Allowance tal-familja

3.

Allowance tat-tfal u ta' dipendenti oħra

4.

Allowance għall-edukazzjoni

5.

Allowance ta' tfal b'diżabilità u dipendenti oħra b'diżabilità

6.

Allowance tal-kiri

Artikolu 12

Allowance għal dmirijiet miżjuda

Artikolu 13

Allowance għall-installazzjoni

1.

Eliġibbiltà

2.

Ammont bażiku tal-allowance

3.

Suppliment għal persuni dipendenti

4.

Suppliment għall-mobilità

5.

Ħlas tal-allowance

Artikolu 14

Tnaqqis

1.

Taxxa interna

2.

Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni

3.

Kontribuzzjonijiet għall-benefiċċji tal-għajnuna soċjali

4.

Kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' assigurazzjoni supplimentari

Artikolu 15

Ħlasijiet minn qabel tas-salarju u rimborżi tas-salarju

KAPITOLU IV

SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR

Artikolu 16

Installazzjoni u tluq

Artikolu 17

Spejjeż tal-ġarr

Artikolu 18

Vjaġġar fuq xogħol

KAPITOLU V

ORGANIZZAZZJONI INTERNA

Artikolu 19

Sigħat ta' xogħol

Artikolu 20

Xogħol part-time

Artikolu 21

Btajjel pubbliċi

Artikolu 22

Leave

1.

Leave annwali

2.

Leave mingħajr ħlas

3.

Leave tal-mard, leave tal-maternità u tal-paternità, leave tal-ġenituri u leave speċjali ieħor

Artikolu 23

Leave għall-pajjiż tal-oriġini

KAPITOLU VI

RAPPORTI U PROMOZZJONI

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 25

Proċedura

Artikolu 26

Azzjoni ta' segwitu dwar rapporti

KAPITOLU VII

AZZJONI DIXXIPLINARJA

Artikolu 27

 

KAPITOLU VIII

APPELLI U BORD TAL-APPELLI

Artikolu 28

 

KAPITOLU IX

SKEMI TAL-PENSJONI

Artikolu 29

 

KAPITOLU X

SEKONDAR TA' AĠENTI KUNTRATTWALI TAL-ISTITUT

Artikolu 30

 

TITLE III

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-PERSUNAL TEMPORANJU

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 32

Kuntratti

Artikolu 33

Remunerazzjoni

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet speċjali

1.

Spejjeż tal-installazzjoni u t-tluq

2.

Leave

TITLE IV

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL ESPERTI U TRAINEES

Artikolu 35

 

TITLE V

RAPPREŻENTANZA TAL-IMPJEGATI

Artikolu 36

 

ANNEX I

INDENNIZZ GĦAL TELF TAL-IMPJIEG

ANNEX II

ALLOWANCE TAL-ESPATRIJAZZJONI

ANNEX III

ULIED U DIPENDENTI OĦRA

ANNEX IV

DIPENDENTI B'DIŻABILITÀ

ANNEX V

ALLOWANCE TAL-KERA

ANNEX VI

SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR U TAL-ĠARR

ANNEX VII

SPEJJEŻ TA' DMIRIJIET UFFIĊJALI

ANNEX VIII

LEAVE TAL-MARD, LEAVE TAL-MATERNITÀ U TAL-PATERNITÀ, LEAVE TAL-ĠENITURI U LEAVE SPEĊJALI IEĦOR

ANNEX IX

REGOLI DWAR INVESTIGAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U PROĊEDIMENTI U MIŻURI DIXXIPLINARJI

ANNEX X

BORD TAL-APPELLI

IR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL TAL-ISTITUT TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ISTUDJI FUQ IS-SIGURTÀ

PREAMBOLU

L-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea, assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati.

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dawn ir-Regolamenti japplikaw għall-impjegati reklutati b'kuntratt mill-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà (“l-Istitut”), ħlief fejn il-Bord ikun ħa deċiżjonijiet kuntrarji fir-rigward ta' persunal hors grade (id-Direttur).

2.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “impjegat” tfisser il-persuni fiżiċi li ġejjin:

(a)

Membri tal-persunal li jkollhom kuntratti mal-Istitut u jokkupaw pożizzjonijiet baġitarji elenkati fit-tabella ta' karigi bbaġitjati annessa kull sena għall-baġit tal-Istitut (“aġenti kuntrattwali”); u

(b)

Membri tal-persunal temporanju li jkollu kuntratti mal-Istitut.

Esperti mħallsa ad hoc u trainees mhumiex impjegati tal-Istitut u huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Titolu IV.

3.   It-tabella tal-membri tal-persunal kuntrattwali annessa mal-Baġit tal-Istitut għandha tindika l-għadd ta' pożizzjonijiet f'kull kategorija u grad.

Il-pożizzjonijiet ta' membri tal-persunal kuntrattwali huma pożizzjonijiet relatati mal-kompiti prinċipali tal-Istitut u ma' kompiti ta' natura permanenti.

4.   Kwalunkwe referenza f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għal persuna tas-sess maskil għandha wkoll tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminili, u viċi versa, għajr jekk il-kuntest jindika biċ-ċar mod ieħor.

5.   Dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom, kif meħtieġ, jiġu stabbiliti f'Regoli ta' Implimentazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur. Il-Bord għandu jiġi infurmat kif xieraq kull meta dawn ir-Regoli ta' Implimentazzjoni jiġu adottati.

Id-Direttur jista' jiddelega parti mill-awtorità u l-iffirmar tiegħu għall-amministrazzjoni ta' kuljum ta' materji li jaqgħu fl-ambitu ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-IMPJEGATI KOLLHA

Artikolu 2

1.   Awtorità

L-impjegati għandhom ikunu soġġetti għall-awtorità tad-Direttur u responsabbli lejn id-Direttur għall-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, li huma għandhom jintrabtu li jwettqu skrupolożament u bl-aktar mod kuxjenzjuż possibbli.

2.   Imġiba

L-impjegati għandhom iwettqu dmirijiethom u jaġixxu unikament bil-ħsieb tal-interessi tal-Istitut. Huma għandhom jeżerċitaw bl-akbar lealtà, diskrezzjoni u kuxjenza l-funzjonijiet fdati lilhom bħala impjegati. Ma għandhom qatt ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mill-Istitut.

L-impjegati għandhom iġibu ruħhom f'kull ħin b'manjiera li tkun kompatibbli mal-istatus tagħhom bħala rappreżentanti tal-Istitut. Huma għandhom jastjenu minn kwalunkwe azzjoni jew attività li tista' b'xi mod thedded id-dinjità tal-pożizzjoni tagħhom, jew l-isem tajjeb tal-Istitut.

3.   Responsabbiltà finanzjarja

L-impjegati jistgħu jiġu mitluba jroddu lura lill-Istitut, parzjalment jew totalment, kull telf finanzjarju li huwa jkun ġarrab minħabba n-negliġenza tagħhom, jew għax b'mod intenzjonali kisru xi regolament jew proċedura approvata mill-Bord jew mid-Direttur.

Il-Bord ta' Appell għandu jkollu kompetenza ġurisdizzjonali f'tilwim li jirriżultaw taħt din id-dispożizzjoni.

4.   Sigurtà

(a)

L-impjegati għandhom, mad-dħul fis-servizz, jiksbu għarfien tar-regolamenti dwar is-sigurtà tal-Istitut.

(b)

L-impjegati kollha, id-detenturi ta' boroż ta' riċerka u l-trainees, jistgħu jiġu mitluba jkollhom awtorizzazzjoni dwar is-sigurtà li tagħtihom aċċess għal dokumenti klassifikati waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Għandha tiġi indirizzata talba għal tali awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti mill-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Istitut.

Sa meta tinħareġ l-approvazzjoni tas-sigurtà, id-Direttur jista' jagħti awtorizzazzjoni temporanja għat-trattament ta' dokumenti klassifikati.

(c)

Il-membri tal-persunal għandhom jinfurmaw lill-Uffiċjal tas-Sigurtà minnufih fil-każ ta' suspett ta' telf jew żvelar ta' dokument klassifikat.

5.   Assistenza u kumpens

L-Istitut għandu jipprovdi assistenza lill-impjegati li, minħabba l-ħatra jew id-dmirijiet attwali tagħhom fl-Istitut, u mingħajr ma jkun it-tort tagħhom, ikunu soġġetti għal theddid, insulti, malafama jew attakki. Jista' jingħata kumpens għal kwalunkwe dannu materjali mġarrab dejjem jekk:

(a)

l-impjegat ma pprovokax b'intenzjoni jew permezz ta' negliġenza d-dannu inkwistjoni;

(b)

ma jkunx inkiseb jew ma jkunx jista' jinkiseb ebda rimedju;

(c)

l-impjegati jgħaddu lill-Istitut kwalunkwe pretensjoni li jista' jkollhom kontra terza parti, b'mod partikolari kumpanniji tal-assigurazzjoni.

Id-deċiżjonijuiet kollha f'tali materji li jistgħu jinvolvu azzjoni jew ħlasijiet mill-Istitut għandhom jittieħdu mid-Direttur, li għandu setgħa ta' diskrezzjoni fil-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, x'forma għandu jkollha l-assistenza u x'kumpens għandu, jekk għandu, jingħata. Il-Bord għandu jiġi infurmat kif xieraq bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

6.   Drittijiet ta' proprjetà

Id-drittijiet kollha, inklużi d-dritt tat-titolu, id-dritt tal-awtur u l-privattiva, fi kwalunkwe xogħol li jsir minn impjegat fit-twettiq ta' dmirijiet uffiċjali, għandhom jappartjenu lill-Istitut.

7.   Attivitajiet esterni

(a)

Impjegat ma jista' jokkupa l-ebda pożizzjoni jew ikollu kwalunkwe impjieg regolari jew imħallas barra mill-Istitut mingħajr permess minn qabel mingħand id-Direttur.

(b)

Impjegat ma għandux mingħajr permess minn qabel mingħand id-Direttur, jaċċetta minn xi gvern jew minn kwalunkwe sors ieħor barra mill-Istitut unur, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kwalunkwe tip, minbarra għas-servizzi li jkun ta jew qabel ħatrietu jew waqt il-leave speċjali għal servizz militari jew servizz nazzjonali ieħor u fir-rigward ta' servizz bħal dan.

(c)

L-impjegati għandhom jastjenu minn kwalunkwe azzjoni, dikjarazzjoni jew pubblikazzjoni pubblika jekk azzjoni, dikjarazzjoni jew pubblikazzjoni bħal din tkun inkompatibbli mad-dmirijiet jew l-obbligi ta' impjegat ċivili internazzjonali jew tista' tinvolvi r-responsabbiltà morali jew materjali tal-Istitut.

(d)

Impjegat ma jistax, direttament jew indirettament, ikollu tali interessi f'ditta kummerċjali li jistgħu, min-natura tagħhom, jikkompromettu l-indipendenza tal-impjegat fil-qadi ta' dmirijiet fl-Istitut.

(e)

Id-dmirijiet tal-analisti anzjani jinkludu l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ma' korpi u persuni esterni għall-Istitut; l-analisti anzjani huma għalhekk awtorizzati jagħtu lectures, jikkomunikaw mal-media tal-massa u jippubblikaw, dment li l-ewwel jiksbu l-approvazzjoni tad-Direttur.

(f)

Jekk il-konjuġi jew is-sieħeb reġistrat ta' impjegat qed jaħdem bi qligħ, l-impjegat għandu jinforma lid-Direttur. Jekk in-natura tal-impjieg tirriżulta inkompatibbli ma' dik tal-impjegat u jekk l-impjegat ma jistax jiggarantixxi li dan ser jintemm fi żmien speċifikat, id-Direttur għandu, wara li jkun sema' lill-impjegat u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Persunal, jiddeċiedi jekk l-impjegat għandux ikompli fil-pożizzjoni tiegħu.

8.   Kandidatura għal uffiċċju pubbliku jew politiku

(a)

L-impjegati li għal raġunijiet personali jixtiequ jikkontestaw kariga pubblika jew politika għandhom javżaw lid-Direttur b'dik l-intenzjoni.

(b)

Kwalunkwe impjegat li jikkontesta kariga pubblika jew politika għandu jingħata leave mingħajr ħlas li jibda mid-data li fiha huwa jiddikjara li huwa ser jibda l-kampanja elettorali tiegħu.

(c)

Jekk jiġi elett, l-impjegat għandu jitlob it-terminazzjoni tal-kuntratt. Tali terminazzjoni ma għandhiex tagħti xi dritt għal indennizz għal telf ta' impjieg.

(d)

Jekk l-impjegat ma jaċċettax il-kariga pubblika jew politika, l-impjegat għandu jkun intitolat li jkompli bil-kariga tiegħu bl-istess grad u anzjanità, (jew remunerazzjoni għall-persunal temporanju), li l-impjegat kien jibbenefika minnhom meta beda l-leave mingħajr ħlas.

(e)

Iż-żmien ta' leave mingħajr ħlas ma għandux jgħodd għal drittijiet ta' anzjanità jew tal-pensjoni. Madankollu, jekk aġent kuntrattwali jagħti prova li ma jistgħux jiġu akkwistati drittijiet tal-pensjoni minn skema tal-pensjoni oħra, dak l-aġent kuntrattwali jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet tal-pensjoni, bil-kondizzjoni li huwa jħallas il-kontribuzzjonijiet korrispondenti kollha, kemm tiegħu kif ukoll ta' min iħaddmu.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-AĠENTI KUNTRATTWALI

KAPITOLU I

Privileġġi u immunitajiet

Artikolu 3

Il-privileġġi u l-immunitajiet konferiti lill-aġenti kuntrattwali qed jingħataw fl-interessi tal-Istitut u mhux għall-konvenjenza personali tagħhom. Huma ma għandhomx jintużaw biex jiġu evitati obbligi privati, jew bħala skuża biex ma jiġux osservati l-liġijiet jew ir-regolamenti tal-pulizija nazzjonali rilevanti.

Fi kwalunkwe inċident fejn ikunu involuti tali privileġġi u immunitajiet, l-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu minnufih jirrapporta l-inċident lid-Direttur. Fil-każ ta' ksur tal-leġislazzjoni lokali, id-Direttur jista' jiddeċiedi li jneħħi l-privileġġi jew l-immunitajiet jekk iqis li dan ikun meħtieġ.

KAPITOLU II

Reklutaġġ u tul ta' żmien tal-ħatriet

Artikolu 4

Reklutaġġ

1.   L-offerti ta' impjieg għandhom isiru mid-Direttur, ħlief fir-rigward tal-pożizzjoni ta' Direttur. L-Istitut għandu jkun responsabbli għall-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet vakanti.

2.   L-aġenti kuntrattwali għandhom jinħatru mid-Direttur abbażi tal-mertu u permezz ta' proċeduri kompetittivi ġusti u trasparenti.

3.   Ir-reklutaġġ ta' aġenti kuntrattwali għandu jkun limitat għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-kandidati għandhom juru għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni Ewropea safejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

5.   L-aġenti kuntrattwali regolati minn dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu kklassifikati skont il-kategoriji u l-gradi tal-Organizzazzjonijiet Koordinati.

6.   L-aġenti kuntrattwali għandhom jiġu reklutati fl-iskala l-aktar baxxa tal-grad tal-pożizzjoni li għaliha ġew magħżula. Madankollu, id-Direttur jista' jikkonċedi skala ogħla meta dan ikun ġustifikat.

7.   Id-Direttur għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Limitu ta' età għall-impjieg

Il-limitu ta' età għall-impjieg huwa stabbilit fl-aħħar tax-xahar li fih l-aġent jilħaq l-età ta' 65. Fl-interess tas-servizz, id-Direttur jista' jawtorizza estensjonijiet sa mhux aktar minn 12-il xahar ieħor.

Artikolu 6

Eżamijiet mediċi

1.   Qabel ma jiġi reklutat, aġent kuntrattwali għandu jiġi eżaminat medikament minn ċentru mediku awtorizzat mill-Istitut li jiċċertifika li huwa fiżikament b'saħħtu biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

2.   L-aġenti kuntrattwali għandhom jintalbu jkollhom eżami mediku kull sena.

3.   Ċentru mediku awtorizzat mill-Istitut għandu jipprovdi parir espert lid-Direttur fejn ikun hemm dubju dwar l-idoneità ta' kwalunkwe aġent kuntrattwali biex ikompli jokkupa l-pożizzjoni tiegħu.

4.   Fejn tingħata opinjoni medika negattiva bħala riżultat tal-eżami mediku previst fil-paragrafi 1 u 3, il-kandidat jew l-aġent kuntrattwali jista', fi żmien 20 jum minn meta jiġi notifikat mill-Istitut b'din l-opinjoni, jitlob li l-każ tiegħu jiġi ppreżentat għall-opinjoni ta' kumitat mediku kompost minn tliet tobba; wieħed magħżul mid-Direttur, wieħed mill-aġent kuntrattwali u wieħed magħżul miż-żewġ tobba l-oħrajn.

Il-kumitat mediku għandu jisma' lit-tabib responsabbli għall-opinjoni negattiva inizjali. Fejn il-kumitat mediku jikkonferma l-konklużjoni negattiva tal-eżami mediku msemmi:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kandidat għandu jħallas 50 % tal-miżati u tal-ispejjeż inċidentali;

(b)

fil-paragrafu 3, l-Istitut l-ewwel għandu jipprova jirriassenja lill-impjegat għal pożizzjoni oħra adatta għall-kondizzjoni tiegħu. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-Istitut għandu jittermina l-kuntratt tiegħu b'avviż ta' sitt xhur u l-bord tal-invalidità għandu jitlaqqa' biex jistabbilixxi l-intitolament tiegħu għal pensjoni tal-invalidità skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Iskema tal-Pensjoni.

Artikolu 7

Ħatriet

1.   Kuntratti

Il-kuntratti għandhom ikunu ta' tliet snin. Id-Direttur jista' jestendi l-kuntratt għal perijodi fissi simili jew iqsar. L-aġent kuntrattwali għandu jiġi infurmat mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza dwar jekk il-kuntratt tiegħu ikunx ser jiġi estiż għal terminu fiss ġdid.

Għall-analisti anzjani, l-għadd totali ta' kuntratti offruti ma għandux jeċċedi perijodu totali ta' ħames snin. Għall-membri l-oħra kollha tal-persunal, dan il-perijodu totali għandu jkun ta' disa' snin. F'każijiet eċċezzjonali, id-Direttur jista', fl-interess tas-servizz, jestendi l-kuntratt lil hinn miż-żmien statutorju ta' disa' snin għal perijodu ta' inqas minn tnax-il xahar.

Fejn aġent kuntrattwali jkun diġà akkumula għaxar snin ta' drittijiet tal-pensjoni fl-Iskemi tal-Pensjoni tal-Organizzazzjonijiet Koordinati fl-1 ta' Awwissu 2016, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni fir-rigward tal-perijodu totali tal-kuntratti.

Fejn aġent kuntrattwali jkollu kuntratt attwalment fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2016, u fit-tlestija ta' dak il-kuntratt ikun akkumula aktar minn disa' snin ta' servizz kontinwu mal-Istitut, dak il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt b'terminu indefinit bil-kisba ta' għaxar snin ta' servizz kontinwu.

2.   Perijodu ta' prova

(a)

L-ewwel disa' xhur ta' kuntratti inizjali għandhom ikunu perijodu ta' prova li jibda fid-data tad-dħul fis-servizz.

(b)

Fejn, matul il-perijodu ta' prova tiegħu, aġent kuntrattwali jinżamm milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu għal xahar jew iktar, minħabba mard jew aċċident, id-Direttur jista' jestendi l-perijodu ta' prova tiegħu bit-tul ta' żmien korrispondenti.

(c)

Xahar qabel it-tmiem tal-perijodu ta' prova, għandu jsir rapport dwar il-kapaċità tal-aġent kuntrattwali biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu pertinenti għall-pożizzjoni tiegħu u wkoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Dan ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-aġent kuntrattwali.

(d)

L-aġent kuntrattwali li l-prestazzjoni tiegħu ma nstabitx adegwata biex tiġġustifika ż-żamma fil-pożizzjoni tiegħu, għandu jitkeċċa.

(e)

Jista' jsir rapport dwar l-aġent kuntrattwali fi kwalunkwe żmien waqt il-perijodu ta' prova jekk il-prestazzjoni tiegħu turi b'mod ċar li hija inadegwata. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata.

(f)

Abbażi tar-rapport, id-Direttur jista' jiddeċiedi li jkeċċi l-aġent kuntrattwali qabel it-tmiem tal-perijodu ta' prova billi jagħtih avviż ta' xahar. Il-perijodu ta' servizz ma jistax, madankollu, jeċċedi l-perijodu ta' prova.

(g)

Aġent kuntrattwali li jitkeċċa waqt il-perijodu ta' prova wara rapport negattiv ma għandux ikun intitolat għal indennizz għat-telf tal-impjieg.

(h)

Il-perijodu ta' prova għandu jifforma parti integrali mill-perijodu tal-kuntratt inizjali. Huwa għandu jgħodd għad-drittijiet ta' anzjanità u tal-pensjoni.

3.   Terminazzjoni tal-kuntratti

(a)

L-Istitut jista' jtemm jew ma jestendix kuntratti fil-każijiet li ġejjin:

(i)

Fid-data ddikjarata fil-kuntratt;

(ii)

Bħala riżultat tat-tneħħija tal-pożizzjoni baġitarja okkupata mill-aġent kuntrattwali, jew jekk id-dmirijiet marbutin mal-pożizzjoni tal-aġent kuntrattwali jiġu modifikati b'mod li huwa ma jibqax ikollu l-kwalifiki jew l-esperjenza meħtieġa għall-pożizzjoni;

(iii)

Minħabba l-inadegwatezza professjonali tal-aġent kuntrattwali, reġistrata kif adatt f'żewġ rapporti suċċessivi fi żmien sitt xhur, kif definit fl-Artikoli 24(3) u 26(4);

(iv)

Minħabba n-nuqqas ta' idoneità fiżika tal-aġent kuntrattwali li seħħ waqt is-servizz u li kien ikkonfermat mill-bord tal-invalidità skont l-Artikolu 6(4);

(v)

Wara l-irtirar mill-Bord tal-Istat Membru li tiegħu l-aġent kuntrattwali huwa ċittadin;

(vi)

Wara li l-post tal-impjieg jiċċaqlaq b'aktar minn 100 km, mill-post fejn l-aġent kuntrattwali ġie reklutat, u l-aġent kuntrattwali jirrifjuta li jiġi trasferit;

(vii)

Wara kwalunkwe proċedura dixxiplinarja li stabbiliet imġiba ħażina jew responsabbiltà tal-aġent kuntrattwali kif definit fil-Kapitolu VII.

Fil-każijiet imsemmijin taħt il-punti (i) sa (vi), il-kuntratti għandhom jintemmu jew ma jiġux estiżi b'avviż ta' sitt xhur, fil-każ imsemmi taħt il-punt (vii) b'avviż ta' xahar.

(b)

L-aġent kuntrattwali jista' jtemm il-kuntratt tiegħu b'avviż ta' tliet xhur għal kwalunkwe raġuni personali li mhux meħtieġ jiżvela.

4.   Indennizz għal telf ta' impjieg

It-terminazzjoni jew in-nuqqas ta' estensjoni ta' kuntratt mill-Istitut, ħlief għal raġunijiet ta' dixxiplina, għandha twassal għal kumpens taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

5.   Avviż ta' terminazzjoni mnaqqas

Jekk l-interessi tas-servizz jeħtieġu dan, il-perijodu ta' notifika stipulat taħt il-punt (a) tal-paragrafu 3 jista' jitqassar. F'dak il-każ l-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jkun intitolat għall-ħlas ta' somma addizzjonali li tirrappreżenta s-salarju u l-allowances li hu kien jirċievi kieku d-data proprja meta jiskadi l-kuntratt tiegħu tkun l-istess bħat-tmiem ta' perijodu ta' avviż ta' sitt xhur.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw fil-każ ta' terminazzjoni għal raġunijiet dixxiplinarji.

KAPITOLU III

Salarji u allowances

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-aġenti kuntrattwali tal-Istitut għandha tinkludi s-salarju bażiku, l-allowance tal-espatrijazzjoni, u l-allowances soċjali u tal-familja.

Għandhom isiru kontribuzzjonijiet u tnaqqis minn dik ir-remunerazzjoni fir-rigward tat-taxxa interna, l-iskemi tal-pensjoni u tal-għajnuna soċjali.

Il-kontijiet kurrenti tal-aġenti kuntrattwali għandhom jiġu kkreditati bl-ammont dovut mhux aktar tard mill-aħħar ġimgħa tax-xogħol tax-xahar.

L-aġenti kuntrattwali huma meħtieġa jinformaw lill-Istitut mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi personali tagħhom, li jista' jkollha konsegwenzi finanzjarji. Dawn il-bidliet għandhom ikunu kkunsidrati għar-remunerazzjoni tax-xahar li jsegwi n-notifika tagħhom lill-amministrazzjoni tal-Istitut b'effett retroattiv.

2.   Kwalunkwe ħlas żejjed għandu jiġi rimborżat mill-aġent kuntrattwali lill-Istitut.

Id-dritt tal-Istitut li jirkupra kwalunkwe ħlas li jkun sar mingħajr ma kien dovut għandu jiskadi sentejn wara d-data li fiha l-Istitut isir konxju li l-ħlas ma kienx dovut. Jekk ikun hemm pretensjonijiet pendenti għal ħlasijiet mhux dovuti kontra l-aġent kuntrattwali, l-irkupru għandu jsir permezz ta' tnaqqis minn ħlasijiet ta' kull xahar jew ħlasijiet oħra dovuti lill-persuna kkonċernata, b'kont meħud tas-sitwazzjoni soċjali u finanzjarja tagħha. Il-pretensjonijiet kontra l-Istitut għal ħlas ta' salarji, indennizzi, allowances, benefiċċji jew ta' somom oħrajn li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, għandhom jiskadu sentejn wara d-data li fiha l-ħlas kien ikun dovut, jew id-data li fiha l-impjegat isir konxju jew kellu jkun jaf li l-ħlas kien dovut jekk dawn ma jikkoinċidux.

Artikolu 9

Salarju bażiku

Is-salarju bażiku nett għandu jkun l-ammont muri għall-grad u l-iskala ta' aġent kuntrattwali fl-iskali approvati kull sena mill-Bord abbażi tal-proposta li tkun saret mill-Kumitat Koordinat dwar ir-Remunerazzjonijiet.

Is-salarju bażiku gross għandu jikkorrispondi għas-salarju bażiku nett magħdud mat-taxxa interna dovuta mill-aġent kuntrattwali.

Artikolu 10

Allowance tal-espatrijazzjoni

1.   Regoli applikabbli għal aġenti kuntrattwali reklutati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti tal-persunal

Għandha titħallas allowance tal-espatrijazzjoni lill-aġenti kuntrattwali li, fil-mument tal-ewwel ħatra tagħhom, ma kinux ċittadini tal-Istat li fit-territorju tiegħu jinsab il-post permanenti tal-impjieg tagħhom u li ma kinux residenti abitwali fit-territorju ta' dak l-Istat għal tliet snin jew aktar immedjatament qabel ir-reklutaġġ tagħhom mill-Istitut.

Din l-allowance ma għandhiex tibqa' titħallas jekk aġent kuntrattwali jiġi trasferit lejn il-pajjiż taċ-ċittadinanza tiegħu.

L-ammont tal-allowance għandu jiġi kkalkulat skont il-punt (a) tal-punt 1 tal-Anness II.

Fejn aġent jiġi maħtur mill-Istitut minnufih wara li kien impjegat minn organizzazzjoni jew amministrazzjoni internazzjonali oħra fil-pajjiż fejn iwettaq id-dmirijiet tiegħu, is-snin ta' servizz tal-impjieg preċedenti tiegħu għandhom jitqiesu meta jiġi kkalkulat id-dritt għall-allowance u l-ammont tiegħu.

2.   Regoli applikabbli għal aġenti kuntrattwali reklutati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti tal-persunal

(a)

L-allowance tal-espatrijazzjoni għandha titħallas lil aġenti kuntrattwali li, fil-mument tal-ħatra tagħhom mill-Istitut:

(i)

ma kinux ċittadini tal-Istat ospitanti;

(ii)

kienu kontinwament residenti għal inqas minn sena fit-territorju ta' dak l-Istat, mingħajr ma jittieħed kont tas-servizz preċedenti fl-amministrazzjoni tal-pajjiż tagħhom stess jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

(iii)

ġew reklutati internazzjonalment minn barra l-Organizzazzjonijiet Koordinati jew organizzazzjonijiet assoċjati mal-Organizzazzjonijiet Koordinati jew minn barra l-pajjiż tal-inkarigu; u

(iv)

ġew reklutati minn barra ż-żona tal-ivvjaġġar lokali tal-post tas-servizz.

Iż-“żona tal-ivvjaġġar lokali” hija definita bħala żona li tinsab ġewwa raġġ ta' 100 km mill-post tas-servizz.

(b)

Fil-każ li aġent kuntrattwali li kien intitolat għall-allowance tal-espatrijazzjoni jieħu kariga f'post tas-servizz fejn huwa ma jissodisfax l-erba' kriterji msemmija fil-punt (a), huwa ma jibqax intitolat għall-allowance tal-espatrijazzjoni.

(c)

Fil-każ li aġent kuntrattwali li ma kienx intitolat għall-allowance tal-espatrijazzjoni jieħu kariga f'post tas-servizz fejn huwa jissodisfa dawn l-erba' kriterji, huwa jsir intitolat għall-allowance tal-espatrijazzjoni.

(d)

Fil-każ li aġent kuntrattwali li kien impjegat minn Organizzazzjoni Koordinata jew organizzazzjoni assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati u kien intitolat għall-allowance tal-espatrijazzjoni jieħu kariga mal-Istitut fl-istess pajjiż, jew fil-każ li aġent kuntrattwali ta' organizzazzjoni internazzjonali oħra jew membru tal-amministrazzjoni jew tal-forzi armati tal-pajjiż ta' oriġini jieħu kariga mal-Istitut mingħajr ma jibdel il-pajjiż, il-punti (iii) u (iv) tal-punt (a) tal-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw.

(e)

Verifika tal-eliġibbiltà

(i)

Meta kwalunkwe punt fuq il-fruntiera tal-pajjiż li l-aġent kuntrattwali jkun ċittadin tiegħu jkun f'raġġ ta' 100 km mill-post tas-servizz, dan l-aġent kuntrattwali ma għandux ikun intitolat għall-allowance tal-espatrijazzjoni, u l-allowance għall-edukazzjoni u leave tal-familja relatati, għajr jekk huwa jagħti prova li stabbilixxa r-residenza attwali u abitwali tiegħu fil-pajjiż tas-servizz jew, eċċezzjonalment u soġġett għal qbil mid-Direttur, f'pajjiż ieħor li huwa ma jkunx ċittadin tiegħu, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-familja tiegħu.

(ii)

L-aġenti kuntrattwali li jirċievu l-allowance tal-espatrijazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Istitut bi kwalunkwe bidla fil-post ta' residenza tagħhom.

(iii)

F'ċirkostanzi speċjali u għal raġunijiet sodi u suffiċjenti, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għar-regola fil-punt (i) mid-Direttur.

(f)

Allowances relatati

It-tnaqqis għal żero tal-allowance tal-espatrijazzjoni ma għandux jiskwalifika lill-aġent kuntrattwali mill-intitolament għall-allowance għall-edukazzjoni jew leave tal-familja.

(g)

Ir-rata tal-allowance għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-punt (b) tal-punt (1) tal-Anness II.

Artikolu 11

Allowances soċjali u tal-familja

1.   Dispożizzjoni ġenerali

Fejn il-Kumitat Koordinat dwar ir-Remunerazzjonijiet joħroġ rakkomandazzjoni dwar l-allowances soċjali u tal-familja, il-Bord għandu jiġi kkonsultat dwar l-opportunità li dawn jiġu adottati billi jiġu emendati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

L-allowances previsti f'dan l-Artikolu u allowances simili li għalihom huma intitolati minn sors ieħor koppja miżżewġa, jew aġent kuntrattwali mhux miżżewweġ, ma għandhomx ikunu kumulattivi.

Kwalunkwe aġent kuntrattwali, il-konjuġi, dipendenti jew sieħeb/sieħba reġistrat/a tiegħu jew tagħha, li jirċievu, jew huma intitolati għal, allowance simili għal dawk previsti f'dan l-Artikolu, minn sorsi nazzjonali jew internazzjonali oħrajn, għandu jinforma lill-amministrazzjoni tal-Istitut b'dan, sabiex ikun jista' jsir tnaqqis korrispondenti fl-allowances mogħtija lilu mill-Istitut.

L-amministrazzjoni tal-Istitut hija intitolata li titlob kwalunkwe dokument uffiċjali li hija tqis meħtieġ biex tistabbilixxi dritt għal kwalunkwe allowance.

2.   Allowance tal-familja

(a)

Għandha tingħata u titħallas kull xahar allowance tal-familja lil kwalunkwe aġent kuntrattwali li:

(i)

ikun miżżewweġ;

(ii)

ikun armel, divorzjat, separat legalment jew mhux miżżewweġ u li għandu mill-inqas dipendenti wieħed fis-sens tal-Anness III għal dawn ir-Regolamenti;

(iii)

ikun reġistrat bħala sieħeb stabbli, mhux miżżewweġ, bil-kondizzjoni li:

il-koppja tipproduċi dokument legali rikonoxxut bħal tali minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, li tirrikonoxxi l-istat ċivili tagħhom bħala sħab mhux miżżewġin;

l-ebda sieħeb ma jkun f'relazzjoni maritali, jew f'xi relazzjoni oħra mhux maritali; u

is-sħab ma jiġux minn xulxin bi kwalunkwe mod li ġej: ġenitur, wild, nannu/nanna, neputi tan-nanniet, ħu, oħt, zija, ziju, neputi, neputija, ħaten, ħtint.

(b)

L-allowance tal-familja għandha tkun ugwali għal 6 % tas-salarju bażiku nett.

(c)

Fil-każ ta':

(i)

aġent kuntrattwali miżżewweġ li ma għandu l-ebda dipendenti iżda li l-konjuġi tiegħu huwa impjegat bi qligħ; jew

(ii)

aġent kuntrattwali li huwa reġistrat bħala sieħeb stabbli mhux maritali, kif definit fil-punt (iii) tal-punt (a), u li ma għandu l-ebda dipendenti, iżda li s-sieħeb tiegħu huwa impjegat bi qligħ;

l-allowance għandha tkun id-differenza bejn is-salarju bażiku nett għall-grad B3 skala 1 flimkien mal-allowance li għaliha l-aġent kuntrattwali jkun teoretikament intitolat, u d-dħul li jkun qala' l-konjuġi jew is-sieħeb reġistrat.

Jekk dan l-ammont tal-aħħar huwa daqs jew akbar minn dak ta' qabel, ma għandha titħallas l-ebda allowance.

(d)

L-allowance tal-familja ma għandhiex titħallas lil aġent kuntrattwali li l-konjuġi jew is-sieħeb reġistrat tiegħu huwa aġent kuntrattwali tal-Istitut jew membru ta' Organizzazzjoni Koordinata jew organizzazzjoni assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati u għandu salarju bażiku ogħla minn dak tal-aġent kuntrattwali.

3.   Allowance tat-tfal u ta' dipendenti oħra

(a)

Għandha tingħata allowance u titħallas kull xahar lil kwalunkwe aġent kuntrattwali li primarjament u kontinwament imantni tfal jew dipendenti oħra kif definit fl-Anness III.

(b)

Dika l-allowance għandha tkun ammont fiss għal kull dipendent, stabbilit fl-iskali approvati kull sena mill-Bord abbażi tal-proposta magħmula mill-Kumitat Koordinat dwar ir-Remunerazzjonijiet.

(c)

Fejn iż-żewġ konjuġi jew sħab reġistrati jaħdmu għall-Istitut jew Organizzazzjoni Koordinata, l-allowance għandha titħallas lil min minnhom jirċievi allowance tal-familja jew ekwivalenti.

Id-definizzjonijiet relattivi għall-allowance tat-tfal u ta' dipendenti oħra u l-kondizzjonijiet li taħthom hija għandha tingħata huma stabbiliti fl-Anness III.

4.   Allowance għall-edukazzjoni

(a)

Għandha tingħata allowance għall-edukazzjoni lil kwalunkwe aġent kuntrattwali li jkun intitolat għal allowance tal-familja, u li l-wild dipendenti tiegħu, kif definit fl-Anness III, ikollu mill-inqas ħames snin u jkun, fuq bażi regolari u full-time, fl-edukazzjoni primarja, sekondarja jew għolja.

L-edukazzjoni primarja ma tinkludix skejjel tat-trabi jew ekwivalenti.

(b)

L-allowance għall-edukazzjoni għandha tkun ugwali għad-doppju tal-ammont tal-allowance tat-tfal dipendenti. L-allowance għandha titħallas għal kull wild dipendenti f'somma waħda fil-bidu tas-sena skolastika, fuq preżentazzjoni ta' evidenza ta' sostenn.

(c)

Għal aġenti kuntrattwali:

(i)

li huma intitolati għal allowance tal-espatrijazzjoni u li l-post tal-impieg tagħhom huwa mill-inqas 50 km minn:

skola Ewropea; jew

stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla fil-pajjiż li tiegħu huwa ċittadin jew fejn il-lingwa ewlenija ta' struzzjoni hija l-lingwa nattiva tiegħu (sakemm ma jkunx hemm stabbiliment bħal dan fil-pajjiż li l-aġent kuntrattwali huwa ċittadin tiegħu jew fejn il-wild jattendi stabbiliment ta' edukazzjoni għolja f'pajjiż ieħor ħlief dak tal-post tal-impjieg tal-aġent kuntrattwali); jew

(ii)

li jistgħu jiġġustifikaw il-ħtieġa li jirreġistraw lill-wild dipendenti tagħhom fi stabbiliment ta' edukazzjoni li jaħdem b'lingwa speċifika li l-wild jattendi għal raġunijiet imperattivi ta' edukazzjoni li jkunu debitament sostnuti b'evidenza;

l-allowance għall-edukazzjoni ma għandhiex tkun aktar mid-doppju tal-ammont tal-allowance għall-ulied dipendenti li għandha titħallas kull xahar fuq preżentazzjoni ta' evidenza ta' sostenn.

L-intitolament għall-allowance għall-edukazzjoni għandu jibda fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-wild jibda jattendi wieħed mill-istabbilimenti ta' edukazzjoni msemmija fil-punt (i) jew il-punt (ii) u għandu jieqaf fl-aħħar tax-xahar li fih il-wild itemm l-edukazzjoni tiegħu jew fl-aħħar tax-xahar li fih il-wild jagħlaq 26 sena, skont liema jiġi l-ewwel.

5.   Allowance ta' tfal b'diżabilità u dipendenti oħra b'diżabilità

(a)

L-allowance tat-tfal b'diżabilità u dipendenti oħra b'diżabilità għandha tingħata u titħallas kull xahar lil kwalunkwe aġent kuntrattwali li huwa primarjament u kontinwament responsabbli għall-kura ta' tali tfal b'diżabilità u dipendenti oħra b'diżabilità. It-tfal jew dipendenti għandhom jissodisfaw il-kriterji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

(b)

Id-dettalji tal-allokazzjoni u tal-ħlas tal-allowance jidhru fl-Anness IV.

6.   Allowance tal-kiri

(a)

Għandha titħallas kull xahar tal-kiri lill-aġenti kuntrattwali fil-gradi B, C u A1 u L1 li huma kerrejja jew sottokerrejja ta' akkomodazzjoni u li jħallsu kirja, esklużi l-ħlasijiet għas-servizzi meqjusa bħala r-responsabbiltà tal-kerrej fil-pajjiż ta' residenza, li taqbeż proporzjon speċifikat tar-remunerazzjoni tagħhom.

(b)

Il-metodu kif tinħadem l-allowance huwa stabbilit fl-Anness V.

(c)

Aġenti kuntrattwali li jirċievu allowance tal-kiri għandhom jinfurmaw lill-Istitut minnufih b'kull bidla fiċ-ċirkostanzi tagħhom li tista' taffettwa l-eliġibbiltà tagħhom għall-allowance jew l-ammont tal-allowance.

Artikolu 12

Allowance għal dmirijiet miżjuda

Aġent kuntrattwali jista' jintalab jokkupa temporanjament pożizzjoni fi grad li huwa ogħla mill-grad tiegħu stess. Fil-bidu tat-tieni xahar ta' pożizzjoni temporanja bħal din, l-aġent kuntrattwali għandu jirċievi allowance differenzjali ugwali għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni tal-grad u l-iskala tiegħu stess, u dik tal-ewwel skala tal-grad tal-pożizzjoni temporanja.

It-tul ta' żmien tal-pożizzjoni temporanja ma għandhiex teċċedi sena, ħlief fejn, direttament jew indirettament, il-pożizzjoni hija biex jiġi sostitwit aġent kuntrattwali li huwa sekondat għal pożizzjoni oħra, jew assenti fuq leave tal-mard fit-tul.

Artikolu 13

Allowance għall-installazzjoni

1.   Eliġibbiltà

(a)

L-aġenti kuntrattwali li r-residenza attwali u abitwali tagħhom fil-mument tal-ħatra tagħhom ta' mill-anqas sena, jew tat-trasferiment tagħhom għal mill-anqas sena għal post tas-servizz differenti, tinsab aktar minn 100 km bogħod minn dmirijiethom mill-post tas-servizz assenjat tagħhom u li jistgħu jipprovaw u jikkonfermaw billi jippreżentaw id-dokumentazzjoni xierqa li fil-fatt bidlu r-residenza tagħhom sabiex jieħdu l-kariga, huma eliġibbli għall-allowance għall-installazzjoni.

(b)

L-aġenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) iżda li jkunu impjegati għal inqas minn sena u li l-ħatra jew ħatriet konsekuttivi tagħhom jiġu estiżi lil hinn minn sena għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-allowance għall-installazzjoni.

2.   Ammont bażiku tal-allowance

3.   Suppliment għal persuni dipendenti

Il-konjuġi tal-aġent kuntrattwali, jew, fin-nuqqas ta' wieħed mill-konjuġi, l-ewwel dipendenti, għandu jagħti d-dritt lill-aġenti kuntrattwali għal suppliment għal persuni dipendenti ugwali għal żieda tal-ammont bażiku b'20 %. Kull dipendent ieħor għandu jagħti dritt għal żieda ta' 10 %. Is-suppliment għal persuni dipendenti ma għandux jeċċedi l-100 % tal-ammont bażiku.

4.   Suppliment għall-mobilità

Għandu jingħata suppliment għall-mobilità lill-aġenti kuntrattwali li jistabbilixxu r-residenza attwali u abitwali tagħhom f'post tas-servizz differenti li jkun aktar minn 100 km 'l bogħod bħala riżultat tat-trasferiment tagħhom għal mill-inqas sena. Dan is-suppliment għandu jkun ta' 75 % tal-ammont bażiku.

5.   Ħlas tal-allowance

(a)

L-allowance għandha tkun pagabbli meta l-aġent kuntrattwali eliġibbli jieħu l-kariga jew jiġi ttrasferit f'post tas-servizz differenti.

(b)

Is-suppliment għad-dipendenti msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi kkalkolat u mħallas malli tingħata ġustifikazzjoni li kull individwu relatat ma' din iż-żieda jkun stabbilixxa r-residenza attwali u abitwali tiegħu mal-aġent kuntrattwali fil-post tas-servizz.

(c)

Aġent kuntrattwali li jirriżenja fi żmien is-sena wara dik tal-ħatra tiegħu jew it-trasferiment tiegħu għal post tas-servizz differenti għandu jħallas lura l-ammont tal-allowance fuq bażi pro rata għaż-żmien li jkun fadal biex jintlaħqu it-tnax-il xahar.

(d)

Aġent kuntrattwali ma għandux ikun obbligat jirrimborża l-allowance jekk l-Istitut itemm il-kuntratt tiegħu fi żmien sena wara l-ħatra jew it-trasferiment tiegħu. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika jekk l-Istitut itemm il-ħatra bħala riżultat ta' azzjoni dixxiplinarja, f'liema każ l-aġent kuntrattwali għandu jirrimborża l-allowance sħiħa.

(e)

L-aġent kuntrattwali ma għandux ikun obbligat jirrimborża l-allowance lill-Istitut jekk l-aġent kuntrattwali jerġa' jinħatar sussegwentement mill-Istitut wara t-terminazzjoni tal-ħatra preċedenti tiegħu.

Artikolu 14

Tnaqqis

1.   Taxxa interna

It-taxxa interna għandha tammonta għal 40 % tas-salarju bażiku fir-rigward ta' grad u skala partikolari. Dik is-somma għandha tintwera bħala tnaqqis ta' kull xahar fuq ir-rendikont tal-paga.

2.   Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni

Għandu jsir tnaqqis ta' kull xahar kif approvat mill-Organizzazzjonijiet Koordinati għall-iskema tal-pensjoni applikata għall-aġenti kuntrattwali u li jikkorrispondi għal perċentwali tas-salarju bażiku nett mir-remunerazzjoni tal-aġenti kuntrattwali u dan għandu jitħallas fil-Fond ta' Riżerva tal-Pensjonijiet tal-Istitut.

3.   Kontribuzzjonijiet għall-benefiċċji tal-għajnuna soċjali

(a)

Għandu jsir tnaqqis ta' kull xahar fir-rigward tal-benefiċċji tal-għajnuna soċjali, ugwali għal 5,5 % tas-salarju bażiku nett, mir-remunerazzjoni tal-aġenti kuntrattwali. Dan l-ammont għandu jiġi magħdud mal-kontribuzzjoni ta' min iħaddem u jitħallas lill-korp lokali tas-sigurtà soċjali responsabbli biex jirkupra tali kontribuzzjonijiet (URSSAF).

(b)

B'deroga mill-punt (a), l-aġenti kuntrattwali jistgħu jagħżlu li jiġu affiljati fl-Iskema tas-Sigurtà Soċjali tal-Istitut fil-mument tar-reklutaġġ tagħhom jew meta dan il-punt isir applikabbli skont l-aħħar paragrafu ta' dan il-punt. L-Iskema tas-Sigurtà Soċjali għandha tkopri l-kura medika, l-inkapaċità/diżabbiltà u l-assigurazzjoni tal-ħajja.

Fejn aġent kuntrattwali jagħżel tali affiljazzjoni, għandu jsir tnaqqis ta' kull xahar fir-rigward tas-sigurtà soċjali mir-remunerazzjoni tiegħu. Tali tnaqqis ta' kull xahar għandu jammonta għal terz mill-kontribuzzjonijiet għall-Iskema tas-Sigurtà Soċjali tal-Istitut. Iż-żewġ terzi l-oħra għandu jħallashom l-Istitut.

Il-perċentwal tat-tnaqqis ta' kull xahar mir-remunerazzjoni tal-aġent kuntrattwali għandu jiġi determinat fil-bidu tas-sena għat-12-il xahar sussegwenti, bi ftehim bejn l-Istitut u l-kumpanija tal-assigurazzjoni li tħaddem l-iskema. L-ammont li jitnaqqas mir-remunerazzjoni tal-aġent kuntrattwali għandu jiġi magħdud mal-kontribuzzjoni ta' min iħaddem.

Dan il-punt għandu japplika minn, u suġġett għal, id-dħul fis-seħħ tal-ftehim bilaterali bejn l-Istitut u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jippermetti l-implimentazzjoni tiegħu.

4.   Kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' assigurazzjoni supplimentari

Għandu jsir tnaqqis ta' kull xahar fir-rigward ta' assigurazzjoni supplimentari mir-remunerazzjoni tal-aġenti kuntrattwali li ma jagħżlux li jiġu affiljati fl-Iskema tas-Sigurtà Soċjali tal-Istitut. Il-perċentwal għandu jiġi determinat fil-bidu tas-sena għat-12-il xahar sussegwenti bi ftehim bejn l-Istitut u l-kumpanija tal-assigurazzjoni li tħaddem l-iskema. L-ammont imnaqqas għandu jiġi magħdud mal-kontribuzzjoni ta' min iħaddem u jitħallas fit-tmiem tas-sena lill-kumpanija li tipprovdi din l-assigurazzjoni.

Artikolu 15

Ħlasijiet minn qabel tas-salarju u rimborżi tas-salarju

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mid-Direttur, il-Kap tal-Amministrazzjoni u tal-Persunal tal-Istitut jista', skont id-disponibbiltà tar-riżorsi ta' flus kontanti, jawtorizza ħlasijiet minn qabel bla mgħax lill-aġenti kuntrattwali li jsibu ruħhom f'diffikultajiet finanzjarji personali mhux previsti.

2.   L-ammont ta' dan il-ħlas minn qabel ma għandux ikun iżjed mis-salarju bażiku nett ta' 3 xhur.

3.   Tali ħlasijiet minn qabel għandhom jitħallsu lura bi tnaqqis kull xahar mir-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal; dan il-ħlas lura irid ikun sar kollu kemm hu fi żmien tnax-il xahar mill-aħħar tax-xahar li fih ingħata l-ħlas minn qabel.

KAPITOLU IV

Spejjeż tal-ivvjaġġar

Artikolu 16

Installazzjoni u tluq

1.   L-aġenti kuntrattwali għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-vjaġġar mill-post tal-impjieg li kellhom qabel lejn il-post tal-Istitut, għalihom stess u għall-membri tal-familja tagħhom li jgħixu magħhom.

2.   L-istess dritt għandu japplika meta l-aġenti kuntrattwali jitilqu s-servizz tal-Istitut u jmorru lura lejn il-pajjiż fejn kienu jirrisjedu qabel ingħaqdu mal-Istitut jew jekk l-aġent kuntrattwali jmur jgħix f'pajjiż ieħor fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.   Ir-rimborż għandu jingħata skont it-Taqsima I tal-Anness VI.

Artikolu 17

Spejjeż tal-ġarr

1.   L-aġenti kuntrattwali għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ġarr mill-post tal-impjieg tagħhom ta' qabel lejn il-post tal-Istitut.

L-istess dritt għandu japplika meta l-aġenti kuntrattwali jitilqu s-servizz tal-Istitut u jmorru lura lejn il-pajjiż fejn kienu jirrisjedu qabel ingħaqdu mal-Istitut jew meta l-aġent kuntrattwali jmur jgħix f'pajjiż ieħor fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

2.   Ir-rimborż tal-ispejjeż għandu jkopri l-ġarr tal-oġġetti personali tad-dar tal-aġenti kuntrattwali, minbarra karozzi, dgħajjes jew mezzi oħra ta' trasport.

Ir-rimborż għandu jingħata lill-aġent kuntrattwali kkonċernat, malli tiġi pprovduta kopja ċċertifikata tal-kont mill-aġent kuntrattwali. L-Istitut jista' jħallas direttament għall-ġarr, malli jiġi pprovdut il-kont mill-kumpannija tal-ġarr.

Il-kondizzjonijiet u d-dettalji l-oħra tar-rimborż jinsabu fl-Anness VI.

Artikolu 18

Vjaġġar fuq xogħol

L-aġenti kuntrattwali tal-Istitut għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-ivvjaġġar fuq xogħol uffiċjali ordnat mid-Direttur.

Ir-rimborż għandu jirrigwarda spejjeż tal-ivvjaġġar bħala tali kif ukoll l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u spejjeż assoċjati fil-postijiet fejn jintbagħtu l-aġenti kuntrattwali. Il-kondizzjonijiet, ir-rati u dettalji oħra tar-rimborż huma stabbiliti fl-Anness VII.

KAPITOLU V

Organizzazzjoni interna

Artikolu 19

Sigħat ta' xogħol

1.   Is-sigħat ta' xogħol normali għall-aġenti kuntrattwali għandhom ikunu 40 siegħa fil-ġimgħa, li għandhom jinħadmu f'konformità mal-iskeda ġenerali stabbilita mid-Direttur.

2.   Id-Direttur jista' jaqbel li jinħadmu sigħat ta' xogħol flessibbli għall-persunal kollu jew skont iċ-ċirkostanzi personali tal-aġenti kuntrattwali jew l-obbligi tax-xogħol partikolari tagħhom.

3.   Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali, deċiżi skont id-diskrezzjoni tad-Direttur, jeħtieġu hekk, xi aġenti kuntrattwali jistgħu jintalbu jaħdmu matul tmiem il-ġimgħa jew fi btajjel pubbliċi. F'tali każijiet, is-sigħat maħduma għandhom jagħtu d-dritt għal ħin liberu ekwivalenti minflokhom.

Artikolu 20

Xogħol part-time

1.   Aġent kuntrattwali jista' jitlob awtorizzazzjoni biex jaħdem part-time. Il-ħin tax-xogħol irid ikun mill-inqas 50 % tas-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa. Għall-perijodu kollu li fih l-aġent kuntrattwali jaħdem part-time, ir-remunerazzjoni tiegħu kif ukoll l-intitolamenti għal-leave tiegħu għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata. Tali tnaqqis pro rata ma għandux japplika għall-allowance tal-familja, l-allowance tat-tfal u ta' dipendenti oħra, l-allowance tat-tfal b'diżabilità jew l-allowance għall-edukazzjoni.

2.   Id-drittijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għandhom ukoll jitnaqqsu fuq bażi pro rata. Madankollu, l-aġent kuntrattwali jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet tal-pensjoni, bil-kondizzjoni li dan ikun responsabbli għall-kontribuzzjonijiet korrispondenti kollha, inklużi dawk ta' min iħaddmu.

3.   Id-Direttur jista' jagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk dan ikun kompatibbli mal-interessi tas-servizz. L-Istitut għandu jwieġeb għat-talba tal-aġent kuntrattwali fi żmien xahar.

4.   Id-Direttur għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 21

Btajjel pubbliċi

Il-lista ta' btajjel pubbliċi għandha ssir mid-Direttur b'kont meħud tal-lista uffiċjali tal-btajjel pubbliċi kif ppubblikata fil-post tal-impjieg u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dawn il-btajjel pubbliċi ma għandhomx jitnaqqsu mid-dritt ta' leave annwali tal-aġenti kuntrattwali.

Jekk wieħed jew diversi mill-btajjel pubbliċi jaħbtu is-Sibt jew il-Ħadd, id-Direttur jista' jagħżel għadd ta' jiem ugwali minflokhom.

Artikolu 22

Leave

1.   Leave annwali

2.   Leave mingħajr ħlas

(a)

Fuq talba minn aġent kuntrattwali, id-Direttur jista' jagħti leave mingħajr ħlas f'ċirkostanzi personali iġġustifikati u eċċezzjonali jekk dan ikun kompatibbli mal-interess tas-servizz. Din it-talba ma tistax issir qabel tmiem il-perijodu ta' prova ta' aġent kuntrattwali.

(b)

It-tul ta' żmien totali ta' dan il-leave ma għandux jeċċedi sena. Tul il-perijodu kollu ta' leave mingħajr ħlas, l-aġent kuntrattwali ma jista jinvolvi ruħu f'ebda attività bi ħlas.

(c)

Matul perijodu ta' leave mingħajr ħlas, l-aġent kuntrattwali ma għandux ikun intitolat għal avvanz għal skala ogħla jew għal promozzjoni; is-sħubija tiegħu fl-iskema tal-għajnuna soċjali prevista fl-Artikoli 8 u 14 u l-kopertura għar-riskji taħt din l-iskema għandhom jiġu sospiżi.

Madankollu, aġent kuntrattwali jista', mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih jibda l-leave mingħajr ħlas, japplika biex ikompli jkun kopert, bil-kondizzjoni li dan ikun responsabbli għall-kontribuzzjonijiet korrispondenti kollha, inklużi dawk ta' min iħaddmu.

L-aġent kuntrattwali li jipprova li ma jistax jakkwista drittijiet tal-pensjoni minn skema tal-pensjoni oħra jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet tal-pensjoni, bil-kondizzjoni li dan ikun responsabbli għall-kontribuzzjonijiet korrispondenti kollha, inklużi dawk ta' min iħaddmu.

3.   Leave tal-mard, leave tal-maternità u tal-paternità, leave tal-ġenituri u leave speċjali ieħor

Il-leave speċjali, bħal leave għall-mard, maternità, paternità, tal-ġenituri jew dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali, għandu jingħata addizzjonalment għal-leave annwali.

Id-dettalji u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti jinsabu fl-Anness VIII.

Artikolu 23

Leave għall-pajjiż tal-oriġini

1.   Aġenti kuntrattwali li huma intitolati għall-allowance tal-espatrijazzjoni għandhom ikunu eliġibbli għal-leave għall-pajjiż tal-oriġini għal kull perijodu ta' sentejn ta' servizz.

(a)

Il-leave għall-pajjiż tal-oriġini għandu jammonta għal tmint ijiem xogħol.

(b)

Il-leave għall-pajjiż tal-oriġini jista' jittieħed sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu li hu relatat miegħu. Jekk ma jitteħidx fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perijodu li hu relatat miegħu, huwa għandu jiġi kkanċellat fir-rigward ta' dak il-perijodu ta' sentejn. Id-data li fiha l-leave għall-pajjiż tal-oriġini jittieħed effettivament, għal kwalunkwe perijodu ta' sentejn partikolari, ma għandhiex taffettwa d-data li fiha għandu jittieħed il-leave għall-pajjiż tal-oriġini li jmiss.

(c)

Fejn konjuġi, jew sħab reġistrati, huma t-tnejn impjegati mill-Istitut u fejn it-tnejn huma intitolati għal-leave għall-pajjiż tal-oriġini, dan għandu jingħata skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fejn it-tnejn għandhom id-dar tagħhom fl-istess pajjiż, kull wieħed għandu d-dritt għal-leave għall-pajjiż tal-oriġini f'dak il-pajjiż kull sentejn;

(ii)

fejn id-djar tagħhom jinsabu f'żewġ pajjiżi differenti, kull wieħed għandu jkun intitolat għal-leave għall-pajjiż tal-oriġini fil-pajjiż rispettiv tiegħu kull sentejn;

(iii)

il-konjuġi jew is-sħab reġistrati għandhom ikunu intitolati, fir-rigward tat-tfal dipendenti tagħhom u, jekk xieraq, il-persuna li takkumpanja lil dawk it-tfal, għal perijodu wieħed biss ta' leave għall-pajjiż tal-oriġini kull sentejn; fejn il-ġenituri għandhom id-djar tagħhom f'żewġ pajjiżi differenti, il-leave għall-pajjiż tal-oriġini jista' jittieħed fi kwalunkwe wieħed minn dawk il-pajjiżi.

2.   Aġent kuntrattwali li jieħu l-leave għall-pajjiż tal-oriġini għandu jkun intitolat, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 18, għal pagament tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għar-ritorn tiegħu stess, ta' wliedu u, jekk jirċievi allowance tal-familja, għall-konjuġi jew is-sieħeb reġistrat tiegħu.

3.   Aġenti kuntrattwali li ma jeħdux il-leave għall-pajjiż tal-oriġini tagħhom ma għandhomx ikollhom dritt għal kumpens.

4.   Il-leave għall-pajjiż tal-oriġini għandu jingħata bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-persuna kkonċernata għandha tintrabat bil-miktub li ma tirriżenjax mill-Istitut fis-sitt xhur wara t-tmiem tal-perijodu li għalih id-dritt għal-leave għall-pajjiż tal-oriġini jalludi (irrispettivament mid-data li fiha l-leave jittieħed effettivament);

(b)

il-superjur dirett għandu jiċċertifika li s-servizzi tal-aġent kuntrattwali f'kull probabbiltà mhuwmiex ser ikunu meħtieġa matul il-perijodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Id-Direttur jista' jiddeċiedi li jidderoga minn dan il-paragrafu jekk id-Direttur iqis li l-applikazzjoni stretta ta' dan il-paragrafu tista' tesponi lill-aġent kuntrattwali kkonċernat għal inġustizzja jew għal diffikultajiet partikolari.

KAPITOLU VI

Rapporti u promozzjoni

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-ħidma tal-aġenti kuntrattwali kollha, minbarra dik tad-Direttur, għandha tiġi evalwata darba fis-sena, mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru.

Ir-rapporti għandhom jikkummentaw dwar il-ħila relattiva tal-aġenti kuntrattwali u għandhom jipprovdu l-opportunità biex l-aġent kuntrattwali jiġu mfaħħra jew, għall-kuntrarju, jiġu avżati dwar nuqqasijiet bil-ħsieb li s-servizz tagħhom jitjieb.

2.   Il-kriterji ta' evalwazzjoni ser jitfasslu skont il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet differenti tal-gradi A, B u C.

Kull sena l-persunal għandu jiġi assenjat lista ta' objettivi u kriterji li fuqhom il-prestazzjoni tagħhom għandha tiġi evalwata.

L-evalwazzjoni sħiħa għandha tiġi riassunta f'formola ta' rapport annwali li tinżamm fil-fajl personali tal-aġent kuntrattwali.

3.   Fil-każ li r-rapport jindika nuqqas ta' prestazzjoni, id-Direttur jista' jitlob rapport intermedju addizzjonali wara sitt xhur.

Artikolu 25

Proċedura

1.   Id-Direttur għandu jagħżel l-aġenti kuntrattwali responabbli biex jirrappurtaw dwar il-persunal subordinat għalkollox jew parzjalment għalihom.

2.   Kull aġent kuntrattwali għandu jkun intervistat personalment mill-aġent kuntrattwali responsabbli għar-rapport tiegħu. Din l-evalwazzjoni tista' tiġi supplimentata b'evalwazzjoni sekondarja f'livell ogħla. L-aġent kuntrattwali għandu jiġi nnotifikat bl-evalwazzjoni annwali tiegħu, u għandu jiffirma l-formola tar-rapport.

3.   Ir-rapport annwali huwa att amministrattiv stabbilit għall-użu intern. Ma jista' jkun hemm l-ebda appell lil xi korp estern kontrih.

4.   Meta jkunu nkitbu r-rapporti kollha, id-Direttur u l-Kap tal-Amministrazzjoni u tal-Persunal għandhom jiltaqgħu biex jiddeċiedu dwar promozzjonijiet possibbli.

Artikolu 26

Azzjoni ta' segwitu dwar rapporti

1.   Rapport tajjeb għandu jiġġustifika avvanz għal skala ogħla. Din il-promozzjoni għandha tkun effettiva fid-data tal-anniversarju tal-kuntratt tal-aġent kuntrattwali jew it-tieni tali anniversarju għal aġenti kuntrattwali b'kuntratti għal żmien indefinit.

2.   Rapport eċċezzjonalment tajjeb jista' jiġġustifika promozzjoni eċċezzjonali għal skala ogħla jew saħansitra grad, dejjem jekk il-pożizzjoni bbaġitjata tippermetti din il-promozzjoni. Dawn il-promozzjonijiet għandhom ikunu effettivi mill-1 ta' Jannar tas-sena wara r-rapport jew it-tieni tali sena għal aġenti kuntrattwali b'kuntratti għal żmien indefinit.

3.   Rapport negattiv jista' jiġġustifika li l-aġent kuntrattwali jinżamm fl-iskala attwali tiegħu għal sena addizzjonali.

4.   Żewġ rapporti negattivi suċċessivi jistgħu jiġġustifikaw li ma jiġġeddux jew li jiġu terminati kuntratti.

KAPITOLU VII

Azzjoni dixxiplinarja

Artikolu 27

1.   Tista' tittieħed azzjoni dixxiplinarja kontra aġent kuntrattwali attwali jew ex-aġent kuntrattwali li jonqos kemm jekk b'mod intenzjonali jew bi traskuraġni milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Fejn id-Direttur isir konxju ta' evidenza ta' nuqqas fis-sens tal-paragrafu 1, id-Direttur jista' jibda investigazzjonijiet amministrattivi biex jivverifika jekk seħħx dan in-nuqqas.

3.   Ir-regoli dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi u dwar proċedimenti u miżuri dixxiplinarji huma stabbiliti fl-Anness IX.

KAPITOLU VIII

Appelli u bord tal-appelli

Artikolu 28

1.   Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tippreżenta talba lid-Direttur sabiex id-Direttur jieħu deċiżjoni fil-konfront ta' dik il-persuna dwar kwistjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata dwar id-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien xahrejn mid-data li fiha tkun saret it-talba. Jekk wara li jgħaddi dan il-perijodu ma jkunx hemm tweġiba għat-talba, dan għandu impliċitament ifisser li t-talba tkun inċaħdet, u kontra dan jista' jitressaq ilment skont il-paragrafi li ġejjin.

2.   Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tippreżenta lid-Direttur ilment kontra miżura li taffetwa ħażin dik il-persuna, jew fejn id-Direttur ikun ħa deċiżjoni jew inkella fejn id-Direttur naqas milli jadotta miżura preskritta minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment għandu jiġi ippreżentat fi żmien tliet xhur. Il-perijodu għandu jibda jiddekorri:

mid-data tal-pubblikazzjoni tal-att jekk tkun miżura ta' natura ġenerali;

mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data li fiha din tal-aħħar tkun irċeviet din in-notifika, jekk il-miżura taffettwa persuna speċifikata; jekk, madankollu, att li jaffettwa persuna speċifika jinkludi wkoll ilment kontra persuna oħra, il-perijodu jibda jiddekorri fir-rigward ta' dik il-persuna l-oħra mid-data li fiha dik il-persuna l-oħra tirċievi n-notifika dwar dan iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni,

mid-data tal-iskadenza tal-perijodu preskritt għat-tweġiba fejn l-ilment jikkonċerna deċiżjoni implikata li tiċħad talba kif previst fil-paragrafu 1.

3.   Id-Direttur għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien xahar mid-data li fiha titressaq it-talba. Jekk fit-tmiem ta' dak il-perijodu ma tkun ġiet riċevuta l-ebda tweġiba għall-ilment, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni implikata li tiċħadha, u li kontriha jista' jitressaq appell skont il-paragrafu 5.

Fil-każ ta' tweġiba negattiva, il-persuna tista' titlob medjazzjoni. Tali medjazzjoni mhijiex mandatorja.

4.   Medjazzjoni

Il-medjatur għandu jkun espert legali kwalifikat u indipendenti maħtur mid-Direttur għal perijodu ta' tliet snin li jiġġedded.

Il-medjatur għandu jirċievi mingħand id-Direttur u l-persuna kkonċernata d-dokumenti kollha li l-medjatur iqis meħtieġa biex jiġi eżaminat il-każ.

Il-medjatur għandu jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu fi żmien 15-il jum mid-data li fiha l-medjatur kien ġie inkarigat bil-każ.

Il-konklużjonijiet tal-medjatur ma għandhomx jorbtu la lid-Direttur u lanqas lill-persuna kkonċernata.

L-ispejjeż tal-medjazzjoni għandhom jitħallsu mill-Istitut jekk il-konklużjonijiet jiġu rrifjutati mid-Direttur; 50 % tal-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-persuna kkonċernata jekk tkun hi li tirrifjuta li taċċetta l-konklużjonijiet.

5.   Appelli kontenzjużi

Wara li jintużaw il-possibbiltajiet kollha tal-ewwel rikors (appell amministrattiv intern), il-persuna kkonċernata għandha l-libertà li tirrikorri għall-Bord tal-Appelli tal-Istitut.

Il-kompożizzjoni, l-operat u l-proċeduri speċifiċi ta' dak il-korp huma mniżżla fl-Anness X.

6.   Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appelli

(a)

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appelli għandhom jorbtu liż-żewġ partijiet. Ma għandu jkun hemm l-ebda appell minnhom.

(b)

Il-Bord jista' jannulla, jew jikkonferma, id-deċiżjonijiet ikkontestati.

(c)

Il-Bord jista' b'mod inċidentali jordna lill-Istitut jikkumpensa d-danni materjali mġarrba mill-persuna kkonċernata sa mill-jum li d-deċiżjoni annullata kienet daħlet b'effett.

(d)

Huwa jista' jiddeċiedi wkoll li l-Istitut jirrimborża, fil-limiti stabbiliti mill-Bord, spejjeż ġustifikati li kellha tħallas il-persuna li għamlet it-talba, kif ukoll l-ispejjeż marbuta mat-trasport u s-sussistenza li kellhom iħallsu x-xhieda li nstemgħu. Dawn l-ispejjeż għandhom jinħadmu abbażi tal-Artikolu 18 u l-Anness VII ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

KAPITOLU IX

Skemi tal-pensjoni

Artikolu 29

Ir-regoli u l-kondizzjonijiet li jinsabu fir-Regoli dwar l-Iskemi tal-Pensjoni tal-Istitut għandhom, skont ir-Regoli dwar l-Iskemi tal-Pensjoni tal-Organizzazzjonijiet Koordinati, ikunu applikati għall-aġenti kuntrattwali. L-Iskema Ġdida tal-Pensjoni (NPS) tal-Istitut għandha tapplika għall-aġenti kuntrattwali li bdew jaħdmu wara t-30 ta' Ġunju 2005.

KAPITOLU X

Sekondar ta' aġenti kuntrattwali tal-istitut

Artikolu 30

Aġent kuntrattwali ssekondat huwa membru kuntrattwali tal-persunal li, b'deċiżjoni tad-Direttur, intbagħat fl-interessi tas-servizz biex iservi temporanjament f'pożizzjoni barra mill-Istitut.

L-issekondar fl-interessi tas-servizz għandu jkun regolat bir-regoli li ġejjin:

(a)

id-deċiżjoni dwar l-issekondar għandha tittieħed mid-Direttur wara li jisma' lill-aġent kuntrattwali kkonċernat;

(b)

id-durata tal-issekondar għandha tkun determinata mid-Direttur; l-issekondar inizjali għandu jkun għal perijodu massimu ta' sitt xhur, li jista' jiġġedded għal perijodu massimu ieħor ta' sitt xhur;

(c)

aġent kuntrattwali ssekondat huwa intitolat li jirċievi pagament differenzjali fejn ir-remunerazzjoni totali għall-pożizzjoni li għaliha l-aġent kuntrattwali ġie ssekondat tkun inqas minn dik għall-grad u l-iskala tiegħu fil-Istitut; l-aġent kuntrattwali jista' wkoll ikun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż addizzjonali kollha imġarrba fl-issekondar tiegħu, jekk ikunu ġustifikati b'mod adegwat;

(d)

fejn il-ftehim tal-issekondar jipprevedi li l-Istitut għandu jkompli iħallas ir-remunerazzjoni ta' aġent kuntrattwali matul il-perijodu tal-issekondar, jekk dan tal-aħħar ikun intitolat għall-allowance ta' espatrijazzjoni u jirċievi wkoll allowance ta' kuljum minn sors ieħor minħabba l-issekondar, il-ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni għandu jieqaf.

(e)

aġent kuntrattwali ssekondat għandu jkompli jħallas il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni abbażi tas-salarju għall-impjieg attiv li sar fil-grad u l-iskala tiegħu fl-Istitut;

(f)

aġent kuntrattwali ssekondat għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu, id-dritt li javvanza għal skala ogħla u l-eliġibbiltà għal promozzjoni;

(g)

sakemm il-kuntratt tal-aġent kuntrattwali jkun għadu għaddej meta l-issekondar tiegħu jintemm, aġent kuntrattwali għandu minnufih jerġa' jmur lura fil-pożizzjoni li kien jokkupa qabel.

TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-PERSUNAL TEMPORANJU

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-persunal temporanju jikkonsisti minn persunal awżiljarju reklutat fil-prinċipju għal perijodu ta' żmien limitat. Huma m'għandhomx l-istatus ta' persunal internazzjonali.

2.   Il-persunal temporanju jikkonsisti minn impjegati li jokkupaw pożizzjonijiet temporanji definiti fit-tabella tal-pożizzjonijiet inklużi fil-baġit.

3.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur regoli ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet ta' impjieg tal-persunal temporanju, b'mod partikolari:

(a)

il-kondizzjonijiet tar-reklutaġġ tagħhom u t-tmiem tal-kuntratt tagħhom;

(b)

il-leave tagħhom; u

(c)

ir-remunerazzjoni tagħhom.

4.   Il-persunal temporanju għandu jkun marbut bid-dispożizzjonijiet tat-Titolu I u d-dispożizzjonijiet li ġejjin tat-Titolu II:

Kapitolu II: L-Artikoli 5 (Limitu ta' età għall-impjieg) u 6 (Eżamijiet mediċi);

Kapitolu III: L-Artikolu 8(2), il-punt (a) tal-Artikoli 14(3) (Kontribuzzjonijiet għall-benefiċċji tal-għajnuna soċjali), u 15 (Ħlasijiet minn qabel u rimborżi tas-salarju);

Kapitolu IV: L-Artikolu 18 (Vjaġġar fuq xogħol);

Kapitolu V: L-Artikoli 19 (Sigħat ta' xogħol), 20 (Xogħul part-time) u 21 (Btajjel pubbliċi);

Kapitolu VII: L-Artikolu 27 (Azzjoni dixxiplinarja);

Kapitolu VIII: L-Artikolu 28 (Appelli u Bord ta' Appelli); u

Kwalunkwe regolament sussidjarju bbażat fuqhom.

Artikolu 32

Kuntratti

Il-persunal temporanju għandu jkun reklutat għal perijodu totali li ma jaqbiżx 24 xahar. L-Istitut u l-membru tal-persunal temporanju jistgħu jtemmu l-kuntratti billi jagħtu avviż ta' mhux anqas minn xahar.

Artikolu 33

Remunerazzjoni

1.   Ir-remunerazzjoni tal-persunal temporanju għandha tkun stabbilita kuntrattwalment. Hija għandha tikkonsisti minn salarju nett kull xahar bl-esklużjoni ta' kwalunkwe allowance addizzjonali, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tal-familja jew soċjali tal-persuna kkonċernata.

2.   Minn dak l-ammont stabbilit, għandhom jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għall-għajnuna soċjali tal-impjegat kemm lill-assigurazzjoni privata li tipprovdi rimborż sħiħ jew, jekk l-impjegat diġà huwa membru ta' skema tal-assigurazzjoni tal-mard, lill-assigurazzjoni supplimentari.

3.   Billi l-persunal temporanju ma jibbenefikax mill-iskema tal-pensjoni, m'għandu jsir l-ebda tnaqqis fir-rigward ta' tali skema.

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet speċjali

1.   Spejjeż tal-installazzjoni u t-tluq

Il-persunal temporanju ma jistax jagħmel talba għal rimborż tal-ispejjeż tal-installazzjoni jew tat-tluq għall-familja tiegħu.

2.   Leave

Il-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal jumejn u nofs leave għal kull xahar ta' servizz kompletat.

TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL ESPERTI U TRAINEES

Artikolu 35

1.   L-esperti u trainees għandu jkollhom l-istatus ta' persunal estern. Huma għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, li għandu jkollhom għarfien tagħhom mal-ħatra.

2.   Ir-remunerazzjoni totali tal-esperti u t-trainees għandha tiġi determinata mill-bidu tal-attivitajiet tagħhom fl-Istitut. Hija għandha titħallas f'porzjonijiet suċċessivi, kif definit mid-Direttur, skont ir-riżultati tal-ħidma li għaliha huma ġew reklutati jew aċċettati.

3.   L-esperti maħtura huma intitolati għar-rimborż ta' spejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom biss, meta jaslu l-Istitut u meta jitilqu minnu.

TITOLU V

RAPPREŻENTANZA TAL-IMPJEGATI

Artikolu 36

1.   Il-Kumitat tal-Persunal għandu jirrappreżenta lill-impjegati kollha tal-Istitut, kif definit fl-Artikolu 1.

2.   Il-Kumitat tal-Persunal għandu:

(a)

jiddefendi l-interessi professjonali tal-impjegati kollha tal-Istitut;

(b)

jagħmel proposti għat-titjib tal-benesseri tal-impjegati kollha;

(c)

jagħmel suġġerimenti rigward attivitajiet soċjali, kulturali u sportivi għall-impjegati;

(d)

jirrappreżenta lill-impjegati kollha fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet tal-persunal ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.

3.   It-termini ta' referenza li jimplimentaw dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur wara konsultazzjoni mal-impjegati.

ANNESS I

INDENNIZZ GĦAL TELF TAL-IMPJIEG

Referenza:

L-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Intitolament għall-indennizz għal telf tal-impjieg.

(a)

Jista' jingħata indennizz għal telf tal-impjieg lil aġent kuntrattwali li l-impjieg tiegħu ġie terminat f'wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (i) sa (vi) tal-punt (a) tal-Artikolu 7(3).

Tali indennizz għandu jkun distint mill-allowance għat-tluq, li tirrappreżenta biss il-ħlas tad-drittijiet tal-pensjoni.

(b)

L-indennizz għal telf tal-impjieg m'għandux ikun dovut fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:

(i)

l-aġent kuntrattwali kiseb post ieħor tal-istess grad jew ogħla fl-Istitut;

(ii)

l-aġent kuntrattwali kiseb ħatra ġdida f'organizzazzjoni internazzjonali oħra fl-istess pajjiż;

(iii)

l-aġent kuntrattwali jkun kiseb reintegrazzjoni u remunerazzjoni fil-post ta' impjieg preċedenti tiegħu fi żmien 30 jum wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tiegħu mill-Istitut;

(iv)

il-kuntratt tal-aġent kuntrattwali jkun ġie terminat fuq talba tiegħu stess jew jekk l-aġent kuntrattwali ma aċċettax offerta ta' estensjoni ta' kuntratt;

(v)

il-kuntratt tal-aġent kuntrattwali jkun intemm minħabba li jkun intlaħaq il-perijodu massimu awtorizzat taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal; jew

(vi)

il-kuntratt tal-aġent kuntrattwali ġie terminat bħala riżultat ta' proċedimenti dixxiplinarji.

L-ammont tal-indennizz għal telf tal-impjieg għandu jkun ugwali għal 100 % tar-remunerazzjoni netta ta' kull xahar tal-aġent kuntrattwali għal kull xahar tagħhom għal kull sena ta' servizz fl-Istitut, sa mhux aktar minn 20 xahar.

L-ammont tal-indennizz għal telf tal-impjieg m'għandux jirrappreżenta numru ta' xhur li jaqbeż il-perijodu li l-aġent kuntrattwali kien ikollu jservi qabel jilħaq il-limitu ta' età speċifikat fl-Artikolu 5 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

ANNESS II

ALLOWANCE TAL-ESPATRIJAZZJONI

1.

L-aġenti kuntrattwali intitolati hekk taħt l-Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jirċievu allowance tal-espatrijazzjoni ta' kull xahar. L-ammont tal-allowance għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)   L-aġenti kuntrattwali reklutati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal

(i)

Għall-aġenti kuntrattwali li huma intitolati għall-allowance tad-dar: 18 % tas-salarju ta' referenza matul l-ewwel għaxar snin ta' servizz;

(ii)

Għall-aġenti kuntrattwali mhux intitolati għall-allowance tad-dar: 14 % tas-salarju ta' referenza matul l-ewwel għaxar snin ta' servizz;

(iii)

Is-salarju ta' referenza għandu jkun is-salarju bażiku nett li jitħallas fl-ewwel skala tal-gradi tal-aġenti kuntrattwali. Fil-ħdax, it-tnax u t-tlettax-il sena, ir-rati ta' 14 % u 18 % għandhom jitnaqqsu b'punt wieħed kull sena rispettivament għal 11 % u 15 % u għandhom jibqgħu fissi minn hemm 'il quddiem.

(b)   L-aġenti kuntrattwali reklutati wara d-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal

(i)   Ir-rata tal-allowance matul l-ewwel ħames snin ta' servizz għandha tkun ta' 10 % tas-salarju bażiku. L-allowance għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ewwel skala fil-grad ta' reklutaġġ jew promozzjoni irrispettivament minn kwalunkwe żieda fis-salarju bażiku tal-aġent kuntrattwali minħabba l-moviment 'il fuq fl-iskala inkrementali u għandha tiġi aġġustata bl-istess proporzjonijiet u fl-istess data bħas-salarju bażiku.

(ii)   Mis-sitt sal-għaxar sena, ir-rata tal-allowance għandha titnaqqas b'żewġ punti perċentwali kull sena biex jintlaħaq iż-żero fl-għaxar sena. Matul dan il-perijodu, l-allowance għandha tiġi aġġustata bl-istess proporzjonijiet u fl-istess data bħas-salarju bażiku.

(iii)   Fil-każ li aġent kuntrattwali ta' Organizzazzjoni Koordinata jew organizzazzjoni assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati jieħu kariga mal-Istitut jew fil-każ li aġent kuntrattwali ta' organizzazzjoni internazzjonali oħra jew li membru tal-amministrazzjoni jew tal-forzi armati tal-pajjiż ta' oriġini jieħu kariga mal-Istitut mingħajr ma jibdel il-pajjiż, għandu jittieħed kont tas-servizz preċedenti fil-pajjiż ospitanti meta jiġu applikati l-punti (i) u (ii).

(iv)   Fil-każ ta' aġent kuntrattwali li jiġi ttrasferit, jew fl-Istitut jew lil Organizzazzjoni Koordinata jew organizzazzjoni assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati, għal pajjiż ġdid fejn ser jieħu kariga ġdida fejn il-membru tal-persunal jilħaq il-kriterji ta' eliġibbiltà, ir-rata tal-allowance u l-perijodu ta' żmien għandhom jerġgħu jmorru lura għal-livelli inizjali tagħhom u mbagħad jitnaqqsu, kif deskritt fil-punti (i) u (ii).

(v)   Koppji

Fejn il-konjuġi jew iż-żewġ sħab reġistrati mhumiex residenti u huma t-tnejn impjegati fl-istess pajjiż mill-istess Organizzazzjoni Koordinata jew organizzazzjoni assoċjata mal-Organizzazzjonijiet Koordinati, jew minn żewġ Organizzazzjonijiet Koordinati differenti jew organizzazzjonijiet differenti assoċjati mal-Organizzazzjonijiet Koordinati, huma għandhom ikunu intitolati kull wieħed għal allowance ta' espatrijazzjoni b'rata ta' 10 % jew bir-rati fuq it-tnaqqis li jikkorrispondu għan-numru ta' snin ta' servizz ta' kull wieħed minnhom.

ANNESS III

ULIED U DIPENDENTI OĦRA

1.   Ulied dipendenti

(a)

Wild naturali jew adottat rikonoxxut b'mod leġittimu jew legali tal-aġent kuntrattwali jew tal-konjuġi jew sieħeb/sieħba reġistrat/a tiegħu jew tagħha huwa meqjus li jkun dipendenti ta' aġent kuntrattwali jekk dan tal-aħħar imantni u jappoġġa b'mod ewlieni u kontinwu t-trobbija tal-wild. Wild ta' aġent kuntrattwali li jinsab fil-kustodja tal-konjuġi divorzjat/a jew separat/a legalment huwa meqjus li jkun dipendenti fuq l-aġent kuntrattwali jekk dan tal-aħħar huwa mitlub iħallas il-manteniment, u fil-fatt jagħmel dan, għal dan il-wild bħala riżultat ta' divorzju jew att ta' separazzjoni, jew att awtentiku relatat ma' tali digriet, skont il-liġi nazzjonali rilevanti.

(b)

Wild b'diżabilità ta' aġent kuntrattwali jew tal-konjuġi jew sieħeb/sieħba reġistrat/a tiegħu jew tagħha, irrispettivament mill-età tal-wild, huwa meqjus li jkun dipendenti jekk l-aġent kuntrattwali imantni u jappoġġa b'mod ewlieni u kontinwu t-trobbija tal-wild.

(c)

Wild m'għandux jitqies dipendenti tal-aġent kuntrattwali:

meta jilħaq l-età ta' 26;

meta, qabel jilħaq l-età ta' 26, il-wild ikun qed jirċievi salarju, dħul jew ħlasijiet tiegħu stess;

2.   Dipendenti oħra

Persuna li mhijiex wild dipendenti kif definit fil-paragrafu 1 tista' titqies dipendenti ta' aġent kuntrattwali bil-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

il-persuna hija ġenitur jew qarib mill-viċin bid-demm jew biż-żwieġ;

il-persuna tgħix kontinwament mal-aġent kuntrattwali jew il-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba reġistrat/a tiegħu jew tagħha, jew tiġi ammessa regolarment f'istituzzjoni li tagħti kura medika speċjalizzata;

il-persuna kkonċernata m'għandhiex ir-riżorsi adegwati tagħha stess biex issostni lilha nnifisha.

ANNESS IV

DIPENDENTI B'DIŻABILITÀ

1.

Dipendent jitqies li huwa diżabbli jekk jiġi stabbilit b'evidenza medika li dik il-persuna qed tbati minn diżabbiltà serja u permanenti li teħtieġ kura jew superviżjoni speċjali, jew edukazzjoni jew taħriġ speċjali.

2.

Id-deċiżjoni li tingħata l-allowance għandha ssir mid-Direttur wara li jikkonsulta bord ad hoc li d-Direttur għandu jikkostitwixxi għal dak il-għan, u li għandu jinkludi tal-anqas professjonist mediku wieħed.

Id-deċiżjoni tad-Direttur għandha tispeċifika l-perijodu li għalih għandha titħallas l-allowance, soġġett għal rieżami.

3.

Il-kriterju tal-intitolament għad-drittijiet taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun dak ta' inkapaċità serja u kontinwa tal-attivitajiet fiżiċi jew mentali.

Persuni dipendenti jistgħu b'hekk jitqiesu diżabbli meta jbatu minn, per eżempju:

problema serja jew kronika tas-sistema nervuża ċentrali jew awtonomika, tkun xi tkun il-kawża, bħal mard tal-moħħ, mijopatija u paraliżi awtonomika;

problema serja tas-sistema lokomotorja;

problema serja ta' waħda jew aktar mis-sistemi sensorji;

mard mentali kroniku u diżabilitanti.

Il-lista fit-tieni subparagrafu hija biss bħala indikazzjoni u m'għandhiex titqies eżawrjenti. Hija m'għandhiex tittieħed bħala bażi biex jiġi vvalutat il-grad ta' diżabilità jew inkapaċità.

4.

L-ammont tal-allowance għandu jkun ugwali għall-ammont tal-allowance għal wild dipendenti, u għandu jkun addizzjonali għalih.

5.

Għall-aġenti kuntrattwali li jistgħu jippreżentaw evidenza ta' sostenn li l-wild dipendenti diżabbli tagħhom jeħtieġ arranġamenti edukattivi imperattivi ad hoc, l-allowance tista' tiġi miżjuda sa massimu ta' darbtejn l-ammont tal-allowance għal wild dipendenti li għandha titħallas kull xahar.

F'tali każijiet, l-intitolament għaż-żieda fl-allowance għandha tibda fl-ewwel jum tax-xahar li fiha jibdew l-arranġamenti edukattivi imperattivi ad hoc u għandu jieqaf fl-aħħar tax-xahar li fih itemm l-edukazzjoni tiegħu jew fl-aħħar tax-xahar li fih il-wild jagħlaq 26 sena, skont liema jaħbat l-ewwel.

ANNESS V

ALLOWANCE TAL-KERA

1.

L-ammont tal-allowance tal-kera għandu jkun proporzjon mid-differenza bejn il-kirja proprja mħallsa, esklużi l-ħlasijiet kollha msemmija fl-Artikolu 11(5)(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, u somma maħduma kif ġej:

(a)

15 % tas-salarju bażiku nett għall-membri tal-persunal tal-gradi C u B, sa u inkluż il-grad B.4;

(b)

20 % tas-salarju bażiku nett għall-membri tal-persunal tal-gradi B.5 u B.6;

(c)

22 % tas-salarju bażiku nett għall-membri tal-persunal tal-gradi A.1.

2.

Il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:

(a)

50 % għall-membri tal-persunal mhux miżżewġa u l-membri tal-persunal miżżewġa li m'għandhomx dipendenti;

(b)

55 % għall-membri tal-persunal b'dipendent wieħed;

(c)

60 % għall-membri tal-persunal b'żewġ dipendenti jew aktar.

3.

L-ammont tal-allowance tal-kera m'għandux jaqbeż:

(a)

10 % tas-salarju bażiku nett tal-membru tal-persunal konċernat fil-każ tal-gradi C sa B.4 inklużi;

(b)

15 % tas-salarju bażiku nett fil-każ tal-gradi B.5 u B.6, u A.1.

ANNESS VI

SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR U TAL-ĠARR

Taqsima I

Spejjeż tal-ivvjaġġar tal-aġenti kuntrattwali u l-familji tagħhom bejn il-post ta' residenza tagħhom u l-post tas-servizz

1.

L-aġenti kuntrattwali li l-post tar-residenza tagħhom huwa aktar minn 100 km 'l bogħod mill-post tas-servizz għandhom ikunu intitolati, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-rimborż tal-ispejjeż reali tal-ivvjaġġar:

(a)

malli jassumu l-ħatra tagħhom, għall-vjaġġ mill-post ta' residenza lejn il-post tas-servizz tagħhom;

(b)

mat-trasferiment mill-post tas-servizz fejn kienu reklutati lejn post tas-servizz ieħor li jkun iktar minn 100 km 'l bogħod;

(c)

malli jitilqu mill-ħatra:

jew għall-vjaġġ mill-post tas-servizz tagħhom lejn il-post ta' residenza meta ġew reklutati;

jew għall-vjaġġ mill-post tas-servizz tagħhom lejn post ta' residenza minbarra dak imsemmi fl-ewwel inċiż, bil-kondizzjoni li dan il-post ikun fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew, jekk xi post ieħor, li l-ispiża li trid tiġi rimborżata ma tkunx ikbar.

2.

Ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi rifjutat totalment jew parzjalment fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-intitolament ma jkunx ġie stabbilit fil-mument li aġent kuntrattwali jassumi l-ħatra tiegħu;

(b)

jekk l-ispiża kollha inkwistjoni, jew parti minnha, tħallset minn gvern jew korp ieħor;

(c)

fejn aġent kuntrattwali jitlaq mis-servizz, jekk il-vjaġġ ma jsirx fi żmien perijodu ta' tliet xhur li jibda mid-data meta jieqfu d-dmirijiet tal-aġent kuntrattwali, jew jekk l-applikazzjoni għar-rimborż ma tkunx ġiet riċevuta mill-amministrazzjoni fi żmien 30 jum mill-vjaġġ;

(d)

meta jieqfu d-dmirijiet tal-aġent kuntrattwali, jekk il-persuna kkonċernata rriżenjat qabel ma tkun tat tnax-il xahar servizz fl-Istitut.

3.

L-aġenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2, u li jirċievu allowance tal-familja, għandhom ikunu intitolati għal:

(a)

rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li realment tħallsu mill-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba reġistrat/a tagħhom u minn ulied dipendenti meta dawn jingħaqdu mal-aġent kuntrattwali fil-post tas-servizz tiegħu;

(b)

rimborż tal-ispejjeż tal-vjaġġ li realment tħallsu mill-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba reġistrat/a tagħhom u minn ulied dipendenti tagħhom meta jmorru minn post tas-servizz għal post tas-servizz ieħor li jinsab aktar minn 100 km 'l bogħod, jekk it-tul ta' żmien tat-trasferiment mhux speċifikat iżda jaqbeż ix-xahrejn;

(c)

rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li realment tħallsu mill-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba reġistrata tagħhom u minn ulied dipendenti meta jintemmu d-doveri tagħhom, bl-eċċezzjoni li r-rimborż jista' jinċaħad jekk l-aġent kuntrattwali jirriżenja qabel ma jkun ikkompleta tnax-il xahar ta' servizz mal-Istitut.

4.

Il-konjuġi, sħab reġistrati u ulied dipendenti jew dipendenti kif definiti fl-Annessi III u IV għandhom jitqiesu bħala li għandhom l-istess grad tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

Taqsima II

Spejjeż tal-ġarr

1.

L-aġenti kuntrattwali li l-post ta' residenza tagħhom hu aktar minn 100 km mill-post tas-servizz tagħhom għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż li realment tħallsu għall-ġarr tal-oġġetti tad-dar fl-okkażjonijiet li ġejjin:

(a)

meta jinħatru;

(b)

mat-trasferiment ta' durata indefinita li teċċedi xahrejn minn post tas-servizz għal post tas-servizz ieħor li jkun iktar minn 100 km 'il bogħod;

(c)

meta jitilqu mill-Istitut, ħlief li r-rimborż jista' jiġi miċħud jekk l-aġent kuntrattwali jirriżenja qabel ma jkun ikkompleta tnax-il xahar servizz fl-Istitut.

2.

Ir-rimborż ikopri spejjeż li saru għall-ġarr tal-oġġetti personali, inklużi l-ispejjeż tal-imballaġġ u l-ispiża tal-assigurazzjoni għar-riskji ordinarji bħal tkissir, serq jew nar.

Biex jitolbu spejjeż taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Taqsima, l-aġenti kuntrattwali għandhom jippreżentaw tal-inqas żewġ stimi għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kap tal-Amministrazzjoni. L-istimi għandhom jirreferu għall-istess piż jew volum, trasportat fuq l-istess distanza.

Il-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Persunal jista', jekk huwa jikkunsidra l-istimi eċċessivi, jitlob stimi minn ditti oħra tal-ġarr.

Ir-rimborż għandu jsir fuq il-bażi tal-irħas stima.

3.

L-aġenti kuntrattwali jistgħu biss jitolbu rimborż taħt din it-Taqsima jekk l-ispiża inkwistjoni ma tistax tiġi rimborżata minn xi gvern jew awtorità oħra.

ANNESS VII

SPEJJEŻ TA' DMIRIJIET UFFIĊJALI

L-aġenti kuntrattwali li jivvjaġġaw fuq xogħol uffiċjali tal-Istitut għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar tagħhom u għal allowance ta' kuljum li tkopri s-sussistenza meta ma jkunux fil-post tax-xogħol tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Taqsima I

Mezzi ta' trasport

1.   L-ivvjaġġar fuq xogħol tal-aġenti kuntrattwali għandu jsir bil-mezzi l-aktar ekonomiċi disponibbli, soġġett għad-derogi previsti f'din it-Taqsima.

2.   L-ivvjaġġar bl-ajru u l-ivvjaġġar bil-ferrovija huma meqjusa bħala l-mezz normali ta' trasport. Id-Direttur jista', madankollu, jawtorizza kuntratt lill-aġenti kuntrattwali fuq doveri uffiċjali biex jużaw karozza privata jew uffiċjali.

Ħlief meta jkun awtorizzat mid-Direttur, l-ivvjaġġar bl-ajru kollu għandu jkun fil-klassi “economy” jew l-ekwivalenti.

Il-gradi A għandhom ikunu intitolati għall-ivvjaġġar bil-ferrovija fl-ewwel klassi u l-gradi B u C għandhom ikunu intitolati għall-ivvjaġġar bil-ferrovija fit-tieni klassi.

3.   L-aġenti kuntrattwali jistgħu jiġu awtorizzati jivvjaġġaw b'karrozza privata fl-interess tal-Istitut. F'tali każijiet, huma għandhom ikunu intitolati għal allowance kull kilometru maħduma abbażi tal-aktar rotta normali rapida. L-allowance għandha tiġi kkalkulata abbażi tar-rata li tapplika fil-pajjiż fejn jinsab il-post tas-servizz tal-aġent kuntrattwali, irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn isir il-vjaġġ.

Is-somma totali mħallsa għal vjaġġ bit-triq ma tistax taqbeż l-ammont li l-Istitut kien inkella jkollu jħallas.

Id-Direttur jista' jiddeċiedi li jestendi l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima għall-aġenti kuntrattwali.

Taqsima II

Allowance ta' sussistenza għall-aġenti kuntrattwali li jivvjaġġaw fuq xogħol uffiċjali

1.   Aġenti kuntrattwali li jivvjaġġaw fuq xogħol uffiċjali tal-Istitut għandhom ikunu intitolati għal allowance ta' sussistenza bir-rati approvati kull sena mill-Bord fuq il-bażi ta' proposta magħmula mill-Kumitat Koordinat dwar ir-Remunerazzjonijiet.

2.   L-allowance ta' sussistenza għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

(a)

Jekk il-missjoni tinvolvi alloġġ f'lukanda, l-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jitħallas l-allowance sħiħa ta' kuljum meta jippreżenta l-fattura korrispondenti.

(b)

Jekk il-missjoni ma tinvolvix alloġġ f'lukanda, l-ebda allowance ta' sussistenza m'għandha titħallas għal perijodi ta' inqas minn 4 sigħat, fejn il-perijodu ta' xogħol ikun ta' bejn 4 u 8 sigħat l-aġent kuntrattwali għandu jkun intitolat għal 25 % tal-allowance ta' kuljum. Għal perijodu ta' aktar minn tmien sigħat iżda inqas minn 24 siegħa, l-aġent kuntrattwali għandu jkun intitolat għal 50 % tal-allowance ta' kuljum. Il-perijodi parzjali minbarra kwalunkwe perijodu sħiħ ta' 24 siegħa għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod.

(c)

Il-vjaġġi uffiċjali li jsiru f'postijiet ta' servizz jew bejniethom ma għandhomx ikunu intitolati għal ħlas ta' allowance ta' sussistenza. F'dawk il-każijiet, l-ispejjeż tat-trasport, bħal spejjeż għall-parkeġġ tal-karozza u trasport pubbliku, għandhom jitħallsu mar-riċezzjoni tal-prova tal-ħlas.

(d)

għandu jiġi miżjud perijodu kunċettwali mal-ħin proprju tal-vjaġġ għall-iskop li tiġi kkalkulata l-allowance ta' sussistenza biex ikopri l-ħin tal-ivvjaġġar lejn l-istazzjon ewlieni jew l-ajruport.

3.   Tnaqqis tal-allowance ta' sussistenza

L-allowance għandha titnaqqas:

(a)

fejn il-vjaġġ ikun jinvolvi ikliet jew alloġġ bil-lejl: bi 15 % għal kull ikla prinċipali u b'50 % għal alloġġ bil-lejl previsti fit-tariffa;

(b)

bi 30 % jekk il-membru tal-persunal jivvjaġġa bit-tragett ta' bil-lejl, f'post jew kabina għall-irqad, bil-ferrovija jew bl-ajru, għall-perijodu kopert bil-vjaġġ;

(c)

bi tliet kwarti meta l-alloġġ ikun ipprovdut minn korp estern.

4.   Żidiet mal-allowance ta' sussistenza

L-allowance għandha titqies li tkopri l-ispejjeż kollha li jista' jkollu jħallas aġent kuntrattwali li jivvjaġġa fuq xogħol, ħlief għall-ispejjeż elenkati hawn taħt, li għalihom jista' jintalab rimborż miżjud:

(a)

ħlasijiet ta' viża u ħlasijiet simili li jirriżultaw direttament mill-vjaġġ fuq xogħol uffiċjali;

(b)

ħlasijiet għal piż eċċessiv ta' bagalji awtorizzat espressament mid-Direttur;

(c)

ħlasijiet għall-komunikazzjoni debitament ġustifikati bħal ħlasijiet tal-Internet, tal-posta, tat-telefon, li jsiru għal skopijiet uffiċjali;

(d)

spejjeż ta' ospitalità mġarrba mill-membri tal-persunal;

(e)

ħlasijiet ta' taxi, bil-kondizzjoni li d-Direttur ikun ta l-approvazzjoni minn qabel tiegħu u tintwera evidenza tan-nefqa.

Id-Direttur għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

ANNESS VIII

LEAVE TAL-MARD, LEAVE TAL-MATERNITÀ U TAL-PATERNITÀ, LEAVE TAL-ĠENITURI U LEAVE SPEĊJALI IEĦOR

1.   Assenza għal raġunijiet ta' saħħa u leave tal-mard

(a)   L-aġenti kuntrattwali assenti minħabba mard jew inċident għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi għandhom ikunu meħtieġa jipproduċu ċertifikat mediku fi żmien tlett ijiem minn meta jieqfu mix-xogħol.

(b)   L-assenzi kkawżati minn mard jew inċident li ma jdumux aktar minn tlett ijiem u li għalihom ma jiġix provdut ċertifikat mediku jistgħu, jekk jaqbżu d-disat ijiem ta' xogħol f'sena kalendarja, jagħtu lok għal tnaqqis korrispondenti mil-leave annwali dovut lill-aġent kuntrattwali kkonċernat jew tnaqqis korrispondenti fir-remunerazzjoni tiegħu jekk l-aġent kuntrattwali diġà ħa l-leave annwali kollu tiegħu.

(c)   L-aġenti kuntrattwali assenti minħabba mard jew inċident huma intitolati, jekk jipproduċu ċertifikat mediku, għal leave tal-mard bis-salarju u l-allowances mħallsa kollha għal perijodu ta' mhux aktar minn tlettax-il ġimgħa konsekuttiva.

(d)   Aġent kuntrattwali jista' jintalab li jsirlu eżami mediku skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolamenti tal-Persunal fil-każ ta' assenza kontinwa li teċċedi t-tlettax-il ġimgħa konsekuttiva minħabba mard jew inċident, jew fil-każ tar-rikorrenza frekwenti ta' perijodi qosra ta' mard.

(e)   Fi kwalunkwe żmien waqt il-leave tal-mard ta' aġent kuntrattwali, l-Istitut jista' jitlob kontroll mediku minn ċentru mediku indipendenti.

2.   Mard li jittieħed, tilqim u inċidenti

(a)   Kull aġent kuntrattwali li taqbdu marda li tittieħed m'għandux imur għax-xogħol u għandu minnufih jirrapporta ċ-ċirkostanzi lill-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Persunal. Jekk tiġi rapportata marda li tittieħed fil-familja jew il-ħbieb intimi ta' aġent kuntrattwali, dan tal-aħħar għandu minnufih jinforma lill-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Persunal u jikkonforma ma' tali prekawzjonijiet tas-saħħa li jista' jippreskrivi dak l-uffiċjal. L-aġenti kuntrattwali kollha li kienu f'kuntatt ma' persuna li qabditha marda li tittieħed u għandhom għalhekk l-obbligu li ma jmorrux għax-xogħol għandhom ikunu intitolati għar-remunerazzjoni kollha tagħhom; tali assenza m'għandhiex titnaqqas mid-dritt għal-leave kemm tal-mard u lanqas għal dak annwali

(b)   L-aġenti kuntrattwali għandhom jippreżentaw ruħhom għal kull tilqim preventiv jew inokulazzjoni li jista' jkun meħtieġ.

(c)   L-inċidenti kollha tal-aġenti kuntrattwali, fuq ix-xogħol jew barra mill-Istitut, anke jekk dak il-ħin jistgħu jidhru insinifikanti, għandhom jiġu rappurtati minnufih mill-aġenti kuntrattwali lill-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Persunal, flimkien mal-ismijiet u l-indirizzi ta' kwalunkwe xhieda

3.   Leave speċjali, leave taż-żwieġ u leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri

(a)   Leave speċjali bi ħlas sħiħ jew parzjali, li ma jaqbiżx għaxart ijiem kull sena, jew mingħajr ħlas, jista' jingħata mid-Direttur għal raġunijiet privati eċċezzjonali jew urġenti.

(b)   Leave speċjali għal ħamest ijiem bi ħlas sħiħ għandu jingħata fl-okkażjoni taż-żwieġ tal-aġent kuntrattwali.

(c)   L-aġenti kuntrattwali għandu jingħatalhom leave speċjali għal ħamest ijiem fl-okkażjoni tal-mewt ta' konjuġi, ta' dixxendent dirett jew ta' antenat dirett.

(d)   Għandu jingħata leave tal-maternità bi ħlas sħiħ, li ma jitteħidx mil-leave tal-mard jew dak annwali, lill-aġenti kuntrattwali li jipproduċu ċertifikat mediku adatt. Il-leave tal-maternità għandu jkun ta' sittax-il ġimgħa.

Il-leave għandu jibda mhux qabel sitt ġimgħat qabel id-data mistennija tat-twelid kif tidher fiċ-ċertifikat u jintemm mhux qabel l-għaxar ġimgħat u mhux aktar tard minn 16-il ġimgħa wara d-data tat-twelid.

Fil-każ ta' twelid multiplu jew prematur jew it-twelid ta' wild b'diżabbiltà, id-durata tkun ta' 20 ġimgħa. Għall-iskopijiet ta' din id-dispożizzjoni twelid prematur huwa twelid li jsir qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa ta' tqala.

(e)   Għandu jingħata leave tal-maternità bi ħlas sħiħ, li ma jitteħidx mil-leave tal-mard jew dak annwali, lill-aġenti kuntrattwali femminili li legalment jadottaw wild taħt it-18-il sena.

Il-leave tal-maternità għandu jkun ta' sittax-il ġimgħa u leave bħal dan għandu jibda mid-data ta' meta jasal il-wild fid-dar il-ġdida tal-wild.

Fil-każ ta' adozzjonijiet multipli jew l-adozzjoni ta' wild b'diżabbiltà, id-durata tal-leave tal-maternità għandha tkun ta' għoxrin ġimgħa.

(f)   Leave tal-paternità

Il-leave tal-paternità ta' għaxart ijiem tax-xogħol b'emolumenti sħaħ għandu jingħata lill-aġenti kuntrattwali maskili mat-twelid jew l-adozzjoni ta' wild li huwa rikonoxxut bħala dipendenti kif definit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u, f'każ ta' adozzjoni, li jkun taħt 18-il sena. Huwa għandu jiżdied għal 12-il jum tax-xogħol fil-każ ta' twelid multiplu jew ta' twelid ta' wild b'diżabbiltà.

Il-leave għandu jibda mid-data tat-twelid tal-wild jew mal-wasla tal-wild fid-dar il-ġdida tal-wild, iżda jista' jkun pospost jekk il-wild jinżamm l-isptar.

(g)   Leave tal-ġenitur jew tal-familja

Aġent kuntrattwali għandu jkun intitolat sa xahrejn leave tal-ġenitur mingħajr salarju bażiku għal kull wild, li għandhom jittieħdu matul l-ewwel tnax-il xahar wara t-twelid jew l-adozzjoni tal-wild. Il-leave minimu li jista' jittieħed fi żmien partikolari m'għandux ikun ta' inqas minn xahar.

Matul il-leave tal-ġenituri, is-sħubija tal-aġent kuntrattwali fis-sistema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli. Il-kisba ta' drittijiet għal pensjoni, l-allowance tat-tfal u ta' dipendenti oħra u l-allowance tal-edukazzjoni għandhom jinżammu. L-aġent kuntrattwali għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u jkompli jkun intitolat biex javvanza fi skala ogħla jew promozzjoni fil-grad.

Waqt il-leave tal-ġenitur, l-aġent kuntrattwali għandu jkun intitolat għal allowance ta' EUR 800 fix-xahar iżda ma jistax ikun involut f'impjieg ieħor bi qligħ.

Il-kontribuzzjoni sħiħa tal-iskema tas-sigurtà soċjali għandu jidħol għaliha l-Istitut.

(h)   Aġenti kuntrattwali msejħa biex iservu fil-forzi armati għal perijodu ta' taħriġ għandhom dritt għal leave speċjali mħallas ta' massimu ta' ġimagħtejn fis-sena jew erba' ġimgħat kull sentejn.

Il-perijodi ta' sejħa lura, li jestendu aktar minn dawn il-limiti, għandhom jitnaqqsu mill-leave annwali tal-aġent kuntrattwali.

Jekk aġent kuntrattwali jirċievi kumpens finanzjarju mill-awtorità nazzjonali li sejħitlu, l-ammont ta' tali kumpens għandu jitnaqqas mis-salarju tal-aġent kuntrattwali.

ANNESS IX

REGOLI DWAR INVESTIGAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U PROĊEDIMENTI U MIŻURI DIXXIPLINARJI

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1.   Kull meta investigazzjoni interna turi l-possibbiltà li aġent kuntrattwali attwali jew ex-aġent kuntrattwali naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, dik il-persuna għandha tiġi nfurmata malajr, sakemm dan ma jkunx ta' dannu għall-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, ma jistgħux jittieħdu konklużjonijiet li jirreferu għal aġent kuntrattwali b'ismu jekk l-investigazzjoni tkun kompluta mingħajr ma tingħata l-opportunità lil dak l-aġent kuntrattwali biex jikkummenta dwar fatti li jikkonċernaw dik il-persuna. Il-konklużjonijiet għandhom jagħmlu referenza għal dawk il-kummenti.

2.   F'każijiet li jirrikjedu segretezza assoluta għall-finijiet tal-investigazzjoni u jeħtieġu l-użu ta' proċeduri investigattivi li jaqgħu fil-mandat ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali, tista' tiġi differita l-konformità mal-obbligu li jiġi mistieden l-aġent kuntrattwali biex jikkummenta, bi ftehim mad-Direttur. F'każijiet bħal dawn, ebda proċediment dixxiplinarju ma jista' jinfetaħ qabel ma l-aġent kuntrattwali jkun ingħata l-opportunità li jikkummenta.

3.   Jekk, wara investigazzjoni interna, ma jkunx hemm każ kontra aġent kuntrattwali li dwaru jkunu saru l-allegazzjonijiet, l-investigazzjoni inkwistjoni għandha tingħalaq, mingħajr ma tittieħed aktar azzjoni, b'deċiżjoni tad-Direttur, li għandu jinforma bil-miktub lill-aġent kuntrattwali. L-aġent kuntrattwali jista' jitlob li din id-deċiżjoni tidħol fil-fajl personali tiegħu.

4.   Id-Direttur għandu jinforma lill-persuna kkonċernata meta tintemm l-investigazzjoni, u għandu jikkomunika lil dik il-persuna l-konklużjonijiet tar-rapport tal-investigazzjoni.

Artikolu 2

1.   Abbażi tar-rapport tal-investigazzjoni, wara li jkun għarraf lill-aġent kuntrattwali kkonċernat dwar il-provi kollha fil-fajls u wara li jkun sema' lill-aġent kuntrattwali kkonċernat, id-Direttur jista':

(a)

jiddeċiedi li m'hemm l-ebda każ kontra l-aġent kuntrattwali, f'tali każ huwa għandu jiġi infurmat kif meħtieġ bil-miktub;

(b)

jiddeċiedi li, anki jekk hemm, jew jidher li kien hemm, nuqqas ta' konformità mill-aġent kuntrattwali mal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, m'għandha tiġi imposta ebda miżura dixxiplinarja u, jekk ikun xieraq, iwissi verbalment lill-aġent kuntrattwali; jew

(c)

fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal:

(i)

jiddeċiedi li jagħti bidu għall-proċeduri dixxiplinarji previsti fit-Taqsima 4 ta' dan l-Anness; jew

(ii)

jiddeċiedi li jagħti bidu għall-proċeduri dixxiplinarji quddiem il-Bord Dixxiplinarju.

Artikolu 3

Aġent kuntrattwali li, għal raġunijiet oġġettivi, ma jistax jinstema' skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness jista' jintalab biex jikkummenta bil-miktub jew jiġi rappreżentat minn persuna magħżula minnu.

Taqsima 2

Bord Dixxiplinarju

Artikolu 4

1.   B'dan huwa stabbilit Bord Dixxiplinarju li l-membri tiegħu jistgħu jintgħażlu mill-membri tal-persunal tal-Istitut jew ta' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Bord Dixxiplinarju għandu jikkonsisti minn president u żewġ membri sħaħ, li jistgħu jkunu sostitwiti minn membri supplenti.

Artikolu 5

1.   Id-Direttur u l-Kumitat tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom kull wieħed jaħtru fl-istess ħin membru u membru supplenti. Jekk għal kwalunkwe raġuni ma jinħatar l-ebda membru u l-ebda membru supplenti mill-Kumitat tal-Persunal id-Direttur jista' jaħtar membri temporanji biex jissostitwixxuhom sakemm jinħatru.

2.   Il-President għandu jkun il-President tal-Bord tal-Istitut. Il-membru supplenti għall-President għandu jiġi maħtur mid-Direttur.

3.   Il-President, il-membri u l-membri supplenti għandhom jiġu maħtura għal perijodu ta' tliet snin. Madankollu, l-Istitut jista' jipprevedi perijodu iqsar għall-membri u l-membri supplenti, suġġett għal minimu ta' sena.

4.   L-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jkun intitolat li jirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord Dixxiplinarju fi żmien ħamest ijiem mill-istabbiliment tal-Bord Dixxiplinarju. Id-Direttur huwa wkoll intitolat li jiċħad wieħed mill-membri tal-Bord. Fl-istess limitu ta' żmien, il-membri tal-Bord Dixxiplinarju jistgħu jitolbu li jkunu skużati mid-dover għal raġunijiet leġittimi u għandhom jirtiraw mill-Bord Dixxiplinarju jekk jeżisti konflitt ta' interess.

Artikolu 6

1.   Il-President u l-membri tal-Bord Dixxiplinarju għandhom ikunu kompletament indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.   Id-deliberazzjonijiet u l-proċedimenti tal-Bord Dixxiplinarju m'għandhomx jiġu żvelati.

Taqsima 3

Miżuri dixxiplinarji

Artikolu 7

1.   Id-Direttur jista' jimponi waħda mill-miżuri dixxiplinarji li ġejjin:

(a)

twissija bil-miktub;

(b)

twiddiba;

(c)

differiment ta' promozzjoni għal skala ogħla għal perijodu ta' bejn xahar u 23 xahar;

(d)

relegazzjoni fl-iskala;

(e)

tneħħija mill-pożizzjoni, li tinvolvi t-tmiem ta' kuntratt, possibbilment flimkien mat-telfien totali jew parzjali tal-kumpens għat-telf tal-impjieg

2.   Fejn l-aġent kuntrattwali ikun qed jirċievi pensjoni tal-irtirar jew allowance tal-invalidità, id-Direttur jista' jiddeċiedi li jżomm ammont mill-pensjoni jew mill-allowance tal-invalidità għal perijodu partikolari. L-effetti ta' din il-miżura m'għandhomx jestendu għad-dipendenti tal-aġent kuntrattwali. Madankollu, id-dħul tal-aġent kuntrattwali ma jistax ikun inqas miċ-ċifra minima ta' sussistenza li tikkorrispondi għas-salarju bażiku ta' aġent kuntrattwali fil-pożizzjoni C1/1, biż-żieda ta' kwalunkwe allowance tal-familja li tkun pagabbli.

3.   L-istess imġiba ħażina ma tistax twassal għal aktar minn miżura dixxiplinarja waħda.

Artikolu 8

Is-severità tal-miżuri dixxiplinarji imposti għandha tkun proporzjonata għas-serjetà tal-imġiba ħażina. Sabiex tiġi determinata s-serjetà tal-imġiba ħażina u sabiex tiġi deċiża l-miżura dixxiplinarja li għandha tiġi imposta, b'mod partikolari għandu jitqies:

(a)

it-tip ta' mġiba ħażina u f'liema ċirkostanzi saret;

(b)

sa liema punt l-imġiba ħażina taffettwa ħażin l-integrità, ir-reputazzjoni jew l-interessi tal-Istitut;

(c)

sa liema punt l-imġiba ħażina tinvolvi azzjonijiet intenzjonali jew negliġenza;

(d)

ir-raġunijiet għall-imġiba ħażina tal-aġent kuntrattwali;

(e)

il-grad u l-anzjanità tal-aġent kuntrattwali;

(f)

il-livell tar-responsabbiltà personali tal-aġent kuntrattwali;

(g)

il-livell tad-doveri u r-responsabbiltajiet tal-aġent kuntrattwali;

(h)

jekk l-imġiba ħażina tinvolvix azzjoni jew imġiba ripetuta;

(i)

l-imġiba tal-aġent kuntrattwali matul il-karriera tiegħu.

Taqsima 4

Proċedimenti dixxiplinarji li ma jinvolvux lill-Bord Dixxiplinarju

Artikolu 9

Id-Direttur jista' joħroġ twissija bil-miktub jew twiddiba mingħajr ma jikkonsulta lill-Bord Dixxiplinarju. F'tali każ, qabel ma tali azzjoni tittieħed mid-Direttur, l-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jinstema'.

Taqsima 5

Proċedimenti dixxiplinarji quddiem il-Bord Dixxiplinarju

Artikolu 10

1.   Id-Direttur għandu jippreżenta rapport lill-Bord Dixxiplinarju, fejn jiddikjara b'mod ċar il-fatti lmentati u, fejn xieraq, iċ-ċirkostanzi li fihom seħħew, inklużi kwalunkwe fatti aggravanti jew estenwanti.

2.   Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-aġent kuntrattwali u lill-President tal-Bord Dixxiplinarju, li għandu jġibu għall-attenzjoni tal-membri tal-Bord Dixxiplinarju.

Artikolu 11

1.   Meta jirċievi r-rapport, l-aġent kuntrattwali konċernat għandu jkollu d-dritt jikseb il-fajl personali komplut tiegħu u li jieħu kopji tad-dokumenti kollha rilevanti għall-proċedimenti, inklużi provi eżoneranti.

2.   L-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jkollu mhux inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ikun irċieva r-rapport li jagħti bidu għall-proċedimenti dixxiplinari biex jipprepara difiża.

3.   L-aġent kuntrattwali jista' jkun assistit minn persuna magħżula minnu.

Artikolu 12

Jekk, fil-preżenza tal-President tal-Bord Dixxiplinarju, l-aġent kuntrattwali kkonċernat jammetti mġiba ħażina min-naħa tiegħu u jaċċetta bla riżerva r-rapport imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness, id-Direttur jista', skont il-prinċipju tal-proporzjonalità bejn in-natura tal-imġiba ħażina u l-miżura dixxiplinarja li tkun qed tiġi kkunsidrata, jirtira l-każ mill-Bord Dixxiplinarju. Fejn każ jiġi rtirat mill-Bord Dixxiplinarju l-President għandu jagħti opinjoni dwar il-miżura dixxiplinarja kkunsidrata. Taħt din il-proċedura d-Direttur jista', b'deroga mill-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, jimponi waħda mill-miżuri dixxiplinarji previsti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 7(1) ta' dan l-Anness.

L-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jiġi infurmat qabel ma jiġi rikonoxxut l-imġiba ħażina tiegħu bil-konsegwenzi possibbli ta' tali rikonoxximent.

Artikolu 13

Qabel l-ewwel laqgħa tal-Bord Dixxiplinarju, il-President għandu jagħti lil wieħed mill-membri tiegħu l-kompitu li jipprepara rapport ġenerali dwar il-kwistjoni u għandu jinforma lill-membri l-oħrajn tal-Bord Dixxiplinarju kif meħtieġ.

Artikolu 14

1.   L-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jinstema' mill-Bord Dixxiplinarju. Fis-smigħ, huwa jista' jippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub jew verbalment, kemm jekk in persona jew permezz ta' rappreżentant. L-aġent kuntrattwali jista' jsejjaħ xhieda.

2.   L-Istitut għandu jkun rappreżentat quddiem il-Bord Dixxiplinarju minn aġent kuntrattwali b'mandat tad-Direttur għal dan l-effett.

Artikolu 15

Wara li jikkunsidra d-dokumenti ppreżentati u kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula kemm bil-fomm jew bil-miktub, il-Bord Dixxiplinarju għandu, b'vot ta' maġġoranza, jagħti opinjoni motivata dwar jekk il-fatti li sar ilment dwarhom humiex stabbiliti u dwar kwalunkwe miżura dixxiplinarja li tirriżulta minn dawk il-fatti. L-opinjoni għandha tkun iffirmata mill-membri kollha tal-Bord. Il-Bord Dixxiplinarju għandu jittrasmetti l-opinjoni lid-Direttur u lill-aġent kuntrattwali kkonċernat fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun irċieva r-rapport lid-Direttur, bil-kondizzjoni li dan il-limitu ta' żmien ikun proporzjonat mal-grad ta' kumplessità tal-każ.

Artikolu 16

1.   Wara li jisma' lill-aġent kuntrattwali, id-Direttur għandu jieħu deċiżjoni kif previst fl-Artikoli 8 u 9 ta' dan l-Anness fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tal-opinjoni tal-Bord Dixxiplinarju. Għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni.

2.   Jekk id-Direttur jiddeċiedi li jagħlaq il-każ mingħajr ma jimponi ebda miżura dixxiplinarja, huwa għandu jinforma lill-aġent kuntrattwali kkonċernat b'dan bil-miktub u mingħajr dewmien. L-aġent kuntrattwali kkonċernat jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-fajl personali tiegħu.

Artikolu 17

1.   L-ispejjeż magħmulin mill-aġent kuntrattwali kkonċernat waqt proċedimenti dixxiplinarji, u b'mod partikolari kumpensi mħallsa lil persuna magħżula biex tgħin lill-aġent kuntrattwali jew għad-difiża tiegħu, għandhom jitħallsu mill-aġent kuntrattwali fejn il-proċedimenti dixxiplinarji jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' waħda mill-miżuri dixxiplinarji previsti fl-Artikolu 7 ta' dan l-Anness.

2.   Madankollu, id-Direttur jista' jiddeċiedi mod ieħor f'każijiet eċċezzjonali fejn il-piż fuq l-aġent kuntrattwali kkonċernat ma jkunx ġust.

Taqsima 6

Sospensjoni

Artikolu 18

1.   Jekk id-Direttur jakkuża lil aġent kuntrattwali b'imġiba serjament ħażina, kemm jekk b'nuqqas li jonora l-obbligi professjonali tiegħu jew bi ksur tal-liġi, id-Direttur jista' jissospendih minnufih għal perijodu speċifikat jew indefinit.

2.   Id-Direttur għandu jieħu din id-deċiżjoni wara li jkun sema' lill-aġent kuntrattwali kkonċernat, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Artikolu 19

1.   Id-deċiżjoni li tissospendi aġent kuntrattwali għandha tiddikjara jekk l-aġent kuntrattwali għandux ikompli jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu waqt il-perijodu ta' sospensjoni jew liema parti minnha għandha tinżamm. L-ammont imħallas lill-aġent kuntrattwali m'għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun inqas miċ-ċifra minima ta' sussistenza li tikkorrispondi għas-salarju bażiku ta' aġent kuntrattwali fil-grad C 1/1, biż-żieda ta' kwalunkwe allowance tal-familja pagabbli.

2.   Is-sitwazzjoni ta' aġent kuntrattwali sospiż għandha tiġi deċiża definittivament fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ssir effettiva s-sospensjoni. Jekk ma tittieħed ebda tali deċiżjoni fi żmien sitt xhur, l-aġent kuntrattwali kkonċernat għandu jkun intitolat li jirċievi mill-ġdid ir-remunerazzjoni sħiħa, soġġett għall-paragrafu 3.

3.   Tista' tkompli tinżamm parti mir-remunerazzjoni wara l-iskadenza ta' sitt xhur imsemmija fil-paragrafu 2 jekk l-aġent kuntrattwali kkonċernat ikun is-suġġett ta' proċedimenti kriminali għall-istess atti u huwa f'kustodja bħala riżultat ta' dawk il-proċedimenti. F'tali każijiet l-aġent kuntrattwali m'għandux jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa sakemm il-qorti kompetenti ma tkunx ordnat il-ħelsien tal-aġent kuntrattwali.

4.   Is-somom miżmuma skont il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lura lill-aġent kuntrattwali jekk id-deċiżjoni finali timponi miżura dixxiplinarja li ma tkunx aktar severa minn twissija bil-miktub, twiddiba, jew differiment ta' promozzjoni għal skala ogħla, jew jekk l-ebda miżura dixxiplinarja ma tiġi imposta. Fil-każ tal-aħħar, il-ħlas lura għandu jsir b'interessi komposti bir-rata ta' 3,5 % fis-sena.

Taqsima 7

Prosekuzzjoni kriminali parallela

Artikolu 20

Fejn aġent kuntrattwali jiġi soġġett għal proċedimenti kriminali għall-istess atti, għandha tittieħed deċiżjoni finali fuq miżuri dixxiplinarji biss wara li tingħata sentenza finali mill-qorti li tismal-kawża.

Taqsima 8

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

Aġent kuntrattwali li fuqu ġiet imposta miżura dixxiplinarja barra minn tneħħija mill-post jista', wara tliet snin fil-każ ta' twissija bil-miktub jew twiddiba u wara sitt snin fil-każ ta' kwalunkwe miżura dixxiplinarja oħra, jippreżenta talba għat-tħassir ta' kwalunkwe referenza għal tali miżura mill-fajl personali tiegħu. Id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk jilqax dik it-talba.

Artikolu 22

Fejn jitfaċċaw fatti ġodda sostnuti minn provi rilevanti, jistgħu jerġgħu jinfetħu proċedimenti dixxiplinarji mid-Direttur fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara applikazzjoni mill-aġent kuntrattwali kkonċernat.

Artikolu 23

Jekk ma jitressaq l-ebda każ kontra l-aġent kuntrattwali wara li tkun ingħatat opinjoni mill-Bord Dixxiplinarju skont l-Artikolu 15 ta' dan l-Anness, l-aġent kuntrattwali jkun intitolat li jitlob indennizz għall-ħsara li ġarrab permezz ta' pubbliċità adatta għad-deċiżjoni tad-Direttur.

Artikolu 24

Id-Direttur għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

ANNESS X

BORD TAL-APPELLI

1.   Ġurisdizzjoni

Il-Bord tal-Appelli għandu l-awtorità li jirriżolvi disputi li jirriżultaw mill-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal jew tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal. Għal dak il-għan huwa għandu jkollu ġurisdizzjoni rigward l-appelli mressqa minn aġenti kuntrattwali fis-servizz jew li kienu fis-servizz, jew mill-eredi jew rappreżentanti tagħhom, fuq deċiżjoni tad-Direttur.

2.   Kompożizzjoni u status

(a)

Il-Bord tal-Appelli għandu jikkonsisti minn President u żewġ membri. Huma jistgħu jiġu sostitwiti minn supplenti. Kulħadd għandu jkollu kwalifiki legali.

(b)

Il-President, il-viċi tiegħu, il-membri u d-deputati tagħhom għandhom jinħatru mill-Bord tal-Istitut għal perijodu ta' tliet snin, li jiġġedded, minn barra l-persunal tal-Istitut. Jekk xi ħadd minnhom f'xi mument ma jkunx jista' jservi, għandha ssir ħatra ġdida għall-parti mhux skaduta tal-mandat.

(c)

Ma tista' ssir ebda laqgħa tal-Bord tal-Appelli jekk il-President, jew il-Viċi tiegħu, u żewġ membri, jew is-supplenti tagħhom, ma jkunux preżenti.

(d)

Il-membri tal-Bord tal-Appelli għandhom ikunu għalkollox indipendenti fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom.

(e)

L-emolumenti tal-President, il-membri u s-supplenti għandhom jiġu determinati mill-Bord tal-Istitut.

(f)

Il-Bord tal-Appelli għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu li għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

3.   Segretarjat tal-Bord

(a)

Is-Segretarju tal-Bord għandu jiġi maħtur mid-Direttur u għandu jkun membru tal-persunal tal-Istitut.

(b)

Fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, is-Segretarju tal-Bord għandu jaġixxi bħala reġistratur u għandu jkun soġġett biss għall-awtorità tal-Bord.

4.   Appelli

(a)

L-appelli ppreżentati lill-Bord għandhom ikunu ammissibbli biss jekk l-appellant ikun ipprova mingħajr suċċess jikseb sodisfazzjon permezz ta' appell amministrattiv lid-Direttur.

(b)

L-appellant għandu jkollu perijodu ta' għoxrin jum min-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolamenti tal-Persunal jew mid-data tar-rifjut, minn xi waħda mill-partijiet, tal-konklużjonijiet tal-medjatur msemmija fl-Artikolu 28(4) tar-Regolamenti tal-Persunal li fih jista' jippreżenta talba bil-miktub biex tali deċiżjoni tiġi rtirata jew mibdula mill-Bord tal-Appelli. Dik it-talba għandha tiġi indirizzata lill-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Persunal tal-Istitut, li għandu jirrikonoxxi li rċeviha u jagħti bidu għall-proċedura biex jitlaqqa' l-Bord.

(c)

L-appelli għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat tal-Bord tal-Appelli fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni kkontestata. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-pensjonijiet, il-Bord tal-Appelli jista' jaċċetta appelli ddepożitati fi żmien sena mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni kkontestata.

(d)

L-appelli għandhom ikunu bil-miktub. Huma għandhom isemmu r-raġunijiet kollha għall-appell imressqa mill-appellant u fl-istess ħin għandha tiġi ppreżentata l-evidenza dokumentata ta' sostenn.

(e)

L-appelli m'għandhomx jissospendu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet appellati.

5.   Proċedura preliminari

(a)

L-appelli għandhom jintbagħtu minnufih lid-Direttur, li għandu jagħti l-kummenti tiegħu dwaru bil-miktub. Kopja ta' dawn il-kummenti għandha, fi żmien xahar mid-data tad-depożitu tal-appell, tiġi komunikata lis-Segretarju tal-Bord, u lill-appellant, li fi żmien għoxrin jum jista' jibgħat tweġiba bil-miktub, li kopja tagħha għandha tiġi komunikata minnufih lid-Direttur mis-Segretarju tal-Bord.

(b)

L-appelli, flimkien mal-memoranda u l-evidenza dokumentata ta' sostenn, il-kummenti tad-Direttur u t-tweġiba tal-appellant, jekk ikun hemm, għandhom jiġu komunikati lill-membri tal-Bord mis-Segretarjat tiegħu fi żmien tliet xhur mid-depożitu tal-appell u mill-inqas ħmistax-il jum qabel id-data tal-laqgħa li fiha għandhom jiġu kkunsidrati.

6.   Tlaqqigħ tal-Bord

Il-Bord tal-Appelli għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu. Fil-prinċipju huwa għandu jikkunsidra l-appelli ppreżentati lilu fi żmien erba' xhur mid-data li fiha ġew depożitati.

7.   Laqgħat tal-Bord

(a)

Il-laqgħat tal-Bord tal-Appelli għandhom jinżammu fil-privat (sakemm il-Bord ma jiddeċidix mod ieħor). Il-Bord għandu jiddelibera fis-sigriet.

(b)

Id-Direttur jew ir-rappreżentant tiegħu, u l-appellant, għandhom jattendu l-proċedimenti. Huma jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet verbali b'sostenn tar-raġunijiet miġjuba fil-memorandums tagħhom.

(c)

Il-Bord jista' jesiġi l-produzzjoni ta' kull dokument li huwa jqis utli għall-konsiderazzjoni tal-appell ta' quddiemu. Id-dokumenti hekk ipprovduti għandhom jiġu komunikati wkoll lid-Direttur u l-appellant.

(d)

Il-Bord għandu jismal-partijiet u tali xhieda li jqis li jistgħu jkunu utli għal dak li jixhdu fil-proċedimenti. Kull membru tal-persunal imsejjaħ bħala xhud għandu jidher quddiem il-Bord u ma jistax jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni meħtieġa.

(e)

Il-persuni li jattendu laqgħa tal-Bord m'għandhom fl-ebda każ jiżvelaw il-fatti li jsiru jafu dwarhom jew l-opinjonijiet espressi matul il-proċedimenti.

8.   Deċiżjonijiet tal-Bord

(a)

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord jista' jagħti ordni temporanja li tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni appellata, sa meta tittieħed deċiżjoni finali skont il-punti (b) u (c).

(b)

Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'vot ta' maġġoranza. Huma għandhom ikunu bil-miktub u jsemmu r-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. M'għandu jkun hemm ebda appell minnhom, u jistgħu jiġu nfurzati għaż-żewġ partijiet fi żmien jum liberu min-notifika tagħhom.

(c)

Il-Bord jista', madankollu, jiġi mitlub jirrettifika xi żball ta' tfassil jew aċċidentali fid-deċiżjoni li huwa jkun adotta. It-talbiet għal rettifika għandhom jiġu preżentati fi żmien sitt xhur mid-data meta jiġi nnotat l-iżball.