13.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1137

tat-12 ta' Lulju 2016

dwar it-tnedija tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610.

(2)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE, EUTM RCA għandha titnieda fis-16 ta' Lulju 2016.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, la hi marbuta minnha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din il-missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan tal-Missjoni u r-Regoli tal-Parteċipazzjoni li jikkonċernaw il-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) huma approvati.

Artikolu 2

EUTM RCA għandha titnieda fis-16 ta' Lulju 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)   ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.