|
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1123
tas-17 ta' Ġunju 2016
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU Nri 15 u 16, il-proposti għal Regolamenti ġodda tan-NU dwar Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, il-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). |
|
(2) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). |
|
(3) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi ta' approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat regolamenti adottati taħt il-Ftehim Rivedut tal-1958 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-Regolamenti tan-NU” fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, kemm bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, kif ukoll bir-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU (GTR) Nri 15 u 16, jeħtieġ li jiġu adattati skont il-progress tekniku. |
|
(5) |
Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u l-Istallazzjoni tat-Tajers, erba' Regolamenti ġodda tan-NU għandhom jiġu adottati. |
|
(6) |
Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-proċedura tal-kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' ċerti tipi ta' emissjonijiet, ir-Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU (GTR) għandu jiġu adottat. |
|
(7) |
Sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998, Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) għandha tiġi adottata. |
|
(8) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-kumitati rilevanti tal-UNECE, jiġifieri l-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni tal-atti tan-NU msemmija hawn fuq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perijodu mill-20 sal-24 ta' Ġunju 2016 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) ( ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
|
Titolu tal-punt tal-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 9 (Storbju ta' vetturi bi tliet roti) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/45 |
|
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/33 |
|
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/34 |
|
Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje 11 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta' vetturi tqal) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/49 |
|
Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13-H (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/50 |
|
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/35 |
|
Proposta għas-Suppliment 7 tas-sensiela 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/36 |
|
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 30 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/51 |
|
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/46 |
|
Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/37 |
|
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/40 |
|
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/41 |
|
Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/52 |
|
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 55 (Perni mekkaniċi) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/53 |
|
Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament tan-NU Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq (mopeds/muturi)) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/27 |
|
Proposta għal serje 03 ġdida ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 64 (Unità ta' emerġenza għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat, sistema tat-tip run flat u sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/54 |
|
Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 75 (Tajers għall-vetturi tal-kategorija L) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/55 |
|
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 78 (Ibbrejkjar (vetturi tal-kategorija L)) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/56 u WP.29-169-03 |
|
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tat-tmun) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/57 |
|
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/42 |
|
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/43 |
|
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 90 (sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/58 |
|
Proposta għas-Suppliment 14 tar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/59 |
|
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/74 |
|
Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 115 (Sistemi ta' twaħħil tal-LPG u s-CNG) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/44 |
|
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 117 (Tajers, reżistenza għad-dawrien, il-ħoss fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/60 |
|
Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal (ECRS)) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/38 |
|
Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil (HFCV)) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/39 |
|
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistema għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/61 |
|
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/62 |
|
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistemi għall-Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (BAS) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/63 |
|
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Installazzjoni tat-Tajers |
ECE/TRANS/WP.29/2016/64 |
|
Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 15 (Proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/68 |
|
Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 16 (Tajers) |
ECE/TRANS/WP.29/2016/70 |
|
Proposta għar-Reżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) — Titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998 |
ECE/TRANS/WP.29/2016/65 |
|
Proposta għal Regolament Tekniku Globali (UN GTR) dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti mgħammrin b'magna bil-kombustjoni fir-rigward tal-kaxxa tal-krank u tal-emissjonijiet evaporattivi |
ECE/TRANS/WP.29/2016/66 |