7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/47


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1100

tal-5 ta' Lulju 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Costa Rica, tal-Ġermanja, tal-Litwanja, tan-Namibja u ta' Spanja

(innotifikata bid-dokument C(2016) 4134)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju negliġibbli tal-BSE, riskju kkontrollat tal-BSE, u riskju indeterminat tal-BSE.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-istatus tal-BSE ta' pajjiżi jew ta' reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta' Pajjiżi Membri u żoni tal-OIE skont ir-riskju tal-BSE tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (il-Kodiċi Terrestri (3)).

(4)

Fis-27 ta' Mejju 2016, l-Assemblea Dinjija tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 20 bit-titolu “Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta' Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri” (4). Minbarra dawk il-pajjiżi li qabel kienu rikonoxxuti bħala pajjiżi li għandhom status ta' riskju negliġibbli tal-BSE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet il-Costa Rika, il-Ġermanja, il-Litwanja, in-Namibja u Spanja bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli tal-BSE.

(5)

Il-lista ta' pajjiżi jew reġjuni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex tirrikonoxxi l-istatus tar-riskju tal-BSE negliġibbli ta' dawn il-pajjiżi.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(3)  http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/

(4)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2016_A20_RESO_BSE.pdf


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Spanja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

Il-Costa Rica

L-Indja

L-Iżrael

Il-Ġappun

In-Namibja

New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapore

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

B.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE

Stati Membri

L-Irlanda

Il-Greċja

Franza

Il-Polonja

Ir-Renju Unit

Pajjiżi terzi

Il-Kanada

Il-Messiku

In-Nikaragwa

Il-Korea t'Isfel

It-Tajwan

C.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju indeterminat tal-BSE

Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.”