7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1099

tal-5 ta' Lulju 2016

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2016

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”) u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-15 ta' Ġunju 2016 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2016, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fit-28 ta' April 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti skont l-istrumenti li jiġġestixxi.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi fil-qafas tal-10 FEŻ

(4)

Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li jistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (4), il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)   ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).


ANNESS

STATI MEMBRI

Taqsim tal-10 FEŻ %

It-tieni ħlas parzjali tal-2016 (EUR)

imħallas lill-BEI l-10 FEŻ

imħallas lill-Kummissjoni l-10 FEŻ

Total

IL-BELĠJU

3,53

3 530 000,00

35 300 000,00

38 830 000,00

IL-BULGARIJA

0,14

140 000,00

1 400 000,00

1 540 000,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

510 000,00

5 100 000,00

5 610 000,00

ID-DANIMARKA

2,00

2 000 000,00

20 000 000,00

22 000 000,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20 500 000,00

205 000 000,00

225 500 000,00

L-ESTONJA

0,05

50 000,00

500 000,00

550 000,00

L-IRLANDA

0,91

910 000,00

9 100 000,00

10 010 000,00

IL-GREĊJA

1,47

1 470 000,00

14 700 000,00

16 170 000,00

SPANJA

7,85

7 850 000,00

78 500 000,00

86 350 000,00

FRANZA

19,55

19 550 000,00

195 500 000,00

215 050 000,00

L-ITALJA

12,86

12 860 000,00

128 600 000,00

141 460 000,00

ĊIPRU

0,09

90 000,00

900 000,00

990 000,00

IL-LATVJA

0,07

70 000,00

700 000,00

770 000,00

IL-LITWANJA

0,12

120 000,00

1 200 000,00

1 320 000,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

270 000,00

2 700 000,00

2 970 000,00

L-UNGERIJA

0,55

550 000,00

5 500 000,00

6 050 000,00

MALTA

0,03

30 000,00

300 000,00

330 000,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4 850 000,00

48 500 000,00

53 350 000,00

L-AWSTRIJA

2,41

2 410 000,00

24 100 000,00

26 510 000,00

IL-POLONJA

1,30

1 300 000,00

13 000 000,00

14 300 000,00

IL-PORTUGALL

1,15

1 150 000,00

11 500 000,00

12 650 000,00

IR-RUMANIJA

0,37

370 000,00

3 700 000,00

4 070 000,00

IS-SLOVENJA

0,18

180 000,00

1 800 000,00

1 980 000,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

210 000,00

2 100 000,00

2 310 000,00

IL-FINLANDJA

1,47

1 470 000,00

14 700 000,00

16 170 000,00

L-IŻVEZJA

2,74

2 740 000,00

27 400 000,00

30 140 000,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14 820 000,00

148 200 000,00

163 020 000,00

TOTAL UE-27

100,00

100 000 000,00

1 000 000 000,00

1 100 000 000,00