|
17.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/968
tas-6 ta' Ġunju 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Programm ISA2)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE (“Protokoll 31”). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Għaldaqstant, il-Protokoll 31 għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda mill-1 ta' Jannar 2016. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
H.G.J. KAMP
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2016
ta' …
li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (1). |
|
(2) |
Għaldaqstant, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda mill-1 ta' Jannar 2016, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta' dejta) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2016, jipparteċipaw fil-proġetti u l-attivitajiet tal-programm tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 6(d).”. |
|
2. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 5: “5a. L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 6(d), jipparteċipaw bis-sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta' Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, Negozji u Ċittadini Ewropej (il-Kumitat tal-ISA2), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta' dak il-programm.”. |
|
3. |
Fil-paragrafu 6, il-punt li ġej huwa miżjud:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Din tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1.
(*1) [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]