|
29.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/9 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Settembru 2016
dwar l-istabbiliment ta’ programm ta’ ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2016/C 357/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Numru kbir ta’ sustanzi attivi li huma meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 (2) għandhom data ta’ skadenza stabbilita bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Diċembru 2021. Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (3) telenka dawk is-sustanzi attivi u talloka lill-Istati Membri l-evalwazzjoni tagħhom u taħtar Stat Membru relatur u Stat Membru korelatur għal kull sustanza attiva għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid. |
|
(2) |
Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet għal numru daqshekk kbir ta’ sustanzi attivi mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit programm ta’ ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi tat-tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(3) |
Kif jidher fil-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi b’riskju baxx għandhom jiġu identifikati u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi għandu jiġi ffaċilitat. Barra minn hekk, f’konformità mal-għanijiet tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandu jiġi promoss l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom l-anqas effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent. Għalhekk, il-programm għandu jiġbor flimkien is-sustanzi attivi b’riskju baxx, sabiex jagħti prijorità lill-valutazzjoni tagħhom bil-ħsieb li l-approvazzjoni tagħhom tiġġedded fil-ħin. |
|
(4) |
Barra minn hekk, is-sustanzi li għalihom, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, huwa mistenni li jistgħu jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji ta’ approvazzjoni elenkati fil-punti 3.6.2 sa 3.6.5 u fil-punt 3.7 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, ukoll għandhom jiġu identifikati. Il-programm għandu jiġbor flimkien dawk is-sustanzi sabiex jagħti prijorità lill-valutazzjoni tagħhom |
|
(5) |
Meta jitqiesu r-riżorsi disponibbli tal-awtoritajiet li jwettqu l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet, ma jistax jiġi eskluż li minħabba l-prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tas-sustanzi prevista minn din id-Deċiżjoni, l-approvazzjoni ta’ xi sustanzi attivi oħra tista’ tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tat-tali sustanzi. F’każijiet bħal dawn, il-perjodu ta’ approvazzjoni tat-tali sustanzi attivi għandu jiġi estiż fiż-żmien dovut skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(6) |
Minbarra li jipprevedi l-ġbir flimkien ta’ sustanzi attivi simili abbażi tal-prijoritajiet għall-valutazzjoni tagħhom, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistipula wkoll li l-programm ta’ ħidma għandu jinkludi elementi speċifiċi. Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u (UE) Nru 686/2012 jimplimentaw, rispettivament, il-punti (a) sa (e) u l-punt (f) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Il-programm ta’ ħidma stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni b’dan qed jiġi adottat.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).
(4) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
ANNESS
|
1. |
Il-programm ta’ ħidma jikkonċerna sustanzi attivi li huma meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li huma elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012. |
|
2. |
Il-prijoritajiet għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi u għall-ġbir flimkien ta’ sustanzi attivi simili, kif previsti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, huma kif ġej:
|