31.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2016/852

tat-12 ta' Mejju 2016

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti ta' Adeżjoni tal-2003, l-2005 u l-2011, l-adeżjoni ma' ftehim iffirmat jew konkluż mill-Istati Membri u l-Unjoni ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tiġi miftiehma permezz ta' Protokoll għal dak il-ftehim. Skont dak l-Artikolu, għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura simplifikata, li tipprevedi li għandu jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(2)

Fit-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom, mat-Turkmenistan bil-ħsieb li jiġi konkluż Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni.

(3)

Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom, mat-Turkmenistan bil-ħsieb li jiġi konkluż protokoll għall-Ftehim, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni.

(4)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ma' pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(5)

In-negozjati ġew konklużi b'suċċess mat-Taġikistan permezz tal-inizjalar ta' Protokoll għall-Ftehim biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni (“il-Protokoll”).

(6)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(7)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea, hija b'dan approvata (1).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  It-test tal-Protokoll hu mehmuż mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea.