18.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/768

tal-21 ta' April 2016

dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanza Twila li Jikkonċerna l-Metalli Tqal

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tal-1979 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila (il-“Konvenzjoni”), wara l-approvazzjoni tagħha fl-1981 (1).

(2)

L-Unjoni hija parti għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila li Jikkonċerna l-Metalli Tqal (il-“Protokoll”), wara l-approvazzjoni tiegħu fl-4 ta' April 2001 (2).

(3)

Il-partijiet għall-Protokoll fetħu n-negozjati fl-2009, li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu ġie estiż fl-2010, bil-ħsieb li jtejbu ulterjorment il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż permezz tal-aġġornament tal-valuri limitu tal-emissjoni li indirizzaw fis-sors l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fl-arja.

(4)

Fl-2012, il-partijiet preżenti għall-31 sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni adottaw b'kunsens id-Deċiżjonijiet 2012/5 u 2012/6 li jemendaw il-Protokoll.

(5)

L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2012/6 daħlu fis-seħħ u saru effettivi abbażi tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 13(4) tal-Protokoll.

(6)

L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2012/5 jirrikjedu aċċettazzjoni mill-partijiet għall-Protokoll skont l-Artikolu 13(3) tal-Protokoll.

(7)

L-Unjoni diġà adottat strumenti dwar materji koperti mill-emendi għall-Protokoll, inkluż id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(8)

Għaldaqstant l-emendi għall-Protokoll li jinsabu fid-Deċiżjoni 2012/5 għandhom jiġu aċċettati f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanza Twila li Tikkonċerna l-Metalli Tqal (il-“Protokoll”) huma b'dan aċċettati f'isem l-Unjoni.

It-test tal-emendi għall-Protokoll kif jinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/5 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni previst fl-Artikolu 13(3) tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  ĠU L 171, 27.6.1981, p. 11.

(2)  ĠU L 134, 17.5.2001, p. 40.

(3)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Protokoll ser jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


EMENDI GĦALL-PROTOKOLL

tal-1998 kif jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/5 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni

(a)   Artikolu 1

1.

Fil-paragrafu 10 il-kliem “ta': (i) dan il-Protokoll; jew (ii) emenda tal-anness I jew II, fejn is-sors immobbli jsir suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll permezz ta' dik l-emenda biss” jinbidlu bil-kliem “għal Parti għall-Protokoll preżenti. Parti tista' tiddeċiedi li ma tittrattax bħala sors immobbli ġdid kwalunkwe sors immobbli li għalih diġà tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jixirqu mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għal dik il-Parti u sakemm il-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tinbeda fi żmien ħames snin minn dik id-data”.

2.

Jiżdied paragrafu 12 ġdid wara l-paragrafu 11 kif ġej:

“12.   It-termini “dan il-Protokoll”, “il-Protokoll” u “il-Protokoll preżenti” ifissru l-Protokoll tal-1998 dwar Metalli Tqal, kif jiġi emendat minn żmien għal żmien.”

(b)   Artikolu 3

3.

Fil-paragrafu 2 il-kelma “Kull wieħed” tinbidel bil-kliem “Suġġett għall-paragrafi 2 bis u 2 ter, kull wieħed”.

4.

Fil-paragrafu 2 (a) il-kliem “li għalihom l-anness III jidentifika l-aqwa tekniki disponibbli” jinbidlu bil-kliem “li għalihom il-gwida adottata mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tidentifika l-aqwa tekniki disponibbli”.

5.

Fil-paragrafu 2 (c) il-kliem “li għalihom l-anness III jidentifika l-aqwa tekniki disponibbli” jinbidlu bil-kliem “li għalihom il-gwida adottata mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tidentifika l-aqwa tekniki disponibbli”.

6.

Il-paragrafi ġodda 2 bis u 2 ter jiddaħħlu wara l-paragrafu 2 kif ġej:

“2 bis.   Parti li diġà kienet Parti għall-Protokoll preżenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' emenda li tintroduċi kategoriji ġodda tas-sors tista' tapplika l-valuri limitu applikabbli għal ‘sors immobbli eżistenti’ għal kwalunkwe sors f'kategorija ġdida bħal din li l-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tiegħu tibda qabel l-iskadenza ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik l-emenda għal dik il-Parti, sakemm u sal-punt li dak is-sors aktar tard jesperjenza modifika sostanzjali.

2 ter.   Parti li diġà kienet Parti għal Protokoll preżenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' emenda li tintroduċi valuri limitu ġodda applikabbli għal “sors immobbli ġdid” tista' tkompli tapplika l-valuri limitu applikabbli preċedentament għal kwalunkwe sors li l-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tiegħu tibda qabel ma l-iskadenza ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik l-emenda għal dik il-Parti, sakemm u sal-punt li dak is-sors aktar tard jesperjenza modifika sostanzjali.”

7.

Fil-paragrafu 5:

(a)

Il-kliem “, għall-dawk il-Partijiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP, li jużaw bħala minimu l-metodoloġiji speċifikati mill-Korp ta' Tmexxija tal-EMEP, u, għal dawk il-Partijiet barra l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP, li jużaw bħala gwida l-metodoloġiji żviluppati permezz tal-pjan ta' ħidma tal-Korp Eżekuttiv” jitħassru u jinbidlu b'punt “.”.

(b)

It-test li ġej jiżdied wara l-ewwel sentenza:

“Il-Partijiet li jinsabu fil-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP għandhom jużaw il-metodoloġiji speċifikati fil-linji gwida ppreparati mill-Korp ta' Tmexxija tal-EMEP u adottat mill-Partijiet waqt sessjoni tal-Korp Eżekuttiv. Partijiet li jinsabu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP għandhom jużaw bħala gwida l-metodoloġiji żviluppati fil-pjan ta' ħidma tal-Korp Eżekuttiv.”

8.

Jiżdied paragrafu 8 ġdid fl-aħħar tal-artikolu 3, kif ġej:

“8.   Kull Parti għandha tipparteċipa b'mod attiv fil-programmi skont il-Konvenzjoni dwar l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u l-programmi dwar l-monitoraġġ u l-immudellar atmosferiċi.”

(c)   Artikolu 3 bis

9.

Jiżdied artikolu 3 bis ġdid kif ġej:

“Artikolu 3 bis

Arranġamenti tranżitorji flessibbli

1.   Minkejja l-artikolu 3, il-paragrafi 2 (c) u 2 (d), Parti għall-Konvenzjoni li ssir Parti għall-Protokoll preżenti bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2019 tista' tapplika arranġamenti tranżitorji flessibbli għall-implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu għal sorsi stazzjonarji eżistenti f'kategoriji tas-sors stazzjonarji speċifiċi skont il-kundizzjonijiet speċifikati f'dan l-artikolu.

2.   Kwalunkwe Parti li tagħżel li tapplika l-arranġamenti tranżitorji flessibbli skont dan l-artikolu għandha tindika fl-istrument ta' ratifika, aċċetazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħha mal-Protokoll preżenti dan li ġej:

(a)

Il-kategoriji tas-sors stazzjonarji speċifiċi fl-anness II li għalihom il-Parti qed teleġġi li tapplika arranġamenti tranżitorji flessibbli, sakemm ma jkunux elenkati iktar minn erba' kategoriji bħal dawn;

(b)

Sorsi stazzjonarji li l-kostruzzjoni jew l-aħħar modifika sostanzjali tagħhom bdew qabel l-1990 jew sena alternattiva tal-perjodu 1985-1995 inklussivi, speċifikata mill-Parti mar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, li huma eliġibbli għal arranġamenti tranżitorji flessibbli kif hemm stipulat fil-paragrafu 5; u

(c)

Pjan ta' implimentazzjoni konsistenti mal-paragrafi 3 u 4 li jidentifika skeda ta' żmien għal implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet speċifikati.

3.   Parti għandha, bħala minimu, tapplika l-aqwa prattiki disponibbli għal sorsi stazzjonarji eżistenti fil-kategoriji 1, 2, 5 u 7 tal-anness II mhux iktar tard minn tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti għall-Parti, jew l-31 ta' Diċembru 2022, liema jkun l-iktar kmieni, ħlief kif hemm previst fil-paragrafu 5.

4.   Fl-ebda każ l-applikazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli ta' Parti jew il-valuri limitu għal kwalunkwe sors immobbli eżistenti ma jistgħu jiġu posposti għal wara l-31 ta' Diċembru 2030.

5.   Fir-rigward ta' kwalunkwe sors jew sorsi indikati skont il-paragrafu 2 (b), Parti tista' tiddeċiedi, mhux iktar tard minn tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti għall-Parti, jew il-31 ta' Diċembru 2022, liema jkun l-iktar kmieni, li tali sors jew sorsi se jingħalqu. Skont il-paragrafu 6 għandha tiġi fornuta lista ta' tali sorsi bħala parti mir-rapport sussegwenti tal-Parti. Ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu mhux se japplikaw għal kwalunkwe tali sors, sakemm is-sors jew sorsi jingħalqu sa mhux iktar mill-31 ta' Diċembru 2030. Għal kwalunkwe tali sors li ma jingħalqux sa dik id-data, Parti trid minn hemm 'il quddiem tapplika l-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu applikabbli għal sorsi ġodda fil-kategorija tas-sors applikabbli.

6.   Parti li tagħżel li tapplika l-arranġamenti tranżitorji flessibbli skont dan l-artikolu għandha tipprovdi lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni b'rapport ta' kull tliet snin dwar il-progress tagħha lejn l-implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu għas-sorsi stazzjonarji fil-kategoriji tas-sors stazzjonarji identifikati skont dan l-artikolu. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni se jagħmel dawn ir-rapporti ta' kull tliet snin disponibbli għall-Korp Eżekuttiv.”

(d)   Artikolu 7

10.

Fil-paragrafu 1(a):

(a)

Il-punt u l-virgola fl-aħħar tal-paragrafu “;” tinbidel bi “. Barra minn hekk:”;

u

(b)

Jiddaħħlu żewġ sottoparagrafi ġodda (i) u (ii) kif ġej:

“(i)

Meta Parti tapplika strateġiji tat-tnaqqis tal-emissjoni differenti skont l-artikolu 3, il-paragrafi 2 (b), (c) jew (d), għandha tiddokumenta l-istrateġiji applikati u l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta' dawk il-paragrafi;

(ii)

Meta Parti tiġġudika l-applikazzjoni ta' ċerti valuri limitu, kif speċifikat skont l-artikolu 3, il-paragrafu 2(d), bħala li mhumiex teknikament u ekonomikament fattibbli, għandha tirrapporta dan u tiġġustifikah;”

11.

Fil-paragrafu 1 (b) hemm bidla kif ġej:

“(b)

Kull Parti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP għandha tirrapporta lill-EMEP, permezz tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni, informazzjoni fil-livelli tal-emissjonijiet tal-metalli tqal elenkati fl-anness I, billi tuża l-metodoloġiji speċifikati fil-linji gwida preparati mill-Korp ta' Tmexxija tal-EMEP u adottati mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv. Il-Partijiet f'oqsma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP għandhom jirrapportaw informazzjoni disponibbli dwar il-livelli tal-emissjonijiet tal-metalli tqal elenkati fl-anness I. Kull Parti għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-livelli tal-emissjonijiet tas-sustanzi elenkati fl-anness I għas-sena ta' referenza speċifikata f'dak l-anness;”

12.

Jiżdiedu paragrafi ġodda wara l-paragrafu 1 (b) kif ġej:

“(c)

Kull Parti li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP għandha tirrapporta l-informazzjoni disponibbli lill-Korp Eżekuttiv, permezz tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni, dwar il-programmi tal-effetti tat-tniġġis tal-arja tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u l-monitoraġġ u l-programmi tal-immudellar atmosferiċi skont il-Konvenzjoni permezz tal-użu tal-linji gwida adottati mill-Korp Eżekuttiv;

(d)

Partijiet f'żoni li jinsabu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-EMEP għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni simili għal dik speċifikata fis-sottoparagrafu (c), jekk ikunu mitluba jagħmlu dan mill-Korp Eżekuttiv.”

13.

Fil-paragrafu 3:

(a)

Il-kliem “Biżżejjed żmien qabel kull sessjoni annwali ta'” jinbidlu bi “Mad-domanda ta' u skont l-iskali taż-żmien deċiżi minn”;

(b)

Il-kliem “u korpi sussidjarji oħrajn” jiddaħħlu wara l-kelma “EMEP”;

(c)

Il-kelma “rilevanti” tiddaħħal wara l-kelma “ifornu”.

(e)   Artikolu 8

14.

Il-kliem “EMEP għandu, billi juża mudelli u miżuri xierqa f'biżżejjed żmien qabel kull sessjoni annwali tal-Korp Eżekuttiv” jinbidlu bi “Mad-domanda ta' u skont l-iskali taż-żmien deċiżi mill-Korp Eżekuttiv, EMEP u l-korpi tekniċi u ċ-ċentri tiegħu għandhom, billi jużaw mudelli u miżuri xierqa,”.

(f)   Artikolu 10

15.

Fil-paragrafu 4:

(a)

Il-kelma “jikkunsidraw” tiddaħħal wara l-kelma “għandhom”.

(b)

Il-kelma “żvilupp” tinbidel bil-kelma “jiżviluppaw”;

(c)

Il-kliem “biex jonqsu l-emissjonijiet fl-atmosfera tal-metalli tqal elenkati fl-anness I” jitħassru.

(g)   Artikolu 13

16.

Fil-paragrafu 3:

(a)

Il-kliem “u mal-annessi I, II, IV, V u VI” jinbidlu bil-kliem “minbarra mal-annessi III u VII”;

(b)

Il-kliem “li fuqhom żewġ terzi tal-Partijiet” jinbidlu bil-kliem “li fuqhom żewġ terzi ta' dawk li kienu Partijiet fil-mument tal-adozzjoni tagħhom”.

17.

Fil-paragrafu 4 il-kelma “disgħin” tinbidel biċ-ċifra “180”.

18.

Fil-paragrafu 5 il-kelma “disgħin” tinbidel biċ-ċifra “180”.

19.

Il-paragrafi ġodda 5 bis u 5 ter jiddaħħlu wara l-paragrafu 5 kif ġej:

“5 bis.   Għal dawk il-Partijiet li jkunu aċċettawha, il-proċedura prevista fil-paragrafu 5 ter tieħu post il-proċedura prevista fil-paragrafu 3 fir-rigward tal-emendi tal-annessi II, IV, V u VI.

5 ter.   L-emendi tal-annessi II, IV, V u VI għandhom jiġu adottati permezz ta' kunsens tal-Partijiet preżenti f'sessjoni tal-Korp Eżekuttiv. Hekk kif tiskadi sena waħda mid-data tal-komunikazzjoni tagħha lill-Partijiet kollha mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni, emenda ta' kwalunkwe anness bħal dan għandha ssir effettiva għal dawk il-Partijiet li ma jkunux issottomettew notifika mad-Depożitarju f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sottoparagrafu (a):

(a)

Kwalunkwe Parti li ma tkunx tista' tapprova emenda tal-annessi II, IV, V u VI għandha tinnotifika lid-Depożitarju b'dan bil-miktub fi żmien sena waħda mid-data tal-komunikazzjoni tal-adozzjoni tagħha. Id-Depożitarju għandu jinnotifika lill-Partijiet kollha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe notifika bħal din li jirċievi. Parti tista' fi kwalunkwe mument tissostitwixxi aċċettazzjoni għan-notifika preċedenti tagħha u, mad-depożitu ta' strument ta' aċċettazzjoni mad-Depożitarju, l-emenda ta' anness bħal dan għandha ssir effettiva għal dik il-Parti;

(b)

Kwalunkwe emenda tal-annessi II, IV, V u VI ma għandhiex tidħol fis-seħħ jekk ammont aggregat ta' 16-il Parti jew iktar ikunu:

(i)

Issottomettew notifika f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sottoparagrafu (a); jew

(ii)

Ma jkunux aċċettaw il-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu u jkunu għadhom ma ddepożitawx strument ta' aċċetazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.”

(h)   Artikolu 15

20.

Jiżdied paragrafu 3 ġdid wara l-paragrafu 2 kif ġej:

“3.   Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika għandhom jiddikjaraw fl-istrument ta' ratifika, aċċetazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom jekk ma għandhomx l-intenzjoni li jkunu marbuta bil-proċeduri previsti fl-artikolu 13, il-paragrafu 5 ter, fir-rigward tal-emenda tal-annessi II, IV, V u VI.”

(i)   Anness II

21.

Fit-tabella taħt is-sottointestatura II, il-kliem “ċomb u żingu” fl-ewwel linja taħt id-deskrizzjoni tal-kategorija 5 jinbidlu bil-kliem “ċomb, żingu u ligi tal-manganiż tas-silċju u ferruż”.

(j)   Anness IV

22.

In-numru “1.” jiżdied quddiem l-ewwel paragrafu.

23.

Fis-sottoparagrafu (a), il-kliem “għal Parti” jiddaħħlu wara l-kelma “Protokoll”.

24.

Fis-sottoparagrafu (b):

(a)

Fl-ewwel sentenza l-kelma “tmienja” tinbidel bil-kelma “tnejn”.

(b)

Fl-aħħar tal-ewwel sentenza, il-kliem “għal Parti jew il-31 ta' Diċembru 2020, liema tkun l-iktar tard” jiddaħħlu wara l-kelma “Protokoll”.

(c)

Titħassar l-aħħar sentenza.

25.

Fl-aħħar tal-anness jiddaħħlu l-paragrafi ġodda 2 u 3 kif ġej:

“2.

Minkejja l-paragrafu 1, iżda suġġett għall-paragrafu 3, Parti għall-Konvenzjoni li ssir Parti għall-Protokoll preżenti bejn l-1 ta' Jannar 2014, u l-31 ta' Diċembru 2019, tista' tiddikjara mar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni ta', jew l-adeżjoni ma', il-Protokoll preżenti li se testendi l-iskali taż-żmien għall-applikazzjoni tal-valuri limitu msemmija fl-artikolu 3, il-paragrafu 2 (d) sa 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti għall-Parti konċernata.

3.

Parti li tkun għamlet elezzjoni skont l-artikolu 3 bis tal-Protokoll preżenti fir-rigward ta' kategorija tas-sors immobbli partikolari ma tistax tagħmel dikjarazzjoni wkoll skont il-paragrafu 2 applikabbli għall-istess kategorija tas-sors.”

(k)   Anness V

26.

Fl-Anness V jinbidel it-test li ġej:

“ANNESS V

Valuri limitu għal kontroll tal-emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji kbar

1.

Żewġ tipi ta' valuri limitu huma importanti għall-kontroll tal-emissjoni ta' metalli tqal:

(a)

Il-valuri għal metalli tqal speċifiċi jew gruppi ta' metalli tqal; u

(b)

Valuri għall-emissjonijiet ta' materja partikulata inġenerali.

2.

Fil-prinċipju, il-valuri limitu għall-materja partikulata ma jistgħux jieħdu post valuri limitu speċifiċi għall-kadmju, iċ-ċomb u l-merkurju għaliex il-kwantità tal-metalli assoċjata mal-emissjonijiet ta' partikulati tvarja minn proċess għall-ieħor. Madankollu, il-konformità ma' dawn il-limiti tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metall tqil inġenerali. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' partikulati huwa ġeneralment orħos mill-monitoraġġ ta' speċi individwali u l-monitoraġġ kontinwu ta' metalli tqal individwali huwa ġeneralment mhux fattibbli. Għalhekk, il-valuri limitu tal-materja partikulata huma ta' importanza prattika kbira u huma stabbiliti wkoll f'dan l-anness f'ħafna każijiet biex jikkumplimentaw valuri limitu speċifiċi għall-kadmju jew iċ-ċomb jew il-merkurju.

3.

It-Taqsima A tapplika għal Partijiet apparti mill-Istati Uniti tal-Amerika. It-Taqsima B tapplika għall-Istati Uniti tal-Amerika.

A.   Partijiet apparti l-Istati Uniti tal-Amerika

4.

F'din it-taqsima biss, “trab” tfisser il-massa ta' partiċelli, ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin fil-fażi gassuża fil-punt tal-kundizzjonijiet tal-kampjun li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni taħt kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu upstream mill-filtru u fuq il-filtru wara t-tnixxif taħt kundizzjonijiet speċifikati.

5.

Għall-fini ta' din it-taqsima, “valur limitu tal-emissjoni” (ELV) jew “valur limitu” tfisser il-kwantita', li ma tistax tinqabeż, ta' trab u metalli tqal speċifiċi skont dan il-Protokoll li jinsabu fil-gassijiet ta' skart minn installazzjoni. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandu jiġi kkalkulat f'termini ta' massa ta' sustanza niġġiesa għal kull volum ta' gassijiet ta' skart (espressi bħala mg/m3), billi jassumi kundizzjonijiet standard għat-temperatura u l-pressjoni għall-gass xott (volum f'273,15 K, 101,3 kPa). Fir-rigward tal-kontenut ta' ossiġenu tal-gass ta' skart, għandhom japplikaw il-valuri mogħtija għal kategoriji tas-sors stazzjonarji kbar magħżula. Mhix permessa d-dilwizzjoni sabiex jonqsu l-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi niġġiesa fil-gassijiet ta' skart. Il-bidu u t-tmiem tal-operat u l-manteniment tal-apparat huma esklużi.

6.

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati fil-każijiet kollha permezz ta' kejl jew permezz ta' kalkoli li jiksbu mill-inqas l-istess korrettezza. Il-konformità mal-valuri limitu għandha tiġi vverifikata permezz ta' kejl kontinwu jew mhux kontinwu, jew kwalunkwe metodu stabbli tekniku ieħor inkluż metodi ta' kalkolu verifikati. Il-kejl tal-metalli tqal rilevanti għandu jsir mill-inqas darba kull tliet snin għal kull sors industrijali. Għandhom jitqiesu d-dokumenti ta' gwida dwar il-metodi biex jittieħdu l-kejl u l-kalkoli adottati mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valur limitu tinkiseb jekk il-medja validata tal-emissjonijiet ta' kull xahar ma taqbiżx l-ELV. F'każ ta' kejl mhux kontinwu jew determinazzjoni jew proċeduri ta' kalkolu oħrajn li jixirqu, il-konformità mal-ELVs tinkiseb jekk il-valur medju bbażat fuq għadd xieraq ta' kejl taħt kundizzjonijiet rappreżentattivi ma jaqbiżx il-valur tal-istandard tal-emissjoni. L-iskorrettezza tal-metodi ta' kejl tista' titqies għal finijiet ta' verifika. Il-monitoraġġ indirett ta' sustanzi huwa possibbli wkoll permezz ta' parametri f'somma/parametri kumulattivi (eż., trab bħala parametru f'somma għal metalli tqal). F'xi każijiet li jużaw ċerta teknika biex jittrattaw l-emissjonijiet jistgħu jiżguraw valur/valur limitu jinżamm jew jintlaħaq.

7.

Il-monitoraġġ ta' sustanzi niġġiesa rilevanti u l-kejl tal-parametri tal-proċess, kif ukoll l-assigurazzjoni tal-kwalità ta' sistemi tal-kejl awtomizzati u l-kejl ta' referenza biex jikkalibraw dawk is-sistemi, għandhom jitwettqu skont l-istandards tas-CEN. Jekk l-istandards tas-CEN mhumiex disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards tal-ISO, l-istandards nazzjonali jew internazzjonali li se jiżguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Impjanti tal-kombustjoni (bojlers u ħiters tal-proċess) b'input termali rratat li jaqbeż il-50 MWth  (1) (anness II, kategorija 1)

8.

Il-valuri limitu għall-emissjonijiet tat-trab għall-kombustjoni ta' fjuwils solidi u likwidi, minbarra l-bijomassa u l-pit: (2)

Tabella 1

Tip ta' fjuwil

Input termali (MWth)

ELV għat-trab (mg/m3)  (1)

Fjuwils solidi

50–100

Impjanti ġodda:

20 (faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn)

Impjanti eżistenti:

30 (faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn)

100-300

Impjanti ġodda:

20 (faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn)

Impjanti eżistenti:

25 (faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn)

> 300

Impjanti ġodda:

10 (faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn)

Impjanti eżistenti:

20 (faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn)

Fjuwils likwidi

50–100

Impjanti ġodda:

20

Impjanti eżistenti:

 

30 (ġeneralment)

 

50 għat-tqabbid ta' distillazzjoni u residwi tal-konverżjoni fi ħdan raffineriji mir-raffinament taż-żejt mhux maħdum għall-konsum tagħhom stess fl-impjanti tal-kombustjoni

Fjuwils likwidi

100-300

Impjanti ġodda:

20

Impjanti eżistenti:

 

25 (ġeneralment)

 

50 għat-tqabbid ta' distillazzjoni u residwi tal-konverżjoni fi ħdan raffineriji mir-raffinament taż-żejt mhux maħdum għall-konsum tagħhom stess fl-impjanti tal-kombustjoni

> 300

Impjanti ġodda:

10

Impjanti eżistenti:

 

20 (ġeneralment)

 

50 għat-tqabbid ta' distillazzjoni u residwi tal-konverżjoni fi ħdan raffineriji mir-raffinament taż-żejt mhux maħdum għall-konsum tagħhom stess fl-impjanti tal-kombustjoni

9.

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjanti ta' kombustjoni msemmija fil-paragrafu 8:

(a)

Parti tista' tidderoga mill-obbligu li tikkonforma mal-ELVs previsti fil-paragrafu 8 fil-każijiet li ġejjin:

(i)

Għall-impjanti tal-kombustjoni li normalment jużaw fjuwil gassuż li b'mod eċċezzjonali jridu jużaw fjuwils oħrajn minħabba interruzzjoni f'daqqa fil-provvista tal-gass u għal din ir-raġuni jkunu jeħtieġu li jkunu mgħammra b'faċilità tal-purifikazzjoni tal-gass ta' skart;

(ii)

Għal impjanti tal-kombustjoni eżistenti li ma joperawx iktar minn 17 500 siegħa tal-operat, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 u jispiċċaw mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023;

(b)

Fejn impjant tal-kombustjoni jiġi estiż b'mill-inqas 50 MWth, l-ELV speċifikat fil-paragrafu 8 għal installazzjonijiet ġodda għandu japplika għall-parti estiża effettwata mill-bidla. L-ELV huwa kkalkulat bħala medja ppeżata permezz tal-input termali reali kemm għall-parti eżistenti tal-impjant kif ukoll dik ġdida;

(c)

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jsiru dispożizzjonijiet għal proċeduri marbuta mal-funzjonament ħażin jew il-ħsara fl-apparat tat-taffija;

(d)

Fil-każ ta' impjant tal-kombustjoni li juża fjuwils differenti li jinvolvu l-użu simultaneju ta' żewġ fjuwils jew iktar, l-ELV għandu jiġi determinat bħala l-medja ppeżata tal-ELVs għall-fjuwils individwali, abbażi tal-input termali mwassal minn kull fjuwil.

Industrija tal-ħadid u l-azzar primarja u sekondarja (l-anness II, il-kategoriji 2 u 3)

10.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tat-trab:

Tabella 2

Attività

ELV għat-trab (mg/m3)

Impjant tas-sinter

50

Impjant ta' pelitizzazzjoni

20 għat-tkissir, tifrik u tnixxif

15 għall-istadji l-oħrajn kollha tal-proċess

Forn tal-blast: hot stoves

10

Manifattura bażika tal-azzar u l-ikkastjar permezz tal-ossiġenu

30

Manifattura tal-azzar u l-ikkastjar permezz tal-elettriku

15 (eżistenti)

5 (ġodda)

Funderiji tal-ħadid (l-anness II, il-kategorija 4)

11.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tat-trab mill-funderiji tal-ħadid:

Tabella 3

Attività

ELV għat-trab (mg/m3)

Funderiji tal-ħadid:

il-fran kollha (cupola, tal-induzzjoni, rotarji); — il-forom kollha (mitlufa, permanenti)

20

Laminazzjoni termali

20

50 fejn filtru b'borża ma jistax jiġi applikat minħabba l-preżenza ta' dħaħen imxarbin

Produzzjoni u proċessar tar-ram, iż-żingu u l-ligi tal-manganiż tas-siliċju u ferruż, inkluż fran tas-Smelting Imperjali (l-anness II, il-kategoriji 5 u 6)

12.

Valuri limitu għal emissjonijiet tat-trab għall-produzzjoni u l-ipproċessar tar-ram, iż-żingu u l-ligi tal-manganiż tas-siliċju u ferruż:

Tabella 4

 

ELV għat-trab (mg/m3)

Produzzjoni u proċessar ta' metall mhux ferruż

20

Produzzjoni u proċessar taċ-ċomb (l-anness II, il-kategoriji 5 u 6)

13.

Valur limitu għal emissjonijiet tat-trab għall-produzzjoni u l-ipproċessar taċ-ċomb:

Tabella 5

 

ELV għat-trab (mg/m3)

Produzzjoni u proċessar taċ-ċomb

5

Industrija tas-siment (l-anness II, il-kategorija 7)

14.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tat-trab għall-produzzjoni tas-siment:

Tabella 6

 

ELV għat-trab (mg/m3)  (2)

Installazzjonijiet tas-siment, kalkari, imtieħen u ta' tkessiħ tal-gagazza

20

Installazzjonijiet tas-siment, kalkari, imtieħen u ta' tkessiħ tal-gagazza li jużaw il-koinċinerazzjoni tal-iskart

20

Industrija tal-ħġieġ (l-anness II, il-kategorija 8)

15.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tat-trab għall-manifattura tal-ħġieġ:

Tabella 7

 

ELV għat-trab (mg/m3)  (3)

Installazzjonijiet ġodda

20

Installazzjonijiet eżistenti

30

16.

Valuri limitu għall-emissjonijiet taċ-ċomb għall-manifattura tal-ħġieġ: 5 mg/m3.

Industrija tal-Chlor-alkali (l-anness II, il-kategorija 9)

17.

Impjanti eżistenti tal-chlor-alkali li jużaw il-proċess taċ-ċellola tal-merkurju għandhom jikkonvertu għall-użu ta' teknoloġija mingħajr merkurju jew jagħlqu sal-31 ta' Diċembru 2020; matul il-perjodu sal-konverżjoni japplikaw il-livelli tal-merkurju rilaxxat minn impjant fl-arja sa 1 g għal kull Mg (3) ta' kapaċità tal-produzzjoni tal-kloru.

18.

Impjanti tal-chlor-alkali ġodda jridu jiġu operati mingħajr merkurju.

Inċinerazzjoni ta' skart (l-anness II, il-kategoriji 10 u 11)

19.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tat-trab għall-inċinerazzjoni tal-iskart

Tabella 8

 

ELV għat-trab (mg/m3)  (4)

Inċinerazzjoni ta' skart muniċipali, mhux perikoluż, perikoluż u mediku

10

20.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tal-merkurju għall-inċinerazzjoni tal-iskart: 0,05 mg/m3.

21.

Valuri limitu għall-emissjonijiet tal-merkurju għall-koinċinerazzjoni ta' skart fil-kategoriji tas-sors 1 u 7: 0,05 mg/m3.

B.   L-Istati Uniti tal-Amerika

22.

Il-valuri limitu għall-kontroll tal-emissjonijiet ta' materja partikulata u/jew metalli tqal minn sorsi stazzjonarji fil-kategoriji tas-sorsi stazzjonarji li ġejjin, u s-sorsi li għalihom japplikaw, huma speċifikati fid-dokumenti li ġejjin:

(a)

Steel Plants: Electric Arc Furnaces — 40 C.F.R. Part 60, Subpart AA and Subpart AAa;

(b)

Small Municipal Waste Combustors — 40 C.F.R. Part 60, Subpart AAAA;

(c)

Glass Manufacturing — 40 C.F.R. Part 60, Subpart CC;

(d)

Electric Utility Steam Generating Units — 40 C.F.R. Part 60, Subpart D and Subpart Da;

(e)

Industrial-Commercial-Institutional Steam Generating Units — 40 C.F.R. Part 60, Subpart Db and Subpart Dc;

(f)

Municipal Waste Incinerators — 40 C.F.R. Part 60, Subpart E, Subpart Ea and Subpart Eb;

(g)

Hospital/Medical/Infectious Waste Incinerators — 40 C.F.R. Part 60, Subpart Ec;

(h)

Portland Cement — 40 C.F.R. Part 60, Subpart F;

(i)

Secondary Lead Smelters — 40 C.F.R. Part 60, Subpart L;

(j)

Basic Oxygen Process Furnaces — 40 C.F.R. Part 60, Subpart N;

(k)

Basic Process Steelmaking Facilities (after 20 January 1983) — 40 C.F.R. Part 60, Subpart Na;

(l)

Primary Copper Smelters — 40 C.F.R. Part 60, Subpart P;

(m)

Primary Zinc Smelters — 40 C.F.R. Part 60, Subpart Q;

(n)

Primary Lead Smelters — 40 C.F.R. Part 60, Subpart R;

(o)

Ferroalloy Production Facilities — 40 C.F.R. Part 60, Subpart Z;

(p)

Other Solid Waste Incineration Units (after 9 December 2004) — 40 C.F.R. Part 60, Subpart EEEE;

(q)

Secondary lead smelters — 40 C.F.R. Part 63, Subpart X;

(r)

Hazardous waste combustors — 40 C.F.R. Part 63, Subpart EEE;

(s)

Portland cement manufacturing — 40 C.F.R. Part 63, Subpart LLL;

(t)

Primary copper — 40 C.F.R. Part 63, Subpart QQQ;

(u)

Primary lead smelting — 40 C.F.R. Part 63, Subpart TTT;

(v)

Iron and steel foundries — 40 C.F.R. Part 63, Subpart EEEEE;

(w)

Integrated iron and steel manufacturing — 40 C.F.R. Part 63, Subpart FFFFF;

(x)

Electric Arc Furnace Steelmaking Facilities — 40 C.F.R. Part 63, Subpart YYYYY;

(y)

Iron and steel foundries — 40 C.F.R. Part 63, Subpart ZZZZZ;

(z)

Primary Copper Smelting Area Sources — 40 C.F.R. Part 63, Subpart EEEEEE;

(aa)

Secondary Copper Smelting Area Sources — 40 C.F.R. Part 63, Subpart FFFFFF;

(bb)

Primary Nonferrous Metals Area Sources: Zinc, Cadmium, and Beryllium — 40 C.F.R. Part 63, Subpart GGGGGG;

(cc)

Glass manufacturing (area sources) — 40 C.F.R. Part 63, Subpart SSSSSS;

(dd)

Secondary Nonferrous Metal Smelter (Area Sources) — 40 C.F.R. Part 63, Subpart TTTTTT;

(ee)

Ferroalloys Production (Area Sources) — 40 C.F.R. Part 63, Subpart YYYYYY;

(ff)

Aluminum, Copper, and Nonferrous Foundries (Area Sources) — 40 C.F.R. Part 63, Subpart ZZZZZZ;

(gg)

Standards of Performance for Coal Preparation and Processing Plants — 40 C.F.R. Part 60, Subpart Y;

(hh)

Industrial, Commercial, Institutional and Process Heaters — 40 C.F.R. Part 63, Subpart DDDDD;

(ii)

Industrial, Commercial and Institutional Boilers (Area Sources) — 40 C.F.R. Part 63, Subpart JJJJJJ;

(jj)

Mercury Cell Chlor-Alkali Plants — 40 C.F.R. Part 63, Subpart IIIII;

u

(kk)

Standards of Performance Commercial and Industrial Solid Waste Incineration Units for which Construction is Commenced after November 30, 1999, or for which Modification or Reconstruction is Commenced on or after 1 June 2001 — 40 C.F.R. Part 60, Subpart CCCC.”

(l)   Anness VI

27.

Fil-paragrafu 1:

(a)

Il-kliem “Ħlief kif hemm previst mod ieħor f'dan l-anness, ebda” jitħassru u jinbidlu bi “Ebda”;

(b)

Il-kliem 'sitt xhur wara' jitħassru;

(c)

Il-kliem “għal Parti” jiddaħħlu wara l-kelma “Protokoll”.

28.

Jitħassar il-paragrafu 3.

29.

Fil-paragrafu 4 jiddaħħlu l-kliem “Minkejja l-paragrafu 1,”.

30.

Fil-paragrafu 5, it-test li ġej jinbidel għax-chapeau qabel is-sottoparagrafu (a):

“Kull Parti għandha, sa mhux iktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għal dik il-Parti, tikseb livelli tal-konċentrazzjoni li ma jaqbżux:”


(1)  L-input termali rratat tal-impjant tal-kombustjoni jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-input tal-unitajiet kollha konnessi ma' stack komuni. L-unitajiet individwali inqas minn 15 MWth ma għandhomx jiġu kkunsidrati meta jiġi kkalkulat it-total irratat tal-input termali.

(2)  B'mod partikolari, l-ELVs ma għandhomx japplikaw għal:

Impjanti li jużaw il-bijomassa u l-pit bħala l-unika sors tal-fjuwil tagħhom

Impjanti fejn il-prodotti tal-kombustjoni jintużaw biex isaħħnu direttament, inixxfu, jew kwalunkwe trattament ieħor ta' oġġetti jew materjali;

Impjanti ta' post-kombustjoni ddiżinjati biex jippurifikaw il-gassijiet ta' skart permezz tal-kombustjoni li mhumiex operati bħala impjanti tal-kombustjoni indipendenti;

Faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta' katalisti tal-ikkrekkjar katalitiku;

Faċilitajiet għall-konverżjoni tas-sulfur tal-idroġenu f'kubrit;

Reatturi użati fl-industrija tal-kimika;

Fran tal-batterija tal-kok;

Cowpers;

Bojlers ta' rkupru fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa;

Inċineraturi tal-iskart; u

Impjanti li jaħdmu bil-magni tad-diżil, petrol jew gass jew bit-turbini tal-kombustjoni, irrispettivament mill-fjuwil użat.

(1)  Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 6 % għal fjuwils solidi u 3 % għal fjuwils likwidi.

(2)  Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 10 %.

(3)  Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 8 % għat-tidwib kontinwu u 13 % għat-tidwib mhux kontinwu.

(3)  1 Mg = 1 tunnellata.

(4)  Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 11 %.