13.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/712

tat-12 ta' Mejju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1).

(2)

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 (2), ipprovdiet lill-EUAM Ukraine ammont ta' referenza sat-30 ta' Novembru 2016 u mandat sat-30 ta' Novembru 2017.

(3)

L-ammont ta' referenza għandu jiġi adattat u d-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar- Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).