3.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/32 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/685
tad-29 ta' April 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument C(2016) 2511)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Wara komunikazzjonijiet minn Franza, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport f'Bordeaux u fil-port ta' Dunkerque fi Franza għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(3) |
Wara li l-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajurport ta' Marseille tneħħa mil-lista tal-kategorija O, l-awtoritajiet Franċiżi mmodernizzaw dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u kkomunikaw li l-modernizzazzjoni ġiet iffinalizzata u li dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera huwa adattat għall-kategorija O bin-nota tal-qiegħ (14), speċifikament għall-invertebrati, l-annimali akkwatiċi ornamentali, l-amfibji u r-rodituri. Għalhekk dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jista' jerġa' jitqiegħed fil-kategorija O bin-nota tal-qiegħ (14), skont l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(4) |
Wara komunikazzjonijiet minn Spanja u l-Italja, l-approvazzjoni għal parti mill-kategoriji ta' prodotti fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Huelva, fl-ajruport ta' Madrid u għal ċentru ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Livorno-Pisa ġiet sospiża. Għalhekk, l-annotazzjonijiet għal dawk il-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri ta' Spanja u l-Italja stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Wara awditu sodisfaċenti mwettaq mis-servizz ta' awditjar tal-Kummissjoni, is-sistema l-ġdida ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' Liepaja fil-Latvja tista' tiġi approvata għal kategorija oħra ta' prodotti ppakkjati f'temperatura ambjentali. Għalhekk għandha tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal-Latvja stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(6) |
In-Netherlands u l-Polonja kkomunikaw li żdiedu ċentri ta' spezzjoni mal-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-portijiet ta' Rotterdam u ta' Gdańsk, rispettivament għal ċerti kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali. Għalhekk, il-lista ta' annotazzjonijiet għan-Netherlands u għall-Polonja, kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). |
(8) |
Wara komunikazzjoni mid-Danimarka u l-Italja, għandu jsir tibdil f'diversi unitajiet lokali fil-lista ta' unitajiet ċentrali u lokali fit-Traces għad-Danimarka u l-Italja stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(9) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|