|
23.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/640
tal-21 ta' April 2016
li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,
Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandati tas-Sur Jan KINŠT, is-Sur Igors LUDBORŽS, is-Sur Augustyn KUBIK, is-Sur Milan Martin CVIKL u s-Sur Ladislav BALKO ser jiskadu fis-6 ta' Mejju 2016. |
|
(2) |
Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin bħala membri tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-7 ta' Mejju 2016 sas-6 ta' Mejju 2022:
|
— |
Is-Sur Jan GREGOR, |
|
— |
Is-Sur Mihails KOZLOVS, |
|
— |
Is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI, |
|
— |
Is-Sur Samo JEREB, |
|
— |
Is-Sur Ladislav BALKO. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G.A. VAN DER STEUR
(1) Opinjonijiet tat-13 ta' April 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).