|
20.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/611
tal-15 ta' April 2016
dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-turiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(notifikata bid-dokument C(2016) 2137)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi obbligu għall-Kummissjoni li tiżviluppa dokumenti ta' referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra. Dawk id-dokumenti ta' referenza settorjali huma meħtieġa biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet jiffukaw aħjar fuq l-iktar aspetti ambjentali importanti f'settur determinat, u biex jippermettu l-valutazzjoni, ir-rappurtar u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Għandhom jinkludu l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs), indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, u fejn xieraq, parametri referenzjarji ta' eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni f'dawk is-setturi. |
|
(2) |
“Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)” (2) tistabbilixxi pjan ta' ħidma u lista indikattiva tas-setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, inkluż is-settur tat-turiżmu. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali, u parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-turiżmu, huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS fis-settur tat-turiżmu għandhom iqisu dan id-dokument ta' referenza, u għaldaqstant għandhom:
|
— |
Jużaw elementi relevanti tad-dokument ta' referenza settorjali meta jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali. |
|
— |
Juru fid-dikjarazzjonijiet ambjentali tagħhom kif l-Indikaturi ta' Prestazzjoni Ambjentali, l-Aqwa Prattiki ta' Ġestjoni Ambjentali u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza relvanti u speċifiċi skont is-settur, deskritti fid-dokument ta' referenza settorjali, ikunu ntużaw biex ġew identifikati miżuri u azzjonijiet, u possibilment biex ġew stabbiliti l-prijoritajiet, għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
Artikolu 3
Li dawn il-parametri referenzjarji ta' eċċellenza identifikati fid-dokument ta' referenza settorjali jintlaħqu mhuwiex obbligatorju għall-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS, billi n-natura volontarja tal-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji, f'termini ta' spejjeż u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
WERREJ
|
1. |
Introduzzjoni | 30 |
|
2. |
Il-kamp ta' applikazzjoni | 33 |
|
3. |
L-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-TURIŻMU | 36 |
|
3.1. |
Kwistjonijiet trażversali | 36 |
|
3.1.1. |
Implimentazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali | 36 |
|
3.1.2. |
L-immaniġġjar tal-katina tal-provvista | 36 |
|
3.2. |
Immaniġġjar tad-destinazzjoni | 37 |
|
3.2.1. |
Pjanijiet ta' żvilupp ta' destinazzjonijiet strateġiċi | 37 |
|
3.2.2. |
Konservazzjoni u mmaniġġjar tal-bijodiversità | 37 |
|
3.2.3. |
Il-forniment ta' infrastruttura u servizzi | 38 |
|
3.3. |
Attivitajiet tal-operaturi tat-turs u tal-aġenti tal-ivvjaġġar | 38 |
|
3.3.1. |
Tnaqqis u mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tat-trasport | 38 |
|
3.3.2. |
Xprunar ta' titjib ambjentali tal-fornituri tal-akkomodazzjoni | 39 |
|
3.3.3. |
Xprunar ta' titjib fid-destinazzjonijiet | 40 |
|
3.3.4. |
Żvilupp u promozzjoni ta' pakketti turistiċi xierqa u tħeġġiġ ta' mġiba turistika iktar sostenibbli | 40 |
|
3.3.5. |
Operazzjonijiet fil-livell tal-konsumatur u tal-uffiċċju | 41 |
|
3.4. |
Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' ilma fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni | 41 |
|
3.4.1. |
Monitoraġġ, manutenzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistema tal-ilma | 41 |
|
3.4.2. |
Fittings tal-ilma effiċjenti fiż-żoni tal-klijenti | 42 |
|
3.4.3. |
Tindif effiċjenti tal-kmamar | 42 |
|
3.4.4. |
Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala żgħira ottimizzati | 43 |
|
3.4.5. |
Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala kbira jew esternalizzati ottimizzati | 43 |
|
3.4.6. |
Immaniġġjar ottimizzat tal-pixxini | 44 |
|
3.4.7. |
Riċiklaġġ tal-ilma tax-xita u tal-ilma griż | 44 |
|
3.5. |
Immaniġġjar tal-iskart u tal-ilma mormi fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni | 45 |
|
3.5.1. |
Il-prevenzjoni tal-iskart | 45 |
|
3.5.2. |
Għażla tal-iskart u l-bgħit tiegħu għar-riċiklaġġ | 45 |
|
3.5.3. |
Trattament tal-ilma mormi | 45 |
|
3.6. |
Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' enerġija fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni | 46 |
|
3.6.1. |
Sistemi ta' monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija | 46 |
|
3.6.2. |
Għeluq aħjar tal-bini | 46 |
|
3.6.3. |
Sistemi tal-HVAC ottimizzati | 47 |
|
3.6.4. |
Applikazzjonijiet effiċjenti tal-pompi tas-sħana u t-tisħin/tkessiħ ġeotermali | 47 |
|
3.6.5. |
Dawl u tagħmir elettriku effiċjenti | 48 |
|
3.6.6. |
Sorsi tal-enerġija rinnovabbli | 48 |
|
3.7. |
Kċejjen ta' ristoranti u lukandi | 49 |
|
3.7.1. |
Ix-xiri ta' prodotti tal-ikel u x-xorb ekoloġiċi | 49 |
|
3.7.2. |
Immaniġġjar tal-iskart organiku | 49 |
|
3.7.3. |
Ħasil tal-platti, tindif u preparazzjoni tal-ikel ottimizzati | 49 |
|
3.7.4. |
Tisjir, ventilazzjoni u tkessiħ ottimizzati | 50 |
|
3.8. |
Siti tal-ikkampjar | 50 |
|
3.8.1. |
Edukazzjoni għall-klijenti dwar l-ambjent | 50 |
|
3.8.2. |
L-immaniġġjar ambjentali taż-żoni fuq barra | 51 |
|
3.8.3. |
L-effiċjenza enerġetika tas-siti tal-ikkampjar u l-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli | 51 |
|
3.8.4. |
L-effiċjenza fl-użu tal-ilma tas-siti tal-ikkampjar | 52 |
|
3.8.5. |
Tnaqqis għall-minimu tal-iskart fis-siti tal-ikkampjar | 52 |
|
3.8.6. |
Pixxini naturali | 53 |
|
4. |
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ewlenin rakkomandati speċifiċi għas-setturi | 54 |
1. INTRODUZZJONI
Dan id-dokument huwa Dokument ta' Referenza Settorjali (SRD) stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1). Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-fehim ta' dan l-SRD, din l-introduzzjoni tipprovdi profil tal-isfond legali tiegħu u l-użu tiegħu.
L-SRD huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u tal-politika dettaljat (2) (“Rapport dwar l-Aħjar Prattika”) żviluppat mill-Istitut għall-Istudji tal-Prospettivi Teknoloġiċi (IPTS), wieħed mis-seba' istituti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.
Sfond legali rilevanti
L-Iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) kienet introdotta fl-1993, għall-parteċipazzjoni volontarja mill-organizzazzjonijiet, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (3). Imbagħad, l-EMAS sarulha żewġ reviżjonijiet kbar:
|
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
Element importanti ġdid tal-aħħar reviżjoni, li daħal fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp tad-Dokumenti ta' Referenza Settorjali (SRDs). L-SRDs iridu jinkludu l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali (BEMPs), Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali għal setturi speċifiċi u, fejn xieraq, Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni.
Kif għandek tifhem u tuża dan id-dokument
L-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet li ħadu impenn favur it-titjib kontinwu tal-ambjent. Fi ħdan dan il-qafas, dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali (SRD) jipprovdi gwida speċifika għas-setturi lis-settur turistiku u jindika għadd ta' għażliet fejn jista' jsir titjib kif ukoll l-aħjar prattiki.
Id-dokument kitbu ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea li uża l-kontributi li waslu mingħand il-partijiet interessati. Grupp ta' Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet interessati tas-settur, immexxi miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, iddiskuta u eventwalment qabel dwar l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali, l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali speċifiċi għas-setturi u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza deskritti f'dan id-dokument; dawn il-parametri referenzjarji b'mod partikolari tqiesu li jirrappreżentaw tajjeb il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aħjar prestazzjoni fis-settur.
L-SRD għandu l-għan li jgħin u jsostni lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.
Dan l-SRD huwa indirizzat l-ewwel nett għal organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati għall-EMAS; it-tieni għal organizzazzjonijiet li qegħdin jikkunsidraw li jirreġistraw għall-EMAS fil-ġejjieni; u t-tielet għall-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jsiru jafu iktar dwar l-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, l-objettiv ta' dan id-dokument huwa li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet u lill-atturi kollha fis-settur tat-turiżmu sabiex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u sabiex isibu informazzjoni dwar l-Aħjar Prattiki, Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali xierqa speċifiċi għas-setturi sabiex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza.
Kif l-organizzazzjonijiet irreġistrati għall-EMAS iridu jqisu l-SRDs:
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati għall-EMAS iridu jqisu l-SRDs f'żewġ livelli differenti:
|
1) |
Meta jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali tagħhom fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali (l-Artikolu 4.1b); Dan ifisser li l-organizzazzjonijiet għandhom jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-Reviżjoni u l-Politika Ambjentali, kif ukoll meta jiddeċiedu fuq l-azzjonijiet li jridu jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
|
2) |
Meta jħejju d-Dikjarazzjoni Ambjentali (l-Artikolu 4.1d u l-Artikolu 4.4). Dan ifisser li:
L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew il-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b'rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-Reviżjoni Ambjentali tagħha ma għandhomx jiġu rrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali. |
Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Dan ifisser li kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha), trid tikkonsulta lill-SRD dwar suġġetti speċifiċi biex issib l-għajnuna rigward liema problemi jmissha tindirizza b'approċċ ibbażat fuq stadji.
Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk l-SRD kienx tqies mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-Dikjarazzjoni Ambjentali tagħha, u jekk iva, kif tqies (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).
Dan ifisser li, meta jawditjaw, il-verifikaturi ambjentali akkreditati ser ikollhom bżonn evidenza mingħand l-organizzazzjoni ta' kif intgħażlu u ġew ikkunsidrati l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali. Ma għandhomx jivverifikaw il-konformità mal-parametri referenzjarji ta' eċċellenza, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista' timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.
Minħabba l-għamla volontarja tal-EMAS u l-SRD, ma għandu jitqiegħed ebda piż sproporzjonat fuq l-organizzazzjonijiet sabiex jipprovdu t-tali evidenza. B'mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aħjar prattiki, l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali speċifiċi għas-setturi u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza msemmijin fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-Reviżjoni Ambjentali tagħha. Minkejja dan, jistgħu jissuġġerixxu elementi oħrajn li l-organizzazzjoni għandha tqis fil-ġejjieni bħala iktar evidenza tal-impenn tagħha għal titjib kontinwu fil-prestazzjoni.
L-istruttura tad-dokument ta' referenza settorjali
Dan id-dokument jikkonsisti f'erba' kapitoli. Il-Kapitolu 1 jintroduċi l-isfond legali tal-EMAS u jiddeskrivi kif tuża dan id-dokument, filwaqt li l-Kapitolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-SRD. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi fil-qosor l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali (BEMPs) flimkien ma' informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, b'mod ġenerali kif ukoll fil-livell tal-SMEs. Meta l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali speċifiċi u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza setgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari, dawn ingħataw ukoll. Uħud mill-indikaturi u l-parametri referenzjarji huma rilevanti għal iktar minn BEMP wieħed u b'hekk jiġu ripetuti kull meta dan ikun xieraq.
Fl-aħħar, il-Kapitolu 4 jippreżenta Tabella komprensiva b'firxa tal-iktar Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali rilevanti, l-ispjegazzjonijiet assoċjati u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza relatati.
2. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan id-dokument jindirizza wħud mill-attivitajiet speċifikati fis-sezzjoni I 55-56 “ Attivitajiet ta' Akkomodazzjoni u Forniment tal-Ikel ”, is-sezzjoni N 79 “ Servizz ta' prenotazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar u tal-operaturi turistiċi u attivitajiet relatati ” u s-sezzjoni O 84.11 “ Attivitajiet ta' Amministrazzjoni Pubblika Ġenerali ” tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (NACE Rev.2).
Dan id-dokument ta' referenza settorjali (SRD) ikopri primarjament l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali fi ħdan organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta' akkomodazzjoni, forniment tal-ikel u forniment tax-xorb, jew li jimmaniġġjaw destinazzjonijiet turistiċi jew joffru u jipprenotaw vjaġġi, akkomodazzjonijiet jew attivitajiet għat-turisti (aġenti tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi) (7). Kumpaniji li jipprovdu servizzi ta' akkomodazzjoni għat-turisti u servizzi tas-siti tal-ikkampjar huma mistednin jikkonsultaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ekotikketta tal-UE wkoll (8). Il-maniġers tad-destinazzjonijiet jistgħu jirreferu għal inizjattivi oħrajn tal-UE li jippromwovu l-immaniġġjar tat-turiżmu sostenibbli, bħal, fost l-oħrajn, is-Sistema Ewropea ta' Indikaturi tat-Turiżmu (ETIS) (9).
L-atturi msemmijin iktar 'il fuq huma marbutin ma' firxa sħiħa ta' setturi oħrajn kif indikat fid-dijagramma tal-katina tal-valur tat-turiżmu ta' hawn taħt. F'termini tat-turiżmu bħala prodott, l-attivitajiet li turist jieħu sehem fihom fil-btala għandhom sehem importanti wkoll fil-katina tal-valur tat-turiżmu, u huma ta' interess ambjentali potenzjali. Madankollu, f'dan l-SRD jissemmew biss sa fejn jistgħu jkunu influwenzati minn maniġers tad-destinazzjoni u operaturi turistiċi.
Ħarsa ġenerali lejn il-katina tal-valur tas-settur tat-turiżmu
Elettriku, gass, fwar, kundizzjonament tal-arja NACE 35
Setturi importanti bi processi indirizzati (Permezz ta’ links murija ghal setturi ewlenin)
Akkomodazzjoni NACE 55
Manifattura ta’ prodotti ohrajan NACE 14 - 33
Manifattura tat- tessili NACE 13
Manifattura talx xorb NACE 11
Manifattura tal-ikel NACE 10
Trasport u Logistici NACE 49 - 52
Gestioni tad-destinazzjoni Ammin. Pubblika Generali NACE 84.11
Kostruzzjoni NACE 41 - 43
Setturi indiretti importanti
Setturi ewlenin indirizzati direttament
Servizzi
Settur tat-turiżmu
Servizzi ta’ ikel u xorb NACE 56
Attivitajiet NACE Varji
Gestjoni tal-iskart NACE 38
Drenagg NACE 37
Provvista tal-ilma NACE 36
Operaturi ta’ turs/ agnetu tal-ivjaggar NACE 79
Agrikoltura NACE 1 - 3
Ktajjen tal-Provvista
Sezzjoni 3.7
Sezzjoni 3.7
Sezzjoni 3.4
Sezzjoni 3.6
Sezzjoni 3.7
Sezzjonijiet 3.4-3.8
Sezzjoni 3.3
Sezzjoni 3.3
Sezzjoni 3.2
Sezzjoni 3.2
Sezzjoni 3.4
Sezzjoni 3.6
Sezzjoni 3.5
L-aspetti ambjentali ewlenin u l-pressjonijiet ambjentali assoċjati li jirriżultaw mis-servizzi tat-turiżmu huma ppreżentati fit-Tabella ta' hawn taħt. Dawn l-aspetti ambjentali ntgħażlu bħala l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, l-aspetti ambjentali li jridu jiġu mmaniġġjati minn organizzazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.
Attivitajiet f'organizzazzjonijiet tat-turiżmu (lukandi, siti tal-ikkampjar, ristoranti u operaturi turistiċi) u l-aspetti u l-pressjonijiet ambjentali assoċjati
|
Servizz/Attività |
Aspetti ambjentali ewlenin |
Pressjonijiet ambjentali ewlenin |
||||||||||||||||||||||||||
|
Amministrazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Servizzi tekniċi |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Ristorant/bar |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Kċina |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Użu tal-kamra |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Ħasil tal-ħwejjeġ (laundry) |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Xiri |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Attivitajiet |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Trasport |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Servizzi addizzjonali |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Bini u kostruzzjoni |
|
|
L-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali (BEMPs) ippreżentati f'dan l-SRD huma mqassim fi gruppi kif ġej:
|
— |
BEMPs li jġibu titjib fi kwistjonijiet trażversali fis-settur tat-turiżmu, |
|
— |
BEMPs li jġibu titjib fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet (11), |
|
— |
BEMPs li jġibu titjib fl-attivitajiet tal-operaturi turistiċi u tal-aġenti tal-ivvjaġġar, |
|
— |
BEMPs li jnaqqsu għall-minimu l-konsum tal-ilma fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni, |
|
— |
BEMPs li jnaqqsu għall-minimu l-produzzjoni ta' skart mill-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni, |
|
— |
BEMPs li jnaqqsu għall-minimu l-konsum ta' enerġija fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni, |
|
— |
BEMPs li jġibu titjib fil-kċejjen ta' ristoranti u lukandi, |
|
— |
BEMPs li jġibu titjib fis-siti tal-ikkampjar. |
Il-BEMPs ikopru l-aktar aspetti ambjentali sinifikanti tas-settur.
3. L-AĦJAR PRATTIKI TA' MMANIĠĠJAR AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAT-TURIŻMU
3.1. Kwistjonijiet trażversali
3.1.1. Implimentazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali
Il-BEMP hija li ssir valutazzjoni tal-iktar aspetti ambjentali diretti u indiretti importanti assoċjati mal-organizzazzjoni, li jiġu applikati l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti u li jsir paragun mal-parametri referenzjarji ta' eċċellenza rilevanti.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-atturi kollha tat-turiżmu, inklużi l-maniġers tad-destinazzjonijiet, l-operaturi turistiċi, il-fornituri tal-akkomandazzjoni, il-fornituri tal-ikel u x-xorb, l-operaturi tat-trasport u l-fornituri tal-attivitajiet. Din il-BEMP tapplika bis-sħiħ għal impriżi żgħar ukoll (12).
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.1.2. Immaniġġjar tal-katina tal-provvista
Il-BEMP hija li jiġu analizzati l-ktajjen tal-provvista għal prodotti u servizzi użati mill-organizzazzjoni sabiex tidentifika l-punti fokali ambjentali tal-katina tal-provvista, filwaqt li tqis il-katina tal-valur sħiħa, u sabiex tidentifika l-punti ta' kontroll rilevanti (eż. l-għażla tal-prodotti, l-evitar, ix-xiri ekoloġiku, il-kriterji tal-fornituri) li jistgħu jintużaw sabiex jitnaqqas għall-minimu l-impatt ambjentali fuq il-katina tal-valur sħiħa.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-atturi kollha tat-turiżmu, inklużi l-maniġers tad-destinazzjonijiet, l-operaturi turistiċi, il-fornituri tal-akkomandazzjoni, il-fornituri tal-ikel u x-xorb, l-operaturi tat-trasport u l-fornituri tal-attivitajiet. Din il-BEMP tapplika bis-sħiħ għal impriżi żgħar ukoll.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2. Immaniġġjar tad-destinazzjonijiet
3.2.1. Pjanijiet ta' żvilupp ta' destinazzjonijiet strateġiċi
Il-BEMP hija li tiġi stabbilita unità jew organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp strateġiku sostenibbli tad-destinazzjoni li tikkoordina d-dipartimenti u l-partijiet interessati rilevanti biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fi ħdan il-qafas ta' pjan ta' destinazzjoni.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għad-destinazzjonijiet kollha, jew mill-unitajiet fi ħdan l-istrutturi tal-gvern responsabbli mill-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet pubbliċi/privati tal-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal amministrazzjonijiet pubbliċi żgħar u impriżi żgħar involuti fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.2.2. Konservazzjoni u mmaniġġjar tal-bijodiversità
Il-BEMP hija li tiġi ssorveljata l-qagħda tal-bijodiversità fid-destinazzjoni, u li jiġi implimentat pjan ta' konservazzjoni u mmaniġġjar tal-bijodiversità li jipproteġi u jsaħħaħ il-bijodiversità totali fi ħdan id-destinazzjoni permezz ta', pereżempju l-iżvilupp ta' restrizzjonijiet u miżuri ta' kumpens.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għad-destinazzjonijiet kollha. Destinazzjonijiet b'valur naturali għoli għandhom jikkonservaw il-bijodiversità filwaqt li destinazzjonijiet b'valur naturali baxx għandhom jieħdu miżuri biex iżidu l-bijodiversità. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal impriżi żgħar involuti fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2.3. Il-forniment ta' infrastruttura u servizzi
Il-BEMP hija li jiġi żgurat li s-servizzi marbutin mal-ambjent fi ħdan id-destinazzjoni, b'mod partikolari l-provvista tal-ilma, it-trattament tal-ilma mormi, l-immaniġġjar tal-iskart (speċjalment miżuri ta' riċiklaġġ) u l-immaniġġjar tat-trasport pubbliku/traffiku, huma biżżejjed biex ikampaw fl-eqqel żmien tat-turiżmu b'mod sostenibbli.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għad-destinazzjonijiet kollha. Hija marbuta mal-immaniġġjar tajjeb mill-amministrazzjonijiet pubbliċi inġenerali, iżda hija rilevanti l-iktar meta t-turiżmu jiġġenera domandi addizzjonali u staġjonali kbar għas-servizzi. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal amministrazzjonijiet pubbliċi lokali żgħar u għal impriżi żgħar involuti fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet jew il-forniment tas-servizzi marbutin mal-ambjent meħtieġa f'destinazzjoni.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||||||||||
|
|
3.3. Attivitajiet tal-operaturi turistiċi u tal-aġenti tal-ivvjaġġar
3.3.1. Tnaqqis u mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet ta' trasport
Il-BEMP hija li jiġi implimentat “editjar tal-għażla” tal-pakketti offruti sabiex jiġu evitati titjiriet żejda (jiġifieri titjiriet li jista' joħdilhom posthom b'mod effiċjenti trasport fuq l-art jew fuq l-ilma), jintgħażlu fornituri tat-trasport ferm effiċjenti fl-enerġija (linji tal-ajru, karozzi tal-linja/kowċijiet, laneċ, vapuri, bastimenti) u sabiex jiġi kkumpensat għall-emissjonijiet ta' GHG kollha mit-trasport bl-użu ta' skemi ta' kumpens iċċertifikati. Għal dawk il-kumpaniji li jwettqu l-operazzjonijiet tat-trasport tagħhom stess, il-BEMP hija li jiġu implimentati miżuri tal-effiċjenza enerġetika għall-flotot tat-trasport (li huma mixtrijin jew forniti), inkluż ix-xiri ekoloġiku tal-iktar vetturi effiċjenti u bl-inqas emissjonijiet, l-immodernizzar ta' inġenji tal-ajru u kowċijiet/karozzi tal-linja b'tagħmir li jiffranka l-enerġija bħal “winglets”, u sabiex jiġu ottimizzati l-operazzjonijiet (eż. il-fatturi ta' tagħbija massima).
Applikabbiltà
“Editjar tal-għażliet” tal-pakketti ta' vvjaġġar u tnaqqis tal-ivvjaġġar bl-ajru huwa applikabbli għall-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar kollha, inklużi impriżi żgħar.
Miżuri sabiex titjieb l-effiċjenza enerġetika tat-trasport u jonqsu l-emissjonijiet tiegħu fl-arja huma applikabbli b'mod dirett għal operaturi turistiċi b'kontroll fuq il-flotot tat-trasport tagħhom stess, u applikabbli bħala kriterji tal-għażla u ta' kuntratt għal operaturi turistiċi li jikkuntrattaw is-servizzi ta' trasport. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll, b'ċerti limitazzjonijiet, għal impriżi żgħar peress li l-grad ta' influwenza tagħhom fuq l-inġenji tal-ajru normalment ikun limitat ħafna iżda jistgħu jkunu sidien/jikkontrollaw it-trasport fuq l-art/l-ilma tagħhom stess.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.3.2. Xprunar ta' titjib ambjentali tal-fornituri tal-akkomodazzjoni
Il-BEMP hija li tintalab jew titħeġġeġ ċertifikazzjoni ambjentali tal-fornituri tal-akkomodazzjoni, jew li tintalab konformità ma' ċerti kriterji ambjentali speċifiċi, jew li jintalab rapportar dwar il-prestazzjoni ambjentali li jista' jintuża biex jiġi implimentat il-parametraġġ referenzjarju.
Applikabbiltà
L-operaturi turistiċi kollha jistgħu japplikaw din il-BEMP. Jaf ikun iktar faċli għall-operaturi turistiċi żgħar li jagħżlu fornituri fuq il-bażi ta' ċertifikazzjoni ambjentali ta' parti terza, u għall-operaturi turistiċi l-kbar li japplikaw il-kriterji u/jew proċess ta' parametraġġ referenzjarju tagħhom stess. Din il-BEMP hija applikabbli għall-impriżi żgħar b'ċerti limitazzjonijiet, peress li jista' jkun diffiċli li jiġu stabbiliti kriterji tal-fornituri iżda l-impriżi żgħar jistgħu jużaw iċ-ċertifikati ambjentali eżistenti (għandha tingħata preferenza lil ċertifikati verifikati minn partijiet terzi bħall-Ekotikketta tal-UE) sabiex jagħżlu l-fornituri.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.3.3. Xprunar ta' titjib fid-destinazzjonijiet
Il-BEMP hija li jiġi xprunat it-titjib ambjentali tad-destinazzjonijiet turistiċi billi tiġi sfruttata prestazzjoni ambjentali aħjar minn organizzazzjonijiet ta' fornituri lokali u minn organizzazzjonijiet u awtoritajiet ta' mmaniġġjar tad-destinazzjonijiet, u billi jitwettqu b'mod dirett skemi ta' titjib bħar-restawr tal-ħabitats f'destinazzjonijiet popolari.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli b'mod dirett għal operaturi turistiċi kbar. Impriżi żgħar jistgħu jikkoordinaw l-azzjonijiet permezz ta' raggruppamenti jew konsorzji jew fi sħubija pubblika-privata ma' awtoritajiet lokali/reġjonali.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.3.4. L-iżvilupp u l-promozzjoni ta' pakketti turistiċi xierqa u t-tħeġġiġ ta' mġiba turistika iktar sostenibbli
Il-BEMP hija li jiġu żviluppati u promossi pakketti tat-turiżmu li jeskludu l-iktar għażliet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, u li jiġu inklużi l-iktar għażliet ekoloġiċi b'rabta mat-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet. Barra minn hekk, l-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar jipprovdu informazzjoni lill-klijenti dwar l-impatti ambjentali tal-pakketti tat-turiżmu, u għandhom jgħaddu messaġġi pożittivi u interessanti mmirati dwar azzjonijiet sostenibbli u responsabbli li jistgħu jieħdu l-klijenti meta jagħżlu u jmorru fuq btala sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom kemm jista' jkun.
Applikabbiltà
L-operaturi turistiċi kollha, inklużi l-impriżi żgħar, jistgħu jimplimentaw il-miżuri minn din il-BEMP.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.3.5. Operazzjonijiet effiċjenti fil-livell tal-konsumatur u tal-uffiċċju
Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-użu ta' riżorsi, speċjalment il-karti u l-linka, għal operazzjonijiet ta' reklamar u tal-uffiċċju, sabiex jintgħażlu materjali u servizzi b'ċertifikat ambjentali (eż. servizzi ta' stamperija), u sabiex tiġi żgurata (14) effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ilma fl-operazzjonijiet kollha tal-uffiċċju u fil-livell tal-konsumatur.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-operaturi turistiċi kollha.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.4. Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' ilma fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni
3.4.1. Monitoraġġ, manutenzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistema tal-ilma
Il-BEMP trid twettaq awditjar tal-konsum tal-ilma u tissorvelja l-konsum tal-ilma fi proċessi u żoni importanti li jikkonsmaw l-ilma (jiġifieri sottometraġġ) sabiex tidentifika fejn jista' jsir titjib fl-effiċjenza, u sabiex tiżgura li t-tagħmir kollu ssirlu manutenzjoni permezz ta' spezzjoni perjodika xierqa, inkluż matul it-tindif tal-kmamar.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Madankollu, jaf ma jkunx biżżejjed li jitwaħħlu sottomiters f'faċilitajiet żgħar.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.4.2. Fittings tal-ilma effiċjenti fiż-żoni tal-klijenti
Il-BEMP hija li jiġu installati fittings tal-ilma, inklużi vitien bi fluss baxx u doċċi termostatiċi bi fluss baxx, flaxings bi fluss baxx u doppju, u awrinaji bla ilma. Sadanittant, jistgħu jitqabbdu arjaturi ma' fittings eżistenti.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Meta dan l-aħħar ikun sar rinnovament, xorta waħda jibqgħu japplikaw miżuri bħat-twaħħil ta' arjaturi.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.4.3. Tindif effiċjenti tal-kmamar
Il-BEMP hija li jitnaqqsu għall-minimu r-rekwiżiti ta' materjali għall-ħasil permezz tax-xiri ekoloġiku tal-lożor u x-xugamani (f'termini ta' qies, densità, kulur, materjal), u billi l-klijenti jintalbu jew jitħeġġu jerġgħu jużaw il-lożor u x-xugamani. L-aħjar prattika hija wkoll li l-persunal jitħarreġ fl-implimentazzjoni ta' metodi ta' tindif effiċjenti fl-użu tal-ilma u s-sustanzi kimiċi, u li jinxtraw prodotti konsumabbli b'ċertifikat ambjentali għal kmamar tas-sodda u kmamar tal-banju.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Il-minimizzazzjoni tal-ħasil tal-ħwejjeġ bl-għażla ta' drappijiet iktar effiċjenti tapplika b'mod universali, iżda l-applikabbiltà tal-minimizzazzjoni tat-tali ħasil billi l-klijenti jitħeġġu sabiex jerġgħu jużaw hija limitata għal faċilitajiet ta' akkomodazzjoni b'perċentwal għoli ta' klijenti li jqattgħu lejl wieħed biss.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||||||||
|
|
3.4.4. Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala żgħira ottimizzati
Il-BEMP hija li jinxtraw l-iktar estratturi tal-ħasil effiċjenti fl-użu tal-ilma (u b'hekk anki fl-enerġija) u l-iktar nixxiefa effiċjenti fl-enerġija (eż. nixxiefa bil-pompa tas-sħana) u ħdejjed tal-mogħdjia, sabiex jerġa' jintuża l-ilma tal-ħasil u, f'żoni fejn l-ilma huwa skars, l-ilma tal-ħasil ewlieni wara mikrofiltrazzjoni. L-aħjar prattika hija li tiġi rkuprata wkoll is-sħana mill-ilma mormi u l-arja ta' ventilazzjoni tal-egżost.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u d-daqsijiet kollha ta' akkomodazzjoni li jagħmlu operazzjonijiet ta' ħasil fuq il-post, inklużi impriżi żgħar.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.4.5. Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala kbira jew esternalizzati ottimizzati
Il-BEMP hija li jingħażel fornitur effiċjenti tas-servizz tal-ħasil li huwa ċċertifikat b'ekotikketta tat-Tip I tal-ISO jew li jirrispetta l-kriterji fit-tali tikketti, jew li jiżgura li l-operazzjonijiet fuq skala kbira fuq il-post jirrispettaw it-tali kriterji.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal faċilitajiet ta' akkomodazzjoni kbar b'operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala kbira fuq il-post, kif ukoll operaturi tal-ħasil kummerċjali. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal akkomodazzjoni oħra ta' kull daqs, inklużi impriżi żgħar, sa fejn il-kriterji jkunu applikabbli għall-akkwist ekoloġiku ta' servizzi tal-ħasil.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||||||
|
|
3.4.6. Immaniġġjar ottimizzat tal-pixxini
Il-BEMP hija li jiġu ottimizzati l-frekwenza u t-twaqqit tal-backwashing fuq il-bażi ta' tnaqqis fil-pressjoni minflok skedi fissi, sabiex jintużaw l-ożonazzjoni jew it-trattament tal-UV u kontroll bir-reqqa tad-dożaġġ ħalli tiġi minimizzata l-klorinazzjoni, u sabiex tiġi rkuprata s-sħana mill-arja tal-ventilazzjoni tad-duħħan.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kumpaniji tal-akkomodazzjoni b'pixxini fuq il-post, inklużi impriżi żgħar.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.4.7. Riċiklaġġ tal-ilma tax-xita u tal-ilma griż
Il-BEMP hija li tiġi installata sistema ta' rkupru tal-ilma griż li tagħmel dan sabiex it-tali ilma jintuża fi proċessi fuq ġewwa (eż. flaxjar tat-tojlit) wara t-trattament, jew għal proċessi ta' barra (eż. irrigazzjoni), jew sistema ta' ġbir tal-ilma tax-xita li tuża l-ilma tax-xita għal skopijiet fuq ġewwa.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-kumpaniji kollha tal-akkomodazzjoni. Is-sistemi ta' riċiklaġġ tal-ilma jistgħu jiġu installati matul il-kostruzzjoni ta' bini jew rinnovament qawwi. L-applikabbiltà għal impriżi żgħar tista' tkun limitata minħabba l-kost għoli ta' investiment.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.5. Immaniġġjar tal-iskart u tal-ilma mormi fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni
3.5.1. Il-prevenzjoni tal-iskart
Il-BEMP hija li tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta' skart permezz tal-akkwist ekoloġiku ta' prodotti, filwaqt li jitqiesu l-impatti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti — pereżempju billi jiġu evitati oġġetti li jintremew wara darba (ikel, sapun, xampujiet) u billi jinxtraw aġenti tat-tindif f'forma konċentrata u bl-ingrossa — u permezz ta' mmaniġġjar bir-reqqa tal-volumi mixtrijin.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.5.2. Għażla tal-iskart u l-bgħit tiegħu għar-riċiklaġġ
Il-BEMP hija li jiġu pprovduti faċilitajiet ta' ġbir tal-iskart separat fl-istabbiliment, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm proċedura ċara għas-separazzjoni tal-iskart, u sabiex jiġu kkuntrattati s-servizzi rilevanti tar-riċiklaġġ tal-inqas għall-ħġieġ, il-karta u l-kartun, il-plastik, il-metalli u skart organiku.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.5.3. Trattament tal-ilma mormi
Il-BEMP trid tinstalla sistema ta' trattament tal-ilma mormi fuq il-post li tittratta l-ilma mormi tal-inqas f'livell sekondarju u, idealment, terzjarju,u tinkludi tal-inqas pretrattament sabiex tgħarbel is-solidi u l-materja partikolata tan-naqal segwit minn trattament bijoloġiku effiċjenti (eż. f'reattur tal-lottijiet tas-sekwenzjar) sabiex jitneħħa sehem għoli ta' COD, BOD, nitroġenu u fosforu mill-effluwent finali. Il-ħama tiġi ttrattata u tintrema b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u d-daqsijiet kollha ta' akkomodazzjoni mhux imqabbdin ma' netwerk tad-drenaġġ, inklużi impriżi żgħar.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.6. Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' enerġija fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni
3.6.1. Sistemi ta' monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija
Il-BEMP hija li jsir awditjar tal-enerġija u li jiġi ssorveljat il-konsum tal-enerġija fi proċessi u żoni ewlenin li jikkonsmaw l-enerġija (jiġifieri sottometraġġ) sabiex jiġu identifikati l-għażliet li jtejbu l-effiċjenza, u jiżguraw li t-tagħmir kollu ssirlu manutenzjoni permezz ta' spezzjoni perjodika xierqa (16).
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Is-sistemi estensivi ta' sottometraġġ u ta' mmaniġġjar tal-bini mhumiex applikabbli għal faċilitajiet żgħar.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.6.2. Għeluq aħjar tal-bini
Għal binjiet ġodda, il-BEMP hija li jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mal-aħjar klassifikazzjoni tal-enerġija li jistgħu jilħqu, bħall-istandards PassiveHouse u Minergie P (17). Għal binjiet eżistenti, il-BEMP hija l-immodernizzar sabiex jonqsu r-rekwiżiti ta' enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ (18).
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi kollha ta' akkomodazzjoni matul kostruzzjoni jew rinnovament qawwi, u matul l-għażla tal-bini għal organizzazzjonijiet li jikru l-bini tagħhom. L-opportunità għal impriżi żgħar sabiex jimplimentaw din il-BEMP tista' tkun limitata fil-każ ta' mmodernizzar ta' bini ġdid, minħabba l-kost għoli ta' investiment.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.6.3. Sistemi tal-HVAC ottimizzati
Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum ta' enerġija mis-sistemi tal-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) billi jiġu installati prodotti bl-aqwa klassijiet tat-tikketta tal-enerġija (meta applikabbli), kontroll tat-temperatura fiż-żoni u ventilazzjoni kkontrollata bl-irkupru tas-sħana (idealment ikkontrollata minn sensers tas-CO2) u komponenti effiċjenti fl-enerġija (eż. fannijiet b'veloċità varjabbli), u sabiex l-HVAC jiġu ottimizzati b'rabta mal-għeluq tal-bini u l-karatteristiċi tas-sors tal-enerġija.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Ottimizzazzjoni sħiħa tista' ssir biss matul il-kostruzzjoni jew waqt rinnovament qawwi, iżda hemm miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu implimentati fi kwalunkwe ħin.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.6.4. Applikazzjonijiet effiċjenti tal-pompi tas-sħana u t-tisħin/tkessiħ ġeotermali
Il-BEMP hija li jiġu installati pompi tas-sħana effiċjenti (eż. ekotikkettati, prodotti tal-aqwa klassijiet tat-tikketta tal-enerġija) għat-tisħin u t-tkessiħ, jew, meta possibbli, għat-tkessiħ tal-ilma ta' taħt l-art.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi kollha ta' akkomodazzjoni. F'żoni urbani, jista' jkun possibbli li s-sistemi tal-ilma ta' taħt l-art jiġu installati biss matul il-kostruzzjoni jew rinnovament qawwi. Il-pompi tas-sħana bis-sors tal-arja jistgħu jiġu modernizzati b'mod faċli, iżda jaf ma jkunux tajbin għal klimi kesħin ħafna. L-applikabbiltà ta' din il-BEMP tista' tkun limitata għal impriżi żgħar minħabba l-kost ta' investiment.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.6.5. Dawl u tagħmir elettriku effiċjenti
Il-BEMP hija li jiġi installat dawl fluworexxenti u LED ta' daqs kompatt xieraq u mqassam skont iż-żoni b'kontroll intelliġenti fuq il-bażi taċ-ċaqliq, id-dawl naturali u l-ħin. Il-BEMP hija li jiġu ottimizzati wkoll id-disinn tal-bini u t-tqassim intern fir-rigward tal-użu tad-dawl naturali, filwaqt li jitqies l-impatt tal-enerġija ta' żoni b'ħafna ħġieġ għat-tisħin u t-tkessiħ. Fir-rigward tat-tagħmir elettriku (l-apparati domestiċi tad-dar u l-prodotti elettroniċi tal-konsumaturi), kull meta dan ikun possibbli għandhom jintgħażlu prodotti bl-Ekotikketta tal-UE jew l-aħjar klassijiet tat-tikketta tal-enerġija.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Lampi fluworexxenti u LED kompatti spiss jistgħu jintużaw direttament minflok lampi inkandexxenti u tal-aloġenu. Il-modifika ta' bini sabiex jiġi ottimizzat l-użu tad-dawl naturali hija ristretta għall-kostruzzjoni u r-rinnovament inizjali.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.6.6. Sorsi ta' enerġija rinnovabbli
Il-BEMP hija li jiġi installat tagħmir fuq il-post li jiġġenera enerġija ġeotermali, solari jew mir-riħ, fejn xieraq, u li l-elettriku jinxtara mingħand fornitur tal-elettriku rinnovabbli ġenwin (jiġifieri verifikabbilment addizzjonali).
Applikabbiltà
Il-potenzjal li jiġu sfruttati teknoloġiji partikolari tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post jiddependi minn fatturi speċifiċi għall-post u s-sit bħall-klima, id-dell, l-ispazju disponibbli, eċċ. Investiment fi skemi tal-enerġija rinnovabbli mhux fuq il-post jista' jsir minn kwalunkwe organizzazzjoni. L-applikabbiltà ta' din il-BEMP tista' tkun limitata għal impriżi żgħar fil-każ ta' żminijiet twal għat-tifdija.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.7. Kċejjen ta' ristoranti u lukandi
3.7.1. Xiri ta' prodotti tal-ikel u x-xorb ekoloġiċi
Il-BEMP hija li jiġu vvalutati l-ktajjen tal-provvista tal-ikel u x-xorb sabiex jiġu identifikati l-punti fokali ambjentali u l-punti ta' kontroll ewlenin, inkluża l-għażla ta' prodotti b'ċertifikat ekoloġiku u l-editjar tal-menujiet sabiex jiġu evitati ingredjenti li jagħmlu ħsara partikolari (eż. speċijiet ta' ħut mheddin u xi frott li ma jkunx żmienu) u l-iżgurar ta' porzjonijiet xierqa ta' laħam u prodotti tal-ħalib u d-disponibbiltà ta' għażliet veġetarjani.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. Il-kċejjen f'żoni rurali jistgħu jiksbu l-ikel minn fuq il-post. Kċejjen kbar jista' jkollhom influwenza ikbar fuq il-fornituri. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.7.2. Immaniġġjar tal-iskart organiku
Il-BEMP hija li titnaqqas għall-minimu l-ħela ta' ikel evitabbli permezz ta' żvilupp bir-reqqa tal-menù u għażla ta' porzjonijiet ġusti, u li jiġi żgurat li l-iskart organiku kollu jiġi separat u jintbagħat għad-diġestjoni anajrobika meta dan ikun possibbli, jew inkella għall-ħruq bl-irkupru tal-enerġija jew kompostar lokali/fuq il-post.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. L-għażla ppreferuta tar-riċiklaġġ tal-iskart tad-diġestjoni anajrobika jaf ma tkunx disponibbli f'ċerti postijiet, f'liema każ l-iskart jista' jintbagħat għall-inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija jew billi jsir kompost. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.7.3. Ħasil tal-platti, tindif u preparazzjoni tal-ikel ottimizzati
Il-BEMP hija li jingħażel tagħmir tal-ħasil effiċjenti, inklużi valvs ta' sprejjar bit-tlaħliħ minn qabel bi fluss baxx li jaħdmu bit-trigger, magni tal-ħasil tal-platti u steamer bla konnessjoni effiċjenti, u li jiġi ssorveljat u li jittieħed parametraġġ referenzjarju tal-konsum tal-ilma f'żoni ta' kċejjen/ristoranti.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. L-installazzjoni ta' magni tal-ħasil tal-platti iktar effiċjenti tista' tkun ekonomikament vijabbli biss meta l-magni tal-ħasil tal-platti jkunu waslu fi tmiem il-ħajja operazzjonali tagħhom jew jeħtieġu tiswija. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.7.4. Tisjir, ventilazzjoni u tkessiħ ottimizzati
Il-BEMP hija li jingħażel tagħmir tat-tisjir effiċjenti, inklużi hob tal-induzzjoni jew hobs tal-gass ikkontrollati bis-sensers tal-borom, tagħmir tat-tkessiħ effiċjenti li juża refriġeranti naturali bħal ammonijaka jew diossidu tal-karbonju, u li tiġi kkontrollata l-ventilazzjoni skont id-domanda għaliha.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. L-installazzjoni ta' tagħmir tat-tisjir u t-tkessiħ iktar effiċjenti tista' tkun ekonomikament vijabbli biss meta t-tagħmir eżistenti jkun wasal fi tmiem il-ħajja operatorja tiegħu. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.8. Siti tal-ikkampjar
3.8.1. Edukazzjoni għall-klijenti dwar l-ambjent
Il-BEMP hija li l-klijenti jiġu pprovduti b'edukazzjoni interattiva fuq il-post dwar kwistjonijiet ambjentali, inklużi korsijiet, passaġġi naturali, jew tagħmir bħal trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju (roti, roti tal-elettriku).
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha u tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni (speċjalment rurali). L-applikabbiltà ta' din il-BEMP tista' tkun limitata għal impriżi żgħar li m'għandhomx ħafna riżorsi.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.8.2. L-immaniġġjar ambjentali taż-żoni fuq barra
Il-BEMP hija li tiġi massimizzata l-bijodiversità fuq il-post bit-tħawwil ta' speċi nattivi u l-installazzjoni ta' bjut u ħitan ekoloġiċi. Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum ta' ilma għall-irrigazzjoni u l-użu ta' ilma griż jew ilma tax-xita. Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu t-tniġġis tad-dawl li ġej mid-dawl ta' barra (eż. bl-użu ta' lampi tas-sodju bi pressjoni baxxa angolati tajjeb) u t-tnaqqis ta' tniġġis akustiku minn avvenimenti fuq barra billi jiġu installati barrieri tal-ħoss u jiġu infurzati regoli stretti dwar il-ħin li fih jintemmu t-tali avvenimenti.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha u tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni (speċjalment rurali), inklużi impriżi żgħar.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.8.3. L-effiċjenza enerġetika tas-siti tal-ikkampjar u l-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli
Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum ta' enerġija għat-tisħin tal-ilma, l-HVAC u d-dawl billi jiġu installati fittings bi fluss baxx, iżolament tajjeb għall-bini, u dawl fluworexxenti jew LED, u li tiġi installata wkoll kapaċità li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli fuq il-post (eż. tisħin tal-ilma bix-xemx). Barra minn hekk, is-sħana tista' tiġi rkuprata minn ilma griż tal-kamra tal-ħasil bl-użu ta' pompa tas-sħana.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha. L-installazzjoni ta' teknoloġiji speċifiċi tal-enerġija rinnovabbli tiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi għas-sit. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametri referenzjarji ta' eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.8.4. Effiċjenza fl-użu tal-ilma tas-siti tal-ikkampjar
Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum tal-ilma bl-installazzjoni ta' vitien u doċċi bi fluss baxx, kontrolli bit-timer tax-showers, u tojlits bi flaxing doppju u bi fluss baxx u awrinarji bla ilma.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.8.5. Tnaqqis għall-minimu tal-iskart fis-siti tal-ikkampjar
Il-BEMP hija li titnaqqas għall-minimu l-ġenerazzjoni tal-iskart residwu bl-implimentazzjoni ta' prevenzjoni tal-iskart, billi jiġu pprovduti faċilitajiet tal-għażla tal-iskart konvenjenti fuq il-post, u billi jiġu kkuntrattati s-servizzi ta' riċiklaġġ tal-iskart.
Applikabbiltà
Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha. Hemm inqas kamp ta' applikazzjoni għall-prevenzjoni tal-iskart milli f'tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni għaliex ħafna mill-iskart ġej minn dak li jixtru l-klijenti. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.8.6. Pixxini naturali
Il-BEMP hija li tiġi installata pixxina naturali jew pixxina eżistenti tiġi kkonvertita f'pixxina naturali.
Applikabbiltà
Din il-BEMP tista' tiġi implimentata fis-siti tal-ikkampjar kollha u tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni (speċjalment rurali). Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati
|
Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza |
||||
|
|
4. INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI EWLENIN RAKKOMANDATI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR
It-Tabella li ġejja telenka għażla tal-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ewlenin għal organizzazzjonijiet fis-settur tat-turiżmu. Hemm sottosett tal-indikaturi kollha msemmijin fil-kapitolu 3. It-Tabella hija maqsuma f'sitt partijiet; l-ewwel waħda telenka l-indikaturi applikabbli għall-atturi kollha tas-settur (trażversali), filwaqt li l-partijiet li ġejjin huma waħda għal kull wieħed mill-atturi ewlenin indirizzati minn dan l-SRD (maniġers tad-destinazzjoni, operaturi turistiċi u aġenti tal-ivvjaġġar, akkomodazzjonijiet, kċejjen tar-ristoranti u tal-lukandi u siti tal-ikkampjar).
|
Indikatur |
Unità komuni |
Deskrizzjoni qasira |
Livell minimu rakkomandat ta' monitoraġġ |
Indikatur ewlieni relatat skont l-Anness IV għar-Regolament (KE) 1221/2009 (it-Taqsima C.2) |
Parametru referenzjarju ta' eċċellenza u l-aħjar prattika ta' mmaniġġjar tal-ambjent relatata |
||
|
TRAŻVERSALI |
|||||||
|
(iva/le) |
L-indikatur jiddikjara jekk l-organizzazzjoni timplimentax sistema ta' mmaniġġjar ambjentali. Dan l-indikatur jista' jintuża mill-atturi kollha fis-settur tat-turiżmu (jiġifieri maniġers tad-destinazzjoni, operaturi turistiċi, fornituri tal-akkomodazzjoni, fornituri tal-ikel u x-xorb, operaturi tat-trasport u fornituri tal-attivitajiet). |
Għal kull sit (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Kollha |
L-indikaturi xierqa jintużaw sabiex jiġu ssorveljati l-aspetti rilevanti kollha tal-prestazzjoni ambjentali, inklużi aspetti indiretti u li jitkejlu b'inqas faċilità bħall-impatti fuq il-bijodiversità. (BEMP 3.1.1) Il-persunal kollu jiġi pprovdut b'informazzjoni dwar l-objettivi ambjentali u taħriġ fuq azzjonijiet rilevanti ta' mmaniġġjar ambjentali. (BEMP 3.1.1) L-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali huma implimentati, fejn applikabbli. (BEMP 3.1.1) |
||
|
% |
L-indikatur jirreferi għall-valutazzjoni tal-katina tal-provvista, fuq il-bażi tal-għażla ta' prodotti/servizzi li jikkonformaw ma' kriterji u ċertifikazzjonijiet ambjentali speċifiċi (eż. l-Ekotikketta tal-UE). |
Għal kull sit (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Kollha |
L-organizzazzjoni applikat ċiklu tal-ħajja bil-għan li tidentifika l-għażliet tat-titjib għall-ktajjen tal-provvista ewlenin kollha li jħallu impatt fuq il-punti fokali ambjentali. (BEMP 3.1.2) ≥ 97 % tas-sustanzi kimiċi (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri), użati fil-bini tal-akkomodazzjoni u r-ristorant huma ċċertifikati skont ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (jew jista' jintwera li huma l-iktar għażla ekoloġika disponibbli). (BEMP 3.1.2) ≥ 97 % tal-injam, il-karta u l-kartun kollha mixtrijin mill-akkomodazzjoni u r-ristoranti huma riċiklati jew għandhom ċertifikat ambjentali (bl-ekotikketta, FSC, PEFC). (BEMP 3.1.2) |
||
|
MANIĠERS TAD-DESTINAZZJONIJIET |
|||||||
|
(iva/le) |
L-indikatur jiddikjara jekk il-maniġer tad-destinazzjoni jimplimenta pjan ta' destinazzjoni sostenibbli li jindirizza l-isfidi ambjentali ewlenin fid-destinazzjoni, ikopri ż-żona ta' destinazzjoni sħiħa u jikkoordina lill-atturi rilevanti kollha involuti. |
Destinazzjoni |
Kollha |
L-implimentazzjoni ta' pjan ta' destinazzjoni li: (i) ikopri ż-żona ta' destinazzjoni sħiħa; (ii) jinvolvi l-koordinazzjoni fost l-atturi governattivi u privati rilevanti kollha; (iii) jindirizza l-isfidi ambjentali ewlenin fi ħdan id-destinazzjoni. (BEMP 3.2.1) |
||
|
(iva/le) |
L-indikatur jirreferi għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità fid-destinazzjoni. |
Destinazzjoni |
Bijodiversità |
Naqqas għall-minimu u kkumpensa għal kwalunkwe bijodiversità spostata mill-iżvilupp għat-turiżmu sabiex il-bijodiversità fil-livell tad-destinazzjoni tinżamm jew tiżdied f'żoni b'valur naturali għoli, u tiżdied f'żoni degradati. (BEMP 3.2.2) |
||
|
L/klijent-jum |
L-ammont ta' ilma użat bħala medja minn kull klijent fis-sit ta' destinazzjoni. |
Destinazzjoni |
Ilma |
Konsum medju ta' ≤ 200 litru ilma mit-turisti għal kull klijent-jum. (BEMP 3.2.3) |
||
|
% |
Perċentwal ta' ilma mormi ġġenerat fid-destinazzjoni li huwa ttrattat bi trattament sekondarju jew terzjarju matul l-eqqel staġun turistiku. |
Destinazzjoni |
Ilma |
Servizzi, inklużi t-trasport pubbliku, il-forniment tal-ilma, it-trattament ta' ilma mormi u r-riċiklaġġ tal-iskart, huma mfasslin sabiex ilaħħqu mad-domanda massima u sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-turiżmu fid-destinazzjoni. (BEMP 3.2.3) ≥ 95 % tal-ilma mormi ġġenerat fid-destinazzjoni jirċievi tal-inqas trattament sekondarju, jew trattament terzjarju għall-iskariku f'ilmijiet riċeventi sensittivi, inkluż matul l-eqqel staġun turistiku. (BEMP 3.2.3) |
||
|
% |
Perċentwal ta' skart muniċipali mibjugħ miġbur fid-destinazzjoni li jintbagħat għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika. |
Destinazzjoni |
Skart |
≥ 95 % tal-iskart solidu muniċipali jitneħħa mill-miżbla u jintbagħat għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika. (BEMP 3.2.3) |
||
|
% |
Perċentwal ta' vjaġġi f'destinazzjoni li jsiru bit-trasport pubbliku, bil-mixi u bir-roti mit-turisti. |
Destinazzjoni |
Emissjonijiet |
Servizzi, inklużi t-trasport pubbliku, il-forniment tal-ilma, it-trattament ta' ilma mormi u r-riċiklaġġ tal-iskart, huma mfasslin sabiex ilaħħqu mad-domanda massima u sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-turiżmu fid-destinazzjoni. (BEMP 3.2.3) It-trasport pubbliku, il-mixi u r-roti jammontaw għal ≥ 80 % tal-vjaġġi li jagħmlu t-turisti fid-destinazzjonijiet tal-belt. (BEMP 3.2.3) |
||
|
% |
Proporzjon ta' bejn l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post fid-destinazzjoni u d-domanda totali għall-enerġija tad-destinazzjoni f'termini tal-enerġija finali. |
Destinazzjoni |
Emissjonijiet |
— (BEMP 3.2.3) |
||
|
OPERATURI TURISTIĊI U AĠENTI TAL-IVVJAĠĠAR |
|||||||
|
kg CO2/passiġġier-km |
Il-konsum ta' fjuwil/enerġija ta' inġenji tal-ajru, karozzi tal-linja, kowċijiet u ferroviji taħt il-kontroll ta' operaturi turistiċi huwa ssorveljat u tintalab id-dejta għal fornituri tat-trasport sottokuntrattati. |
Organizzazzjoni flotta ta' ajruplani/vetturi |
Effiċjenza enerġetika Effiċjenza fl-użu tal-materjali Emissjonijiet |
L-operaturi turistiċi ma joffrux titjiriet għal: (i) destinazzjonijiet inqas minn 700 km 'il bogħod; (ii) destinazzjonijiet li jaslu sa 2 000 km għal soġġorn ta' inqas minn tmint ijiem, jew; destinazzjonijiet iktar minn 2 000 km 'il bogħod għal soġġorn ta' inqas minn 14-il jum. (BEMP 3.3.1) Il-flotot tal-linji tal-ajru tal-operaturi turistiċi jiksbu konsum medju speċifiku ta' ≤ 2,7 litru fjuwil għal kull 100 passiġġier-km. (BEMP 3.3.1) Konsum medju ta' ≤ 0,75 litru fjuwil mill-flotta ta' kowċijiet jew karozzi tal-linja għal kull 100 passiġġier-km u tal-inqas 90 % tal-flotta huma konformi mal-EURO V jew jaħdmu b'sistemi ta' fjuwil alternattiv. (BEMP 3.3.1) |
||
|
% |
Perċentwal ta' emissjonijiet ta' CO2 ikkumpensati mill-krediti mixtrijin iċċertifikati tal-karbonju. Għall-kumpens tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni, għandu jiġi applikat fattur ta' indiċi forzanti radjattiv xieraq. |
Organizzazzjoni flotta ta' ajruplani/vetturi |
Effiċjenza enerġetika Effiċjenza fl-użu tal-materjali Emissjonijiet |
L-emissjonijiet ta' GHG mit-trasport mill-pakketti kollha mibjugħin huma kkumpensati b'mod awtomatiku permezz ta' investiment dirett fil-proġetti ta' evitar tal-GHG jew bix-xiri ta' krediti ċċertifikati tal-karbonju. (BEMP 3.3.1) |
||
|
% |
Dan l-indikatur iqis l-istandards ambjentali ċċertifikati ta' parti terza (eż. l-Ekotikketta tal-UE, Nordic Swan) kif ukoll il-konformità ma' sett speċifiku ta' rekwiżiti. |
Organizzazzjoni |
Kollha |
≥ 90 % tal-fornituri tal-akkomodazzjoni, fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ jew l-iljieli mqatta', huma konformi ma' sett ta' rekwiżiti ambjentali (idealment rikonoxxuti minn ċertifikazzjoni ta' parti terza). (BEMP 3.3.2) |
||
|
% |
L-indikatur jirreferi għall-perċentwal ta' servizzi li l-operatur turistiku kkontribwixxa għat-titjib fi ħdan kull waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin tiegħu. |
Destinazzjoni u organizzazzjoni |
Kollha |
L-operatur turistiku jixpruna titjib ambjentali billi: (i) titjieb il-prestazzjoni tal-katina tal-provvista; (ii) jiġi influwenzat l-immaniġġjar tad-destinazzjoni; (iii) jiddaħħlu skemi ta' titjib dirett. (BEMP 3.3.3) |
||
|
% |
Il-perċentwal skont il-valur ta' mawriet sostenibbli ewlenin (eż. bl-ekotikketta tal-Awstrija għal pakketti tal-ivvjaġġar) mill-mawriet totali mibjugħin mill-operatur turistiku. |
Organizzazzjoni |
Kollha |
L-operatur turistiku jippromwovi l-pakketti ta' turiżmu sostenibbli fil-materjal ta' reklamar popolari. (BEMP 3.3.4) Il-pakketti ta' turiżmu sostenibbli ewlenin (eż. bl-ekotikketta tal-Awstrija għal pakketti tal-ivvjaġġar) jirrappreżentaw sehem ta' ≥ 10 % mill-bejgħ. (BEMP 3.3.4) L-operatur turistiku juża metodi effettivi ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni sabiex iħeġġeġ għażliet iktar sostenibbli fl-għażla ta' pakketti tat-turiżmu. (BEMP 3.3.4) L-operatur turistiku jipprovdi lill-klijenti kollha tiegħu b'informazzjoni speċifika għad-destinazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni sabiex jippromwovi mġiba sostenibbli fid-destinazzjoni. (BEMP 3.3.4) |
||
|
g/klijent |
L-ammont ta' karta użata għal kull klijent. |
Organizzazzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-materjali Skart Emissjonijiet |
Materjal tal-uffiċċju u promozzjonali stampat: (i) huwa evitat kull meta dan ikun possibbli; (ii) juża karta 100 % riċiklata jew b'ċertifikat ambjentali (eż. b'ekotikketta, FSC, PEFC); (iii) huwa stampat b'servizzi ta' pprintjar b'ċertifikat ambjentali (eż. EMAS, ISO14001). (BEMP 3.3.5) |
||
|
(iva/le) |
Dan l-indikatur jirreferi għal jekk il-karta użata għandhiex ċertifikat ambjentali (eż. l-Ekotikketta tal-UE, FSC), u ġietx ipprintjata bl-użu ta' servizzi ta' pprintjar b'ċertifikat ambjentali. |
Organizzazzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-materjali Skart |
Materjal tal-uffiċċju u promozzjonali stampat: (i) huwa evitat kull meta dan ikun possibbli; (ii) juża karta 100 % riċiklata jew b'ċertifikat ambjentali (eż. b'ekotikketta, FSC, PEFC); (iii) huwa stampat b'servizzi ta' pprintjar b'ċertifikat ambjentali (eż. EMAS, ISO14001). (BEMP 3.3.5) |
||
|
kg CO2/klijent kg CO2/m2sena |
Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta' CO2 li jirriżulta mill-attivitajiet fil-livell tal-konsum u tal-uffiċċju. Jista' jingħata bħala emissjonijiet għal kull klijent jew l-emissjonijiet għas-superfiċje tal-ħanut u l-uffiċċju u fis-sena. |
Organizzazzjoni |
Emissjonijiet |
Il-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-enerġija u l-GHG huma implimentati u l-emissjonijiet ta' enerġija u GHG li jirriżultaw mill-attivitajiet fil-livell tal-konsum u tal-uffiċċju huma rrapportati u jingħataw għal kull m2 ta' art tal-ħanut u l-uffiċċju fis-sena, u għal kull klijent. (BEMP 3.3.5) |
||
|
L/impjegat·sena |
Dan l-indikatur jirreferi għall-użu annwali ta' ilma fil-binjiet tal-uffiċċji diviż min-numru ta' impjegati li jaħdmu f'dawn il-binjiet. |
Organizzazzjoni |
Ilma |
Konsum ta' ≤ 2,0 m3 ilma għal kull impjegat fis-sena. (BEMP 3.3.5) |
||
|
AKKOMODAZZJONIJIET |
|||||||
|
l/klijent-lejl |
Il-konsum ta' ilma huwa mkejjel fuq il-binjiet ta' akkomodazzjoni tul sena, normalizzat għan-numru ta' klijenti-iljieli. Il-konsum ta' ilma għal pixxini kbar jew ristoranti li jaqdu lil sehem għoli ta' persuni mhux residenti jista' jkun eskluż mill-indikatur għall-parametraġġ referenzjarju tal-akkomodazzjoni. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Sottometraġġ taż-żoni tal-akkomodazzjoni |
Ilma |
L-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-ilma speċifiku għas-sit li jinkludi: (i) sottometraġġ u parametraġġ referenzjarju tal-proċessi u ż-żoni ewlenin kollha li jikkonsmaw l-ilma; (ii) spezzjoni u manutenzjoni regolari tal-“punti ta' tnixxija” tas-sistema tal-ilma u tal-apparati. (BEMP 3.4.1) Konsum totali ta' ≤ 140 L ilma għal kull klijent-lejl f'lukandi b'kull servizz disponibbli, u ≤ 100 L għal kull klijent-lejl fl-akkomodazzjoni fejn il-maġġor parti tal-kmamar tal-banju huma maqsumin bejn il-kmamar (eż. hostels). (BEMP 3.4.1) |
||
|
kg materjali għall-ħasil/klijent-lejl |
Massa totali ta' materjali għall-ħasil iġġenerati għal kull klijent-lejl. Dan l-indikatur huwa influwenzat mir-rata ta' użu mill-ġdid, il-kwantità ta' drap, id-daqs u d-densità. |
Għal kull bini |
Ilma Effiċjenza enerġetika |
Tnaqqis ta' mill-inqas 30 % fil-materjali għall-ħasil miksub bl-użu mill-ġdid tax-xugamani u l-lożor. (BEMP 3.4.3) |
||
|
g/klijent-lejl |
Dan l-indikatur jinkludi l-prodotti kimiċi kollha għat-tindif u l-ħasil tal-platti (ħlief deterġenti tal-materjali għall-ħasil, prodotti speċjali tat-tindif u sustanzi kimiċi tal-pixxini). L-ammont li jrid jiġi rrapportat huwa f'termini ta' ingredjenti kimiċi attivi. |
Għal kull bini |
Skart |
Konsum ta' prodotti kimiċi għat-tindif u l-ħasil tal-platti (ħlief deterġenti tal-ħasil tal-materjali, prodotti tat-tindif speċjali u sustanzi kimiċi tal-pixxina) ta' ≤ 10 grammi ingredjenti kimiċi attivi għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.4.3) |
||
|
% |
Perċentwal ta' sustanzi kimiċi u drappijiet użati li għandhom l-ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (għal operazzjonijiet ta' tindif, sapun, xampujiet, eċċ.). |
Għal kull bini |
Skart |
Tal-inqas 80 % (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) tal-prodotti għal kull tip ta' tindif, deterġenti sanitarji, sapun u xampujiet użati mill-akkomodazzjoni tat-turisti għandhom ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. l-Ekotikketta tal-UE). (BEMP 3.4.3) |
||
|
L/kg materjali għall-ħasil |
Dan l-indikatur ikejjel il-konsum ta' ilma għaċ-ċiklu tal-ħasil sħiħ għal kull kg ta' materjali għall-ħasil. |
Skont il-materjali għall-ħasil użati mill-akkomodazzjoni |
Ilma |
Għal operazzjonijiet ta' ħasil tal-materjali fuq skala żgħira, il-magni tal-ħasil domestiċi l-ġodda kollha għandhom klassifikazzjoni bit-tikketta tal-enerġija tal-UE ta' A+++, u l-magni tal-ħasil kummerċjali għandhom konsum medju ta' ≤ 7 L ilma għall-ħasil għal kull kg ta' materjali maħsulin. Konsum totali ta' ≤ 5 L ilma tul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħasil ta' operazzjonijiet tal-ħasil fuq skala kbira għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tal-akkomodazzjonijiet u ≤ 9 L għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tar-ristoranti. (BEMP 3.4.5). |
||
|
kWh/kg materjali għall-ħasil |
Dan l-indikatur ikejjel il-konsum ta' enerġija għaċ-ċiklu tal-ħasil sħiħ għal kull kg materjali għall-ħasil. |
Skont il-materjali għall-ħasil użati mill-akkomodazzjoni |
Effiċjenza enerġetika |
Konsum totali ta' ≤ 2,0 kWh enerġija mill-proċess ta' ħasil fuq skala żgħira fuq il-post għal kull kg drapp għal prodotti għall-ħasil nixfin u lesti. (BEMP 3.4.4). Konsum totali ta' ≤ 0,90 kWh enerġija mill-proċess għal prodotti għall-ħasil fuq skala kbira nixfin u lesti għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tal-akkomodazzjonijiet u ta' ≤ 1,45 kWh għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tar-ristoranti. (BEMP 3.4.5) |
||
|
% |
Perċentwal ta' deterġenti bl-ekotikketta użati fl-operazzjonijiet ta' ħasil. |
Skont il-materjali għall-ħasil użati mill-akkomodazzjoni |
Skart |
Tal-inqas 80 % tad-deterġenti tal-ħasil fuq skala żgħira użati (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) ingħataw ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Nordic Swan, Blaue Engel, l-Ekotikketta tal-UE). (BEMP 3.4.4). Għal operazzjonijiet tal-ħasil fuq skala kbira, l-użu esklussiv ta' deterġenti tal-ħasil għal użu professjonali b'mod konformi mal-ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. l-Ekotikketta tal-UE, Nordic Swan), applikati f'dożi xierqa. (BEMP 3.4.5) |
||
|
(iva/le) |
Dan l-indikatur jirreferi għall-ikkuntrattar ta' fornitur estern ta' servizzi tal-ħasil li għandu ekotikketta tat-Tip I tal-ISO. |
Għal kull fornitur tas-servizzi tal-ħasil użat mill-akkomodazzjoni |
Ilma Effiċjenza enerġetika |
Il-ħasil esternalizzat kollu jsir minn fornitur li ngħata ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Nordic Swan), u l-operazzjonijiet interni kollha ta' ħasil fuq skala kbira, jew l-operazzjonijiet ta' ħasil esternalizzati lil fornituri tas-servizz mhux iċċertifikati, jikkonformaw mal-parametraġġi referenzjarji rilevanti. (BEMP 3.4.5) |
||
|
(iva/le) |
L-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar ambjentali tal-pixxina tinkludi l-monitoraġġ tal-ilma, l-enerġija u s-sustanzi kimiċi. |
Għal kull bini |
Ilma Effiċjenza enerġetika Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
Implimentazzjoni ta' pjan ta' effiċjenza għaż-żoni tal-pixxini u l-ispas: (i) parametraġġ referenzjarju għall-konsum speċifiku ta' ilma, enerġija u sustanzi kimiċi fiż-żoni tal-pixxini u l-ispas, mogħti għal kull m2 ta' erja tas-superfiċje tal-pixxina u għal kull klijent-lejl; (ii) tnaqqis għall-minimu ta' konsum tal-kloru permezz ta' dożaġġ ottimizzat u l-użu ta' metodi ta' diżinfettar supplimentari bħall-ożonazzjoni u t-trattament tal-UV. (BEMP 3.4.6) |
||
|
(iva/le) |
Dan l-indikatur jiddikjara jekk hijiex installata u tintużax sistema li tuża ilma griż għal skopijiet interni jew esterni (eż. irrigazzjoni), jew li tuża l-ilma tax-xita għal skopijiet interni (eż. ifflaxxjar tat-tojlits). |
Għal kull bini Fil-livell tal-organizzazzjoni: % tal-binjiet |
Ilma |
Installazzjoni ta' sistema li tirriċikla l-ilma tax-xita li taqdi d-domanda interna għall-ilma u/jew sistema li tirriċikla l-ilma griż li taqdi domanda interna jew esterna għall-ilma. (BEMP 3.4.7) |
||
|
kg/klijent-lejl |
Dan l-indikatur jirreferi għall-ġenerazzjoni totali ta' skart (magħżul kif ukoll mhux magħżul). L-iskop huwa li tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart (eż. użu mill-ġdid). |
Tal-inqas għal kull lukanda jew ekwivalenti (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Għal kull żona tas-sors (eż. kċina, tindif tal-kmamar) |
Skart Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
Ġenerazzjoni totali ≤ 0,6 kg skart (magħżul kif ukoll mhux magħżul) għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.5.1) |
||
|
% |
Dan l-indikatur jesprimi l-ammont ta' skart (mogħti fuq bażi tal-piż) li jinġabar separat u jintbagħat għar-riċiklaġġ. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Skart Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
Tal-inqas 84 % tal-iskart, mogħti fuq bażi tal-piż, jintbagħat għar-riċiklaġġ. (BEMP 3.5.2) |
||
|
kg/klijent-lejl |
Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta' skart mhux magħżul (mhux mibgħut għar-riċiklaġġ) iġġenerat. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Skart Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
≤ 0,16 kg skart mhux magħżul mibgħut għar-rimi għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.5.2) |
||
|
% ta' tneħħija ta' BOD5, COD, nitroġenu totali, fosforu totali Konċentrazzjoni ta' BOD5, COD, nitroġenu totali, fosforu totali fl-effluwent finali (mg/L) |
Dan l-indikatur jirreferi għall-prestazzjoni tas-sistemi ta' trattament tal-ilma mormi fuq il-post (meta jkunu preżenti). |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti |
Skart Ilma |
Meta ma jkunx possibbli li l-ilma mormi jintbagħat għat-trattament ċentralizzat, it-trattament tal-ilma mormi fuq il-post jinkludi pretrattament (tgħarbil/bar-rack, ekwalizzazzjoni u sedimentazzjoni) segwit minn trattament bijoloġiku bi tneħħija ta' > 95 % tal-BOD5, nitrifikazzjoni ta' > 90 %, u diġestjoni anajrobika (mhux fuq il-post) tal-ħama żejda. (BEMP 3.5.3) |
||
|
(iva/le) |
L-indikatur jiddikjara jekk huwiex implimentat pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit li jinkludi sottometraġġ tal-proċessi ewlenin kollha li jikkonsmaw l-enerġija u jekk humiex ikkalkolati u rrapportati il-konsum ta' enerġija primarja u l-emissjonijiet ta' CO2 marbutin mal-enerġija. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat) |
Effiċjenza enerġetika |
Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit li jinkludi: (i) sottometraġġ u parametraġġ referenzjarju tal-proċessi ewlenin kollha li jikkonsmaw l-enerġija; (ii) kalkolu u rapportar tal-konsum tal-enerġija primarja u l-emissjonijiet ta' CO2 marbutin mal-enerġija. (BEMP 3.6.1) |
||
|
kWh/m2·sena |
L-użu ta' enerġija totali għal kull unità ta' żona u fis-sena f'termini ta' enerġija finali. L-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post m'għandhiex titnaqqas. F'każijiet li fihom l-enerġija għat-tisħin u dik għat-tkessiħ jistgħu jiġu separati minn xulxin, huwa rakkomandat li dawn jiġu rrapportati separati. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat) |
Effiċjenza enerġetika |
Għal binjiet eżistenti, l-użu tal-enerġija finali għall-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) u t-tisħin tal-ilma huwa ta' ≤ 75 kWh, jew l-użu totali finali tal-enerġija ≤ 180 kWh, għal kull m2 ta' spazju msaħħan u mkessaħ fis-sena. (BEMPs 3.6.1, 3.6.2 u 3.6.3) Għal binjiet ġodda, il-prestazzjoni tal-enerġija klassifikata tikkonforma mal-istandards Minergie P jew PassiveHouse jew ekwivalenti. (BEMP 3.6.2 u 3.6.3) Il-pompi tas-sħana bis-sors tal-ilma u/jew tisħin/tkessiħ ġeotermali huma ppreferuti meta mqabblin ma' sistemi konvenzjonali ta' tisħin u tkessiħ kull meta jkunu fattibbli, u l-pompi tas-sħana jirrispettaw il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. (BEMP 3.6.4) Użu totali ta' ≤ 80 kWh m2sena ta' elettriku (spazju msaħħan u mkessaħ). (BEMP 3.6.5) |
||
|
W/m2 |
Enerġija tad-dawl installata sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' illuminazzjoni għal kull unità ta' żona. Indikatur tekniku tajjeb alternattiv huwa Lumens/m2, iżda l-prestazzjoni ambjentali hija iktar marbuta mal-enerġija installata mkejla f'W/m2. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti |
Effiċjenza enerġetika |
Kapaċità tad-dawl installata ta' ≤ 10 W għal kull m2. (BEMP 3.6.5) Użu ta' ≤ 25 kWh/m2sena ta' elettriku għad-dawl (spazju msaħħan u mkessaħ). (BEMP 3.6.5) Konsum totali ta' ≤ 80 kWh m2sena ta' dawl (spazju msaħħan u mkessaħ). (BEMP 3.6.5) |
||
|
% |
Il-proporzjon bejn l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post fil-faċilità ta' akkomodazzjoni u l-użu ta' enerġija totali tal-faċilità f'termini tal-enerġija finali. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat) |
Effiċjenza enerġetika |
L-ekwivalenti ta' 50 % tal-użu annwali ta' enerġija mill-akkomodazzjoni huwa ġġenerat minn sorsi rinnovabbli fuq il-post. (BEMP 3.6.6) |
||
|
(iva/le) |
Dan l-indikatur jesprimi jekk l-akkomodazzjoni tixtrix enerġija rinnovabbli ċċertifikata barra mis-sit (eż. elettriku rinnovabbli). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-enerġija rinnovabbli mixtrija mhijiex diġà mniżżla taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali. |
Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat) |
Effiċjenza enerġetika |
100 % tal-elettriku ġej minn sorsi tal-elettriku rinnovabbli traċċabbli li mhumiex diġà mniżżlin taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali, jew li m'ilhomx iktar minn sentejn. (BEMP 3.6.6) |
||
|
KĊEJJEN TA' RISTORANTI U LUKANDI |
|||||||
|
% |
Dan l-indikatur jirreferi għal ingredjenti ċċertifikati bl-istandards ambjentali rilevanti (eż. organiċi, MSC). |
Għal kull ingredjent ewlieni mixtri, (jistgħu jkunu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Kollha |
L-organizzazzjoni kapaċi tipprovdi informazzjoni dokumentata, li tal-inqas tinkludi l-pajjiż ta' oriġini, għall-ingredjenti ewlenin kollha. (BEMP 3.7.1) Tal-inqas 60 % tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb, skont il-valur tax-xiri, għandhom ċertifikat ambjentali (eż. organiċi). (BEMP 3.7.1) |
||
|
kg/klijent servut l-ikel |
Skart organiku totali ġġenerat diviż bin-numru ta' persuni mal-mejda (klijenti servuti l-ikel) servuti. |
Għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Skart Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
Ġenerazzjoni totali ta' ≤ 0,25 kg skart organiku għal kull klijent servut l-ikel, u ġenerazzjoni ta' ≤ 0,18 kg skart evitabbli għal kull klijent servut l-ikel. (BEMP 3.7.2) |
||
|
% |
Kċejjen ta' ristoranti u lukandi għandhom jirrapportaw b'mod separat l-ammonti ta' skart organiku li jibagħtu għad-diġestjoni anajrobika, l-irkupru ta' enerġija alternattiva, mibdul f'kompost fuq il-post jew mibgħut biex isir kompost, bħala perċentwali tal-ġenerazzjoni totali ta' skart organiku. |
Għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Skart Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
≥ 95 % tal-iskart organiku huwa separat u jitneħħa mill-miżbla u, meta possibbli, jintbagħat għad-diġestjoni anajrobika jew irkupru ta' enerġija alternattiva. (BEMP 3.7.2) |
||
|
L/klijent servut l-ikel |
Proporzjon tal-konsum totali ta' ilma mill-kċina skont in-numru ta' persuni mal-mejda (klijenti servuti l-ikel) servuti. Bosta proċessi jikkontribwixxu għall-konsum ta' ilma u, idealment, il-monitoraġġ għandu jsir fil-livell tal-proċess (ħasil tal-platti, vitien, steam cookers, eċċ.). |
Tal-inqas għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Għal kull proċess |
Ilma Effiċjenza enerġetika |
Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-ilma tal-kċina li jinkludi monitoraġġ u rapportar tal-konsum totali ta' ilma mill-kċina normalizzat għal kull klijent servut l-ikel, u l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' prijorità sabiex jonqos il-konsum ta' ilma. (BEMP 3.7.3) |
||
|
% |
Dan l-indikatur jirrapporta l-perċentwal ta' prodotti kimiċi għall-ħasil tal-platti u t-tindif tal-kċina li għandhom ekotikketta tat-Tip I tal-ISO. |
Għal kull bini |
Skart |
Tal-inqas 70 % tal-volum mixtri tal-prodotti għat-tindif tal-kċina (għajr prodotti għat-tindif tal-fran) għall-ħasil tal-platti u t-tindif għandhom ekotikketta (eż. l-Ekotikketta tal-UE). (BEMP 3.7.3) |
||
|
kWh/klijent servut l-ikel |
Użu ta' enerġija totali għall-kċina diviż min-numru ta' persuni mal-mejda servuti. Dan l-indikatur jinkludi s-sorsi kollha ta' enerġija (eż. elettriku, gass naturali, LPG). Ħafna proċessi jikkontribwixxu għall-konsum ta' enerġija, u idealment il-monitoraġġ għandu jsir fil-livell tal-proċess (tisjir, tkessiħ, ħasil tal-platti, eċċ.). |
Tal-inqas għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Għal kull proċess |
Effiċjenza enerġetika |
Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija tal-kċina li jinkludi monitoraġġ u rapportar tal-użu totali ta' enerġija mill-kċina normalizzat għal kull klijent servut l-ikel, u l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' prijorità sabiex jonqos il-konsum ta' enerġija. (BEMP 3.7.4) |
||
|
SITI TAL-IKKAMPJAR |
|||||||
|
(iva/le) |
Dan l-indikatur huwa marbut mad-disponibbiltà ta', eż., informazzjoni dwar għażliet ta' mobilità b'impatt baxx (eż. roti, trasport pubbliku, vetturi elettriċi), il-forniment ta' korsijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali u mixjiet fin-natura. |
Għal kull sit tal-ikkampjar |
Kollha |
Il-kumpanija tal-akkomodazzjoni tħeġġeġ u tiffaċilita mġiba u attivitajiet li jieħdu ħsieb l-ambjent, u tipprovdi edukazzjoni dwar l-ambjent għall-klijenti permezz ta' attivitajiet u korsijiet fuq il-post. (BEMP 3.8.1) |
||
|
(iva/le) |
L-indikatur jirreferi għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità fis-sit tal-ikkampjar. |
Għal kull sit tal-ikkampjar |
Bijodiversità |
Żamma jew żieda tal-bijodiversità fuq il-post bit-tħawwil ta' speċi nattivi, il-ħolqien ta' kenn għal speċi ta' annimali lokali, u l-installazzjoni ta' bjut ekoloġiċi fejn possibbli, u billi jitnaqqsu għall-minimu l-inputs kimiċi, it-tniġġis tad-dawl u akustiku. (BEMP 3.8.2) Tnaqqis għall-minimu tat-tniġġis tad-dawl u d-disturb tal-organiżmi selvaġġi billi jiġu installati luminarji effiċjenti u b'angolu xieraq ikkontrollati b'timer jew senser għad-dwal esterni li ma jipproduċu ebda dawl 'il fuq. (BEMP 3.8.2) Tnaqqis għall-minimu tal-konsum tal-ilma bit-tħawwil ta' speċi nattivi u ħuxlief, u billi jiġu installati sistemi ta' irrigazzjoni kkontrollati mħaddma bl-ilma griż, fejn possibbli. (BEMP 3.8.2) |
||
|
kWh/klijent-lejl |
Użu ta' enerġija totali fis-sit tal-ikkampjar għal kull klijent-lejl f'termini tal-enerġija finali. Irid jiġi ddikjarat biċ-ċar jekk l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post hijiex inkluża jew le fil-Figura u din tista' tingħata b'mod separat xorta waħda wkoll. L-enerġija użata fil-binjiet u l-kċejjen tista' tingħata wkoll b'mod separat bħala kWh/m2·sena u kWh/klijent servut l-ikel. |
Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Għal kull proċess |
Effiċjenza enerġetika |
L-użu ta' enerġija speċifika finali (eskluża enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post) huwa ta' ≤ 2,0 kWh għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.8.3) |
||
|
% |
Dan l-indikatur huwa kkalkolat bħala l-perċentwal tal-enerġija finali użata li hija fornita mill-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post. |
Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Għal kull proċess |
Effiċjenza enerġetika |
— (BEMP 3.8.3) |
||
|
(iva/le) |
Dan l-indikatur jesprimi jekk l-akkomodazzjoni tixtrix enerġija rinnovabbli ċċertifikata barra mis-sit (eż. elettriku rinnovabbli). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-enerġija rinnovabbli mixtrija mhijiex diġà mniżżla taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali. |
Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) Għal kull proċess |
Effiċjenza enerġetika |
100 % tal-elettriku ġej minn sorsi tal-elettriku rinnovabbli traċċabbli li mhumiex diġà mniżżlin taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali, jew li m'ilhomx iktar minn sentejn. (BEMP 3.8.3) |
||
|
L/klijent-lejl |
Il-konsum ta' ilma jitkejjel fiż-żona tas-sit tal-ikkampjar tul sena, u jiġi diviż bin-numru ta' klijenti-iljieli. Il-konsum ta' ilma għal pixxini jew ristoranti kbar li jaqdu lil sehem għoli ta' persuni mhux residenti jista' jkun eskluż minn dan l-indikatur għall-parametraġġ referenzjarju tal-akkomodazzjoni. |
Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Ilma |
Konsum totali ta' ≤ 94 litru ilma għal kull klijent-lejl f'siti tal-ikkampjar b'kull servizz disponibbli ta' erba' u ħames stilel, u konsum ta' ≤ 58 litru ilma għal kull klijent-lejl fis-siti tal-ikkampjar kollha l-oħrajn. (BEMP 3.8.4) |
||
|
kg/klijent-lejl |
Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta' skart mhux magħżul iġġenerat. |
Tal-inqas għal kull sit tal-ikkampjar jew ekwivalenti (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni) |
Skart Effiċjenza fl-użu tal-materjali |
< 0,2 kg skart residwu totali mibgħut għar-rimi għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.8.5) |
||
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-rapport xjentifiku u tal-politika huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC/IPTS fuq l-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/TourismBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza li jinsabu f'dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u tal-politika. L-informazzjoni ta' sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu fih.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta' Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (traduzzjoni mhux uffiċjali, ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).
(4) Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
(5) Skont l-Anness IV (B.e.) tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “ sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni kontra l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikanti tagħha. Ir-rapportar għandu jsir fuq l-indikaturi ewlenin u fuq indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti eżistenti oħrajn kif stipulat fis-Sezzjoni C ”. Anness IV — Is-Sezzjoni C tal-Anness IV tistipula li “ kull sena, kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll dwar il-prestazzjoni tagħha b'rabta mal-aspetti ambjentali iktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, meta jkunu disponibbli, tqis id-dokumenti ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 46. ”
(6) Regolament (KE) Nru 1893/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(7) Dan id-dokument mhuwiex immirat direttament għas-settur tal-kruċieri. Madankollu, hemm għadd ta' BEMPs deskritti li, sa ċertu punt, jistgħu jkunu applikabbli għall-kruċieri wkoll.
(8) http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/products-groups-and-criteria.html
(9) L-ETIS hija kitt ta' għodod għall-immaniġġjar u l-informazzjoni, imfassla sabiex tgħin lid-destinazzjonijiet fil-monitoraġġ u l-kejl tal-prestazzjonijiet tat-turiżmu sostenibbli tagħhom, fl-isfond tal-mira tagħhom stess. Hemm iktar tagħrif disponibbli minn fuq: http://ec.europa.eu/growth/sectors/tourism/offer/sustainable/indicators/index_en.htm
(10) CFC u HCFC ifissru klorofluworokarbur u idroklorofluworokarbur.
(11) L-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet huwa l-koordinazzjoni tal-atturi rilevanti kollha mis-settur pubbliku u privat, normalment minn korp pubbliku b'parteċipazzjoni privata jew mingħajr, li għandhom l-għan li jsostnu l-iżvilupp tat-turiżmu f'destinazzjoni billi jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi, jimplimentaw azzjonijiet politiċi, iżommu u jippromwovu l-wirt u l-attrazzjonijiet kulturali u naturali, jikkoordinaw avvenimenti/festi, jiġbru l-flus għal proġetti marbutin mat-turiżmu, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn in-negozji, jiżguraw li jiġu pprovduti infrastruttura u s-servizzi
(12) Impriża żgħira hija definita bħala impriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun (Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE).
(13) Bħala parti mis-serje ta' standards ambjentali tal-ISO 14000, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni fasslet subserje (ISO 14020) speċifika għat-tikkettar ambjentali, li tkopri tliet tipi ta' skemi ta' tikkettar. F'dan il-kuntest, ekotikketta tat-“Tip I” hija tikketta b'ħafna kriterji żviluppata minn parti terza. Fil-livell tal-UE, l-eżempji huma l-“Ekotikketta tal-UE” jew, f'livell nazzjonali jew multilaterali, il-“Blaue Engel”, l-“Ekotikketta Awstrijaka” u n-“Nordin Swan”.
(14) Dan jista' jsir fil-qafas tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-ISO 50001.
(15) Lożor magħmulin minn taħlita ta' qoton-poliester idumu iktar tajbin u jeħtieġu inqas enerġija biex jinħaslu meta mqabblin ma' dawk magħmulin minn qoton pur.
(16) Dan jista' jsir fil-qafas tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-ISO 50001.
(17) Passive House u Minenergie P huma żewġ eżempji ta' standards tal-bini ferm ambizzjużi f'termini tal-prestazzjoni tal-enerġija. Ir-rekwiżiti tagħhom huma deskritti rispettivament fuq: http://www.passiv.de/en/02_informations/02_passive-house-requirements/02_passive-house-requirements.htm u http://www.minergie.ch/minergie_fr.html
(18) Ser ikun hemm BEMPs iktar speċifiċi dwar it-titjib tal-għeluq tal-bini u, b'mod iktar ġenerali, is-sostenibbiltà ambjentali tal-binjiet huma deskritti fid-Dokument ta' Referenza Settorjali tal-EMAS li ġej għas-Settur tal-kostruzzjoni.