19.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/43 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/601
tal-15 ta' April 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ippreżentati mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument C(2016) 2187)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 29(1) u (2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha. Dik id-Direttiva teżiġi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu jinkludi mill-inqas il-gruppi ta' residwi u s-sustanzi mniżżlin f'dak l-Anness I. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”), mibgħutin minn ċerti pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni, għall-annimali u l-prodotti tal-annimali indikati fil-lista fl-Anness I tad-Direttiva. |
(3) |
Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tat-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni mingħand dawk il-pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”). |
(4) |
Ir-Repubblika Dominicana bagħtet pjan dwar l-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għar-Repubblika Dominicana dwar l-għasel. |
(5) |
Il-Gżejjer Falkland bagħtu pjan dwar l-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni dwar l-akkwakultura għall-Gżejjer Falkland. |
(6) |
Il-Kummissjoni talbet tagħrif mingħand il-Polineżja Franċiża dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha dwar l-għasel. Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Polineżja Franċiża ddikjaraw li l-programm ta' monitoraġġ tar-residwi fl-għasel ma ġiex żviluppat, billi l-Polineżja Franċiża ma għandhiex pjanijiet li tesporta l-għasel lejn l-UE. Għalhekk, l-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-għasel għandha titħassar mil-lista. Il-Polineżja Franċiża ġiet infurmata b'dan. |
(7) |
Il-Kummissjoni talbet lin-Namibja tipprovdilha tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha dwar l-annimali tal-kaċċa slavaġ. Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tan-Namibja ddikjaraw li l-programm ta' monitoraġġ tar-residwi fl-annimali tal-kaċċa slavaġ ma ġiex żviluppat, billi n-Namibja ma għandhiex pjanijiet li tesporta l-annimali tal-kaċċa slavaġ lejn l-UE. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-prodotti tal-annimali tal-kaċċa slavaġ għandha titħassar mil-lista. In-Namibja ġiet infurmata b'dan. |
(8) |
Ir-Repubblika tal-Korea ppreżentat pjan dwar il-pullam lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni dwar il-pullam għar-Repubblika tal-Korea. |
(9) |
Saint Pierre u Miquelon ippreżentaw pjan dwar il-pullam lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għal Saint Pierre u Miquelon dwar il-prodotti tal-pullam. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jawtorizza lil Singapore biex iddaħħal fl-Unjoni konsenji ta' laħam frisk li joriġina minn New Zealand, li hu eliġibbli biex jiddaħħal fl-Unjoni u li jkun iddestinat għall-Unjoni. Biex din l-attività tkun tista' ssir, l-annotazzjoni fil-lista ta' Singapore trid tinkludi l-ekwini, l-annimali tal-kaċċa slavaġ u mrobbija, iżda trid tkun ristretta għall-prodotti ta' laħam frisk li joriġinaw fi New Zealand, li huma ddestinati għall-Unjoni u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm kif ukoll jekk le. Singapore u New Zealand ġew infurmati dwar dan. Fil-lista ta' Singapore għandha tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tistabbilixxi din il-limitazzjoni. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sal-15 ta' Mejju 2016, l-Istati Membri għandhom żmien ta' tranżizzjoni li waqtu jistgħu jaċċettaw il-konsenji ta' annimali tal-kaċċa slavaġ min-Namibja u konsenji ta' għasel mill-Polineżja Franċiża, dejjem jekk l-importatur ikun jista' jagħti prova li dawn il-konsenji jkunu ġew iċċertifikati u jkunu ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel il-31 ta' Marzu 2016, bi qbil mad-Deċiżjoni 2011/163/UE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi tal-ISO2 |
Pajjiż |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Pullam |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Annimali tal-kaċċa slavaġ |
Annimali tal-kaċċa mrobbija |
Għasel |
AD |
Andorra |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
AE |
l-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
|
X (1) |
|
|
|
|
|
AL |
l-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
AM |
l-Armenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
AR |
l-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
l-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
BA |
il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
BD |
il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BN |
il-Brunei |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BR |
il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
BW |
il-Botswana |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
BY |
il-Belarussja |
|
|
|
X (2) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
BZ |
il-Belize |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CA |
il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CH |
l-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
CM |
il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
CN |
iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
CO |
il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CR |
il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
DO |
ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
EC |
l-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ET |
l-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
FK |
il-Gżejjer Falkland |
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
FO |
il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GH |
il-Ghana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
GM |
il-Gambja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
GT |
il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
HN |
il-Honduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ID |
l-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
IL |
Iżrael (7) |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
IN |
l-Indja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
IR |
l-Iran |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
JM |
il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
JP |
il-Ġappun |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
KE |
il-Kenja |
|
|
|
|
|
X |
X (1) |
|
|
|
|
|
KG |
il-Kirgiżistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
KR |
il-Korea t'Isfel |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
LB |
il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
LK |
is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MA |
il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
MD |
il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
ME |
il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
MG |
Madagascar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
MK |
l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
MM |
ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MU |
Mauritius |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MX |
il-Messiku |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
MY |
il-Malasja |
|
|
|
|
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
MZ |
il-Mozambique |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
NA |
in-Namibja |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NC |
New Caledonia |
X (3) |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
X |
NI |
in-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
NZ |
New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
PA |
il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PE |
il-Perù |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PH |
il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PY |
il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
is-Serbja (5) |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
RU |
ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X (6) |
X |
RW |
ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SA |
l-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X (8) |
X (3) |
X |
X (3) |
|
|
X (8) |
X (8) |
|
SM |
San Marino |
X |
|
X (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SR |
is-Suriname |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
is-Swaziland |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TH |
it-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
TN |
it-Tuneżija |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
TR |
it-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
TW |
it-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
TZ |
it-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
UA |
l-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
UG |
l-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
US |
l-Istati Uniti |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
UY |
l-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
VE |
il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
VN |
il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
ZA |
l-Afrika t'Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
ZM |
iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
ZW |
iż-Żimbabwe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
(1) Il-ħalib tal-iġmla biss.
(2) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).
(3) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.
(4) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.
(5) Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).
(6) Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.
(7) Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.
(8) Għall-prodotti ta' laħam frisk li joriġinaw fi New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.”