16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/25 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/588
tal-14 ta' April 2016
dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Valeo Equipments Electriques Moteur fit-3 ta' Novembru 2015 għall-approvazzjoni tal-alternatur Valeo ta' effiċjenza għolja b'dijodi ta' effiċjenza għolja, u l-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Robert Bosch GmbH fl-10 ta' Ġunju 2015 għall-approvazzjoni tal-alternatur Bosch ta' effiċjenza għolja b'dijodi MOS sinkronizzati (MGD) ġew ivvalutati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
(2) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni Valeo u fl-applikazzjoni Bosch turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat ta' dan, l-alternaturi ta' effiċjenza għolja Valeo u Bosch għandhom ikunu approvati bħala teknoloġiji innovattivi. |
(3) |
Il-Kummissjoni approvat sitt applikazzjonijiet b'rabta ma' teknoloġiji li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-effiċjenza tal-alternaturi permezz tad- Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/341/UE (3), 2014/465/UE (4), (UE) 2015/158 (5), (UE) 2015/295 (6) u (UE) 2015/2280 (7). Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet u mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet Valeo u Bosch, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li alternatur ta' 12 Volts (12 V) b'effiċjenza minima li tvarja bejn 73,4 % u 74,2 %, skont is-sistema tal-motopropulsjoni, u b'massa li ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza b'aktar minn massimu ta' 3 kg jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u jipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' mill-inqas 1 g CO2/km meta mqabbel mal-alternatur ta' referenza b'effiċjenza ta' 67 %. |
(4) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar tas-CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss alternaturi li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għaċ-ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti li jikkonferma l-konformità flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
(5) |
Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li l-alternatur ta' 12 V ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda. |
(6) |
Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V. |
(7) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 V, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li magħha għandu jsir tqabbil biex tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-alternatur. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, huwa xieraq li alternatur ta' 12 V b'effiċjenza ta' 67 % jitqies bħala teknoloġija ta' referenza. |
(8) |
L-iffrankar minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 V jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (8). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali tiġi kkunsidrata fil-metodoloġija tal-ittestjar għall-iffrankar ta' CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V. |
(9) |
Sabiex ikun iffaċilitat użu usa' ta' alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V permezz ta' applikazzjoni waħda għal ċertifikazzjoni. Madankollu huwa xieraq li jiġi żgurat li meta tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk l-alternaturi li joffru l-ogħla effiċjenza. |
(10) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva għal alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni
It-teknoloġija użata fl-alternatur Valeo ta' effiċjenza għolja b'dijodi ta' effiċjenza għolja u fl-alternatur Bosch ta' effiċjenza għolja b'dijodi MOS sinkronizzati hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. Il-manifattur jista' japplika għal ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts (V) wieħed jew aktar għall-użu f'vetturi M1, bil-kundizzjoni li l-alternatur ikun/l-alternaturi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-komponent ikun jintuża biss għall-iċċarġjar tal-batterija tal-vettura, u biex jalimenta s-sistema tal-elettriku tal-vettura meta l-magna tal-kombustjoni tagħha tkun operattiva; |
(b) |
il-massa tal-alternatur b'effiċjenza għolja ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza ta' 7 kg b'aktar minn 3 kg; |
(c) |
l-effiċjenza tiegħu tkun ta' mill-inqas:
|
2. Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn alternatur ta' effiċjenza għolja wieħed jew aktar għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li jiċċertifika li l-alternatur huwa jew l-alternaturi huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni f'każ li jidhrilha li l-alternatur jew alternaturi ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja msemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn alternatur wieħed imsemmi fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mill-alternaturi li ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 17 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta' Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta' Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta' żewġ alternaturi ta' effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT L-IFFRANKAR TAS-CO2 MINN ALTERNATUR TA' EFFIĊJENZA GĦOLJA TA' 12 V
1. INTRODUZZJONI
Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar tas-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu speċifikati dawn li ġejjin:
(1) |
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar; |
(2) |
it-tagħmir tat-testijiet; |
(3) |
id-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja u tal-alternatur tax-xenarju ta' referenza; |
(4) |
il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2; |
(5) |
Il-kalkolu tal-iżball statistiku. |
Simboli, parametri u unitajiet
Simboli bil-Latin
|
— |
Iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
CO2 |
— |
Diossidu tal-karbonju |
CF |
— |
Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Table 3 |
h |
— |
Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1 |
I |
— |
L-intensità tal-kurrent li bih għandu jitwettaq il-kejl [f'A] |
m |
— |
In-numru ta' kemm il darba tkejjel il-kampjun |
M |
— |
It-torque [f'Nm] |
n |
— |
Il-frekwenza tar-rotazzjoni [f'min– 1] kif iddefinita fit-Tabella 1 |
P |
— |
Il-potenza [f'W] |
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv [%] |
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv [%] |
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
U |
— |
Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jitwettaq il-kejl [f'V] |
v |
— |
Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (NEDC) [km/h] |
VPe |
— |
Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Table 2 |
|
— |
Is-sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv |
Simboli Griegi
Δ |
— |
Id-differenza |
η |
— |
L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%] |
ηEI |
— |
L-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja [%] |
|
— |
L-effiċjenza medja tal-alternatur eko-innovattiv fil-punt tat-tħaddim i [%] |
Simboli miktubin taħt il-vers
L-indiċi (i) jirreferi għall-punt tat-tħaddim
L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun
EI |
— |
Eko-innovattiv |
m |
— |
Mekkaniku |
RW |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali |
TA |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip |
B |
— |
Ix-xenarju ta' referenza |
2. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1).
Tagħmir tat-test
It-tagħmir tat-test għandu jkun skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard tal-ISO 8854:2012.
3. KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA
L-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'dan il-paragrafu.
Il-kejl għandu jsir f'diversi punti tat-tħaddim i, kif iddefinit fit-Table 1. L-intensità tal-kurrent tal-alternatur hija ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti kollha tat-tħaddim. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun dejjem ta' 14,3 V.
Tabella 1
Punti ta' tħaddim
Il-punt ta' tħaddim i |
Il-ħin ta' żamma [s] |
Il-frekwenza tar-rotazzjoni ni [min– 1] |
Il-frekwenza hi |
1 |
1 200 |
1 800 |
0,25 |
2 |
1 200 |
3 000 |
0,40 |
3 |
600 |
6 000 |
0,25 |
4 |
300 |
10 000 |
0,10 |
L-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 1.
Formula 1
Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandu jiġi kkalkulat il-kejl medju f'kull punt tat-tħaddim ().
L-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv (ηEI) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 2.
Formula 2
L-alternatur ta' effiċjenza għolja jwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formula 3.
Formula 3
ΔPm = ΔPmRW – ΔPmTA
Fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formula 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formula 5.
Formula 4
Formula 5
fejn
PRW |
: |
Ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [f'W], jiġifieri 750 W |
PTA |
: |
Ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [f'W], jiġifieri 350 W |
ηB |
: |
L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%], jiġifieri 67 % |
Il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2
L-iffrankar tas-CO2 tal-alternatur ta' effiċjenza għolja għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja.
Formula 6
fejn
v |
: |
Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], li hija 33,58 km/h |
||||||||
VPe |
: |
Huwa l-konsum tal-potenza effettiva kif iddefinit fit-Table 2 li ġejja Tabella 2 Il-konsum tal-potenza effettiva
|
||||||||
CF |
: |
Huwa l-fattur speċifikat fit-Table 3 li ġejja Tabella 3 Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil
|
Kalkolu tal-livell tal-iżball statistiku
Għandhom jiġu kkwantifikati l-iżbalji statistiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt tat-tħaddim kif iddefinit mill-formula li ġejja:
Formula 7
Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja () tiġi kkalkulata skont il-formula 8:
Formula 8
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur () twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (). Dak l-iżball għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 9:
Formula 9
Sinifikat statistiku
Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bl-alternatur ta' effiċjenza għolja jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formula 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 10).
Formula 10
fejn:
MT |
: |
Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km |
Rapport tat-test u ta' valutazzjoni
Ir-rapport għandu jinkludi:
— |
Il-mudell u l-massa tal-alternaturi ttestjati |
— |
Deskrizzjoni tal-bank tat-test |
— |
Ir-riżultati tat-test (valuri mkejla) |
— |
Ir-riżultati kkalkulati u l-formuli korrispondenti |
L-alternatur ta' effiċjenza għolja li għandu jiġi installat fil-vetturi
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 abbażi tal-kejl relatat mal-alternatur ta' effiċjenza għolja u mal-alternatur ta' referenza billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f'dan l-Anness. F'każ li jiġu ffrankati inqas emissjonijiet tas-CO2 mil-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.
(1) L-istandard tal-ISO 8854:2012 Vetturi tat-triq — Alternaturi bir-regolaturi — Metodi ta' ttestjar u rekwiżiti ġenerali. Numru ta' referenza ISO 8854:2012, ippubblikat fl-1 ta' Ġunju 2012.