13.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/12


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/573

tat-12 ta' April 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

(2)

Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti neħħa erba' bastimenti mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.


ANNESS

Il-bastimenti bin-numri IMO elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-entrata 20 tal-parti B (Entitajiet) tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK:

(j)

JH 86 8602531

(l)

Jin Tal 9163154

(m)

Jin Teng 9163166

(dd)

Grand Karo 8511823