|
12.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/564
tal-11 ta' April 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK (1) wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013). |
|
(2) |
Fis-27 ta' Jannar 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2262 (2016) li testendi l-embargo fuq l-armi, il-projbizzjoni fuq vjaġġar u l-iffriżar tal-assi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana sal-31 ta' Jannar 2017 u tipprevedi ċerti emendi għall-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi kif ukoll għall-kriterji ta' deżinjazzjoni. |
|
(3) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom tal-persuni deżinjati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-UNSCR 2127 (2013) (‘il-Kumitat’) bħala:
kif elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 2b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew kontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat bħala:
għandhom ikunu ffriżati. Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-11 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51).