7.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/543
tal-15 ta' Frar 2016
li tapprova l-programm ta' aġġustament tal-Greċja (2015/1182) (1)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi regoli għall-approvazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja, inkluż mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM). Jeħtieġ li dawn ir-regoli jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (3) li jistabbilixxi l-EFSM. |
(2) |
Il-Greċja ngħatat assistenza finanzjarja mill-EFSM permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/542 (4) dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja għal żmien qasir mill-Unjoni lill-Greċja. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza, l-approvazzjoni tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku għall-Greċja taħt ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 għandha ssir b'referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/542. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri speċifikati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/542 li għandhom jittieħdu mill-Greċja fil-kuntest tal-programm ta' aġġustament tagħha huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha..
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) Dan l-att ġie adottat b'mod oriġinali fl-Ingliż biss u ġie ppubblikat fil-ĠU L 192, 18.7.2015, p. 19.
(2) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1)
(4) Ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.