|
31.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/464
tad-29 ta' Marzu 2016
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja u għall-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2016) 1701)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intraKomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV ta' dak l-Anness differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja. |
|
(2) |
Minn Frar 2015, ma ġiet innotifikata l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fiż-żoni tal-Polonja li huma elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Barra minn hekk, is-superviżjoni ta' miżuri ta' bijosigurtà ġiet implimentata b'mod sodisfaċenti fi stabbilimenti f'dawk iż-żoni abbażi tal-programm nazzjonali għall-bijosigurtà għall-prevenzjoni tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Dawn il-fatti jindikaw titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika. Għaldaqstant, dawk iż-żoni ta' dak l-Istat Membru issa għandhom jitniżżlu fil-Parti II, minflok fil-Parti III, tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
|
(3) |
Fi Frar 2016, kien hemm okkorrenza ta' każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċinġjal fl-Estonja, fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. Għadaqstant, ċerti żoni mniżżla fil-Parti I għandhom jitniżżlu fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
|
(4) |
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rrappreżentata mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja u fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali u jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja u fil-Polonja. |
|
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Estonja u l-Partijiet II u III tal-Polonja. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
il-linn ta' Keila, |
|
— |
il-linn ta' Kunda, |
|
— |
il-linn ta' Loksa, |
|
— |
il-linn ta' Maardu, |
|
— |
il-linn ta' Mustvee, |
|
— |
il-linn ta' Pärnu, |
|
— |
il-linn ta' Saue, |
|
— |
il-linn ta' Tallinn, |
|
— |
il-maakond ta' Läänemaa, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Jõelähtme li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20), |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20), |
|
— |
il-vald ta' Audru, |
|
— |
il-vald ta' Haljala, |
|
— |
il-vald ta' Harku, |
|
— |
il-vald ta' Keila, |
|
— |
il-vald ta' Kernu, |
|
— |
il-vald ta' Kiili, |
|
— |
il-vald ta' Koonga, |
|
— |
il-vald ta' Lavassaare, |
|
— |
il-vald ta' Nissi, |
|
— |
il-vald ta' Padise, |
|
— |
il-vald ta' Saku, |
|
— |
il-vald ta' Saue, |
|
— |
il-vald ta' Sauga, |
|
— |
il-vald ta' Sindi, |
|
— |
il-vald ta' Tõstamaa, |
|
— |
il-vald ta' Varbla, |
|
— |
il-vald ta' Vasalemma, |
|
— |
il-vald ta' Vihula, |
|
— |
il-vald ta' Viimsi. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Suntažu u Ogresgala, |
|
— |
in-novads ta' Ādažu, |
|
— |
in-novads ta' Amatas, |
|
— |
in-novads ta' Carnikavas, |
|
— |
in-novads ta' Garkalnes, |
|
— |
in-novads ta' Ikšķiles, |
|
— |
in-novads ta' Inčukalna, |
|
— |
in-novads ta' Jaunjelgavas, |
|
— |
in-novads ta' Ķeguma, |
|
— |
in-novads ta' Līgatnes, |
|
— |
in-novads ta' Mālpils, |
|
— |
in-novads ta' Neretas, |
|
— |
in-novads ta' Ropažu, |
|
— |
in-novads ta' Salas, |
|
— |
in-novads ta' Siguldas, |
|
— |
in-novads ta' Vecumnieku, |
|
— |
in-novads ta' Viesītes. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tas-seniūnijos ta' Krekenavos li tinsab fil-punent tax-xmara Nevėžis, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis, |
|
— |
is-savivaldybė ta' Kalvarija, |
|
— |
is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda, |
|
— |
is-savivaldybė ta' Marijampolė. |
4. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
Fil-województwo podlaskie:
|
— |
il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat ta' augustowski, |
|
— |
il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki, |
|
— |
il-gminy ta' Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat hajnowski, |
|
— |
il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat siemiatycki, |
|
— |
il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły u Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' powiat wysokomazowiecki, |
|
— |
il-poviat sejneński, |
|
— |
il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki u Raczki fil-powiat suwalski, |
|
— |
il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski, |
|
— |
il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski, |
|
— |
il-powiat ta' bielski, |
|
— |
il-powiat M. Białystok, |
|
— |
il-powiat M. Suwałki, |
|
— |
il-powiat ta' moniecki. |
PARTI II
1. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
il-linn ta' Kallaste, |
|
— |
il-linn ta' Rakvere, |
|
— |
il-linn ta' Tartu, |
|
— |
il-linn ta' Vändra, |
|
— |
il-linn ta' Viljandi, |
|
— |
il-maakond ta' Ida-Virumaa, |
|
— |
il-maakond ta' Põlvamaa, |
|
— |
il-maakond ta' Raplamaa, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Jõelähtme li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
|
— |
il-vald ta' Abja, |
|
— |
il-vald ta' Aegviidu, |
|
— |
il-vald ta' Alatskivi, |
|
— |
il-vald ta' Anija, |
|
— |
il-vald ta' Are, |
|
— |
il-vald ta' Häädemeeste, |
|
— |
il-vald ta' Haaslava, |
|
— |
il-vald ta' Halinga, |
|
— |
il-vald ta' Halliste, |
|
— |
il-vald ta' Kadrina, |
|
— |
il-vald ta' Kambja, |
|
— |
il-vald ta' Karksi, |
|
— |
il-vald ta' Kasepää, |
|
— |
il-vald ta' Kõpu, |
|
— |
il-vald ta' Kose, |
|
— |
il-vald ta' Kõue, |
|
— |
il-vald ta' Laekvere, |
|
— |
il-vald ta' Luunja, |
|
— |
il-vald ta' Mäksa, |
|
— |
il-vald ta' Meeksi, |
|
— |
il-vald ta' Paikuse, |
|
— |
il-vald ta' Pala, |
|
— |
il-vald ta' Peipsiääre, |
|
— |
il-vald ta' Piirissaare, |
|
— |
il-vald ta' Raasiku, |
|
— |
il-vald ta' Rae, |
|
— |
il-vald ta' Rägavere, |
|
— |
il-vald ta' Rakvere, |
|
— |
il-vald ta' Saarde, |
|
— |
il-vald ta' Saare, |
|
— |
il-vald ta' Sõmeru, |
|
— |
il-vald ta' Surju, |
|
— |
il-vald ta' Tahkuranna, |
|
— |
il-vald ta' Tapa, |
|
— |
il-vald ta' Tootsi, |
|
— |
il-vald ta' Tori, |
|
— |
il-vald ta' Vändra, |
|
— |
il-vald ta' Vara, |
|
— |
il-vald ta' Vinni, |
|
— |
il-vald ta' Viru-Nigula, |
|
— |
il-vald ta' Võnnu. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
in-novads ta' Krimuldas, |
|
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas, |
|
— |
fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Ķeipenes, Lauberes, Madlienas, Mazozolu, Menģeles u Taurupes, |
|
— |
in-novads ta' Priekuļu, |
|
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes, |
|
— |
in-novads ta' Aizkraukles, |
|
— |
in-novads ta' Aknīstes, |
|
— |
in-novads ta' Alūksnes, |
|
— |
in-novads ta' Apes, |
|
— |
in-novads ta' Baltinavas, |
|
— |
in-novads ta' Balvi, |
|
— |
in-novads ta' Cēsu, |
|
— |
in-novads ta' Cesvaines, |
|
— |
in-novads ta' Ērgļu, |
|
— |
in-novads ta' Gulbenes, |
|
— |
in-novads ta' Ilūkstes, |
|
— |
in-novads ta' Jaunpiebalgas, |
|
— |
in-novads ta' Jēkabpils, |
|
— |
in-novads ta' Kocēnu, |
|
— |
in-novads ta' Kokneses, |
|
— |
in-novads ta' Krustpils, |
|
— |
in-novads ta' Lielvārdes, |
|
— |
in-novads ta' Līvānu, |
|
— |
in-novads ta' Lubānas, |
|
— |
in-novads ta' Madonas, |
|
— |
in-novads ta' Pārgaujas, |
|
— |
in-novads ta' Pļaviņu, |
|
— |
in-novads ta' Raunas, |
|
— |
in-novads ta' Rugāju, |
|
— |
in-novads ta' Saulkrastu, |
|
— |
in-novads ta' Sējas, |
|
— |
in-novads ta' Skrīveru, |
|
— |
in-novads ta' Smiltenes, |
|
— |
in-novads ta' Varakļānu, |
|
— |
in-novads ta' Vecpiebalgas, |
|
— |
in-novads ta' Viļakas, |
|
— |
ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils; |
|
— |
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos tal-apylinkės ta' Kaišiadorių, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, l-apylinkės ta' Žiežmarių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės, |
|
— |
il-miesto savivaldybė ta' Alytus, |
|
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys, |
|
— |
il-miesto savivaldybė ta' Kaunas, |
|
— |
il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys, |
|
— |
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Alytus, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Biržai, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Prienai, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Utena, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai, |
|
— |
is-savivaldybė ta' Birštonas, |
|
— |
is-savivaldybė ta' Elektrėnai, |
|
— |
is-savivaldybė ta' Visaginas. |
4. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
Fil-podlaskie województwo:
|
— |
il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki, |
|
— |
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski, |
|
— |
il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski, |
|
— |
il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew u Narewka fil-powiat hajnowski. |
PARTI III
1. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
il-linn ta' Elva, |
|
— |
il-linn ta' Jõgeva, |
|
— |
il-linn ta' Põltsamaa, |
|
— |
il-linn ta' Võhma, |
|
— |
il-maakond ta' Järvamaa, |
|
— |
il-maakond ta' Valgamaa, |
|
— |
il-maakond ta' Võrumaa, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu, |
|
— |
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald, |
|
— |
il-vald ta' Jõgeva, |
|
— |
il-vald ta' Kolga-Jaani, |
|
— |
il-vald ta' Konguta, |
|
— |
il-vald ta' Kõo, |
|
— |
il-vald ta' Laeva, |
|
— |
il-vald ta' Nõo, |
|
— |
il-vald ta' Paistu, |
|
— |
il-vald ta' Pajusi, |
|
— |
il-vald ta' Põltsamaa, |
|
— |
il-vald ta' Puhja, |
|
— |
il-vald ta' Puurmani, |
|
— |
il-vald ta' Rakke, |
|
— |
il-vald ta' Rannu, |
|
— |
il-vald ta' Rõngu, |
|
— |
il-vald ta' Saarepeedi, |
|
— |
il-vald ta' Tähtvere, |
|
— |
il-vald ta' Tarvastu, |
|
— |
il-vald ta' Torma, |
|
— |
il-vald ta' Ülenurme, |
|
— |
il-vald ta' Väike-Maarja. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru, |
|
— |
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas, |
|
— |
in-novads ta' Aglonas, |
|
— |
in-novads ta' Alojas, |
|
— |
in-novads ta' Beverīnas, |
|
— |
in-novads ta' Burtnieku, |
|
— |
in-novads ta' Ciblas, |
|
— |
in-novads ta' Dagdas, |
|
— |
in-novads ta' Daugavpils, |
|
— |
in-novads ta' Kārsavas, |
|
— |
in-novads ta' Krāslavas, |
|
— |
in-novads ta' Ludzas, |
|
— |
in-novads ta' Mazsalacas, |
|
— |
in-novads ta' Naukšēnu, |
|
— |
in-novads ta' Preiļu, |
|
— |
in-novads ta' Rēzeknes, |
|
— |
in-novads ta' Riebiņu, |
|
— |
in-novads ta' Rūjienas, |
|
— |
in-novads ta' Strenču, |
|
— |
in-novads ta' Valkas, |
|
— |
in-novads ta' Vārkavas, |
|
— |
in-novads ta' Viļānu, |
|
— |
in-novads ta' Zilupes, |
|
— |
ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils; |
|
— |
ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų, |
|
— |
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių, |
|
— |
il-miesto savivaldybė ta' Jonava, |
|
— |
ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis, |
|
— |
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai, |
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
iż-żoni kollha ta' Sardenja.”