24.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/78


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/448

tat-23 ta' Marzu 2016

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE b'rabta mal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' Malta fir-rigward tal-merħliet bovini

(notifikata bid-dokument C(2016) 1697)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Annex A.I. u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II. tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta' annimali bovini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li bihom Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi jew uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) tistipula li l-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 1 tal-Anness I u fil-Kapitolu 1 tal-Anness II tagħha huma ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, rispettivament, fir-rigward tal-merħliet bovini.

(3)

Malta ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju ta' dak l-Istat Membru mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, Malta għandha tiġi elenkata fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(4)

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (KE) Nru 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

MT

Malta

NL

In-Netherlands

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja”

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

MT

Malta

NL

In-Netherlands

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja”